Official Journal L 333 , 20/12/2003 P. 0088 - 0091
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2003 li tistabbilixxi l-arranġamenti għall-provi u t-testijiet kumparattivi tal-Komunità fuq il-materjal propagattiv u tat-tħawwil tal-Prunus persica (L.) Batsch, Malus Mill. u Rubus idaeus L. b’segwiment tad-Direttiva tal-Kunsill 92/34/KEE (notifikata permezz ta’ dokument numru K(2003) 4628) (2003/894/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/34/KE tat-28 ta’ April 1992 dwar il-marketing ta’ ta’ materjali tal-propagazzjoni ta’ pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott li huma ntiżi għall-produzzjoni tal-frott [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2002/111/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 20(4), (5) u (6) tagħha, Billi: (1) Id-Direttiva 92/34/KE tipprovdi għall-arranġamenti meħtieġa li għandhom isiru mill-Kummissjoni għal provi u testijiet kumparattivi tal-Komunità għall-materjal propagattiv u tat-tħawwil. (2) L-arranġamenti tekniċi għat-twettieq tal-provi u t-testijiet kienu saru fi ħdan il-Kumitat Permanenti għall-Materjal Propagattiv tal-Pjanti u tal-Pjanti tal-Ġenera u l-Ispeċje tal-Frott. (3) Sejħa għall-proġetti (2003/C 159/08) [3] kienet ippublikata għat-twettieq ta’ dawn il-provi u t-testijiet imsemmija hawn fuq. (4) Il-proposti kienu ġew assessjati skond il-kriterja għall-għażla u l-għoti kif stabbiliti fis-sejħa ta’ hawn fuq għall-proġetti. Il-proġetti, il-korpi responsabbli għat-twettieq tal-provi u t-testijiet u l-ispejjeż eliġibbli kif ukoll dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Komunità li tkun korresspondenti għal 80 % tal-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu stabbiliti. (5) Il-provi u t-testijiet kumparattivi tal-Komunità għandhom ikunu mwettqa fis-snin 2004 sal-2008 fuq il-materjal propagattiv miġbur fil-2003, u d-dettalji ta’ dawn il-provi u t-testijiet, l-ispejjeż eliġibbli, kif ukoll il-kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Komunità għandhom ukoll ikunu stabbiliti ta’ kull sena bi ftehim iffermat mil-uffiċjal awtorizzanti tal-Kummissjoni u tal-korp responsabbli għat-twettieq tal-provi. (6) Għall-provi u t-testijiet kumparattivi tal-Komunità li jdumu aktar minn sena waħda, il-partijiet tal-provi u t-testijiet li jsegwu l-ewwel sena, għandhom ikunu awtorizzati mill-Kummissjoni mingħajr aktar referenza lejn il-Kumitat Permanenti dwar il-Materjal Propagattiv tal-Pjanti tal-Ġenera u l-Ispeċje tal-Frott, bil-kondizzjoni li l-appropprazzjonijiet meħtieġa jkunu disponibbli. (7) Rapreżentazzjoni adekwata tal-kampjuni inklużi fil-provi u t-testijiet għandha tkun assigurata, mill-anqas għal ċerti pjanti magħżula. (8) L-Istati Membri għandhom jipparteċipaw fil-provi u t-testijiet kumparattivi tal-Komunità, sal-limitu li l-materjal propagattiv tal-pjanti kkonċernati huwa normalment riprodott u ikkummerċjalizzat fit-territorji tagħhom, sabiex jassiguraw li konklużjonijiet xierqa jkunu jistgħu jittieħdu minnhom. (9) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Materjal Propagattiv tal-Pjanti tal-Ġenera u l-Ispeċje tal-Frott, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: L- Artikolu 1 Il-provi u t-testijiet kumparattivi tal-Komunità għandhom jitwettqu fis-snin 2004 sa 2008 fuq il-materjal propagattiv tal-pjanti elenkati fl-Anness. L-ispejjeż eliġibli kif ukoll il-kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Komunità għall-provi u t-testijiet għall-2004 għandhom ikunu kif stabbiliti fl-Anness. Id-dettalji tal-provi u t-testijiet huma stabbiliti fl-Anness. L- Artikolu 2 Sa kemm il-materjal propagattiv u t-tħawwil tal-pjanti elenkati fl-Anness ikun normalment riprodott jew ikkumerċjalizzat fit-territorji tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiġbru kampjuni ta’ dan il-materjal u jagħmluhom disponibbli lejn il-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw għall-aspetti tekniċi bħal ma huma l-kampjunar u l-ispezzjonijiet relatati mat-twettieq tagħhom. L- Artikolu 3 Suġġett għad-disponabilità fil-budget, il-Kummissjoni tista teddeċiedi li kompli bil-provi u t-testijiet kif stabbiliti fl-Anness matul is-snin mill-2005 sal-2008. Il-kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Komunità li tikkorrespondi għall-80 % tal-ispejjes eliġibbli tal-provi jew it-testijiet li jitkomplew fuq dan il-bażi m’għandhomx jeċċedu l-ammont speċifikat fl-Anness. L- Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fil-11 ta’ Diċembru 2003. Ghall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 157, ta’ l-10.6.1992, p. 10. [2] ĠU L 311, tas-27.11.2003, p. 12. [3] ĠU C 159, tat-8.7.2003, p. 19. -------------------------------------------------- L-ANNESS Provi u testijiet li għandhom jitwettqu fl-2004 (euro) | L-ispeċje | Numru ta' kamjuni | Kondizzjonijiet li għandhom ikunu assessjati | Korp responsabbli | Spejjeż eliġibbli | Kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Komunità (ekwivalenti għal 80 % tal-ispejjeż eliġibli) | Prunus Batsch persica(L.) | 50 | Il-purità tal-varjeta u l-identità u s-saħħa tal-pjanti (fl-għelieqi) u s-saħħa tal-pjanti (fil-laboratorju) | ISPV Rome (I) | 21100 | 16880 | 50 | Il-purità tal-varjeta u l-identità u s-saħħa tal-pjanti (fl-għelieqi) u s-saħħa tal-pjanti (fil-laboratorju) | GA-CEPV (E)Zaragoza | 34240 | 27392 | Malus Mill. | 50 | Il-purità tal-varjeta u l-identità u s-saħħa tal-pjanti fl-għelieqi) u s-saħħa tal-pjanti (fil-laboratorju) | NAKT Roelofar-endsveen (NL) | 26652 | 21322 | 50 | Il-purità tal-varjeta u l-identità u s-saħħa tal-pjanti (fl-għelieqi) u s-saħħa tal-pjanti (fil-laboratorju) | CTIFL Paris (F) | 23450 | 18760 | Rubus idaeus L. | 60 | Il-purità tal-varjeta u l-identità u s-saħħa tal-pjanti fl-għelieqi) u s-saħħa tal-pjanti (fil-laboratorju) | NAKT Roelofar-endsveen (NL) | 23453 | 18763 | Kontribuzzjoni finanzjarja totali tal-Komunità | 103117 | Provi u testijiet li għandhom jitwettqu fl-2005 (EUR) | L-ispeċje | Numru ta' kamjuni | Kondizzjonijiet li għandhom ikunu assessjati | Korp responsabbli | Spejjeż eliġibbli | Kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Komunità (ekwivalenti għal 80 % tal-ispejjeż eliġibli) | Prunus Batsch persica(L.) | 50 | Il-purità tal-varjeta u l-identità u s-saħħa tal-pjanti (fl-għelieqi) u s-saħħa tal-pjanti (fil-laboratorju) | ISPV Rome (I) | 31000 | 24800 | 50 | Il-purità tal-varjeta u l-identità u s-saħħa tal-pjanti fl-għelieqi) u s-saħħa tal-pjanti (fil-laboratorju) | GA-CEPV Zaragoza (E) | 34925 | 27940 | Malus Mill. | 50 | Il-purità tal-varjeta u l-identità u s-saħħa tal-pjanti fl-għelieqi) u s-saħħa tal-pjanti (fil-laboratorju) | NAKT Roelofar-endsveen (NL) | 13604 | 10883 | 50 | Il-purità tal-varjeta u l-identità u s-saħħa tal-pjanti (fl-għelieqi) u s-saħħa tal-pjanti (fil-laboratorju) | CTIFL Paris (F) | 18125 | 14500 | Rubus idaeus L. | 60 | Il-purità tal-varjeta u l-identità u s-saħħa tal-pjanti (fl-għelieqi) u s-saħħa tal-pjanti (fil-laboratorju) | NAKT Roelofar-endsveen (NL) | 9942 | 7953 | Kontribuzzjoni finanzjarja totali tal-Komunità | 86076 | Provi u testijiet li għandhom jitwettqu fl-2006 (EUR) | L-ispeċje | Numru ta' kamjuni | Kondizzjonijiet li għandhom ikunu assessjati | Korp responsabbli | Spejjeż eliġibbli | Kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Komunità (ekwivalenti għal 80 % tal-ispejjeż eliġibli) | Prunus Batsch persica(L.) | 50 | Il-purità tal-varjeta u l-identità u s-saħħa tal-pjanti (fl-għelieqi) u s-saħħa tal-pjanti (fil-laboratorju) | ISPV Rome (I) | 33000 | 26400 | 50 | Il-purità tal-varjeta u l-identità u s-saħħa tal-pjanti (fl-għelieqi) u s-saħħa tal-pjanti (fil-laboratorju) | GA-CEPV Zaragoza (E) | 35624 | 28499 | Malus Mill. | 50 | Il-purità tal-varjeta u l-identità u s-saħħa tal-pjanti (fl-għelieqi) u s-saħħa tal-pjanti (fil-laboratorju) | NAKT Roelofar-endsveen (NL) | 17765 | 14212 | 50 | Il-purità tal-varjeta u l-identità u s-saħħa tal-pjanti (fl-għelieqi) u s-saħħa tal-pjanti (fil-laboratorju) | CTIFL Paris (F) | 28773 | 23018 | Rubus idaeus L. | 60 | Il-purità tal-varjeta u l-identità u s-saħħa tal-pjanti (fl-għelieqi) u s-saħħa tal-pjanti (fil-laboratorju) | NAKT Roelofar-endsveen (NL) | 25351 | 20281 | Kontribuzzjoni finanzjarja totali tal-Komunità | 112410 | Provi u testijiet li għandhom jitwettqu fl-2007 (EUR) | L-ispeċje | Numru ta' kamjuni | Kondizzjonijiet li għandhom ikunu assessjati | Korp responsabbli | Spejjeż eliġibbli | Kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Komunità (ekwivalenti għal 80 % tal-ispejjeż eliġibli) | Malus Mill. | 50 | Il-purità tal-varjeta u l-identità u s-saħħa tal-pjanti (fl-għelieqi) u s-saħħa tal-pjanti (fil-laboratorju) | NAKT Roelofar-endsveen (NL) | 18013 | 14410 | Kontribuzzjoni finanzjarja totali tal-Komunità | 14410 | Provi u testijiet li għandhom jitwettqu fl-2008 (EUR) | L-ispeċje | Numru ta' kamjuni | Kondizzjonijiet li għandhom ikunu assessjati | Korp responsabbli | Spejjeż eliġibbli | Kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Komunità (ekwivalenti għal 80 % tal-ispejjeż eliġibli) | Malus Mill. | 50 | Il-purità tal-varjeta u l-identità u s-saħħa tal-pjanti (fl-għelieqi) u s-saħħa tal-pjanti (fil-laboratorju) | NAKT Roelofar-endsveen (NL) | 39501 | 31601 | Kontribuzzjoni finanzjarja totali tal-Komunità | 31601 | --------------------------------------------------