Official Journal L 332 , 19/12/2003 P. 0053 - 0061
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-10 ta’ Diċembru 2003 li tistabbilixxi l-kriterja għall-informazzjoni li għandha tkun ipprodvuta b’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE (notifikata permezz ta’ dokument numru K(2003) 4606) (Test b’rilevanza ŻEE) (2003/886/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa ta’ l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju fl-annimali bovini u l-majjali [1], kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1226/2002 [2], u, partikolarment, l-Artikolu 8, it-tieni paragrafu tagħha, Billi: (1) Id-Direttiva 64/432/KEE tipprovdi li l-Istati Membru għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni dettalji dwar l-okkorenza tal-mard elenkat fl-Anness E(I) u b’xi mard ieħor kopert bil-garanziji addizzjonali li hemm provvediment dwarhom fil-leġislazzjoni tal-Komunità fit-territorju tagħha. (2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/677/KE [3] tat-22 ta’ Awissu 202, kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 203/394/KE [4] tistabbilixxi l-ħtiġiet normali tar-rapportaġġ għall-programmi ta’ l-eradikazzjoni u l-kontroll tal-mard ta’ l-annimali li kuma konġuntament-iffinanzjati mill-Komunità. (3) L-informazzjoni ipprovduta mill-Istati Membri tista tkun użata mill-Kummissjoni sabiex tiddikjara lill-Istati Membri u r-reġjuni tal-Istati Membri uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi, mill-bruċellożi, jew lewkożi enżootika tal-bovini f’dak li jirigwardja merħliet ta’ bovini jew sabiex tissospendi jew tirrevoka dan l-istatus kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE [5]. (4) F’dak li jirrigwardja r-rinotraċejti bovina, l-informazzjoni ipprovduta mill-Istati Membri tista tkun użata mill-Kummissjoni sabiex tagħti jew tirtira l-garanziji addizzjonali għall-Istati Membri jew għar-reġjuni tal-Istati Membri bħala ħielsa mil-mard, kif elenkat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/42/KEE [6], jew li jkollhom programm obbligatorju eżistenti b’konformità mad-Direttiva 64/432/KEE. (5) F’dak li jirigwardja l-infezzjoni Brucella suis u l-gastroenterite trasmissibbli, l-informazzjoni ipprovduta mill-Istati Membri tista tkun wżata mill-Kummissjoni sabiex tagħti jew tirtira l-garanziji addizzjonali għall-Istati Membri jew għar-reġjuni ta’ l-Istati Membri li jew ikollhom programm obbligatorju fis-seħħ jew li huma ħielsa mill-mard, b’konformità rispettivament ma l-Artikoli 9 u 10 tad-Direttiva 64/432/KEE. (6) Ir-regoli ta’ l-informazzjoni li għandha tkun ipprovduta mill-Istati Membri f’dak li jirrigwardja l-marda Aujeszky huma stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 201/618/KE [7] u partikolarment fl-Anness IV ta’ dik id-Deċiżjoni. (7) Sabiex tippermetti lill-Kummissjoni li tassessja sewwa s-sitwazzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali, huwa wkoll xieraq li tkun armonizzata il-preżentazzjoni ta’ l-informazzjoni ipprovduta mill-Istati Membri dwar il-mard l-ieħor elenkat fid-Direttiva 64/432/KEE, i.e. ir-rabbja, il-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer, il-plewropnewmonja kontaġġjuża tal-bovini, il-marda veskulari tal-majjali, id-deni klassiku tal-majjali, id-deni Afrikan tal-majjali, l-infezzjoni Brucella suis, il-gastroenterite trasmissibbli u t-traċna meta dan il-mard ikun jista jaffettwa l-annimali bovini u porċini, waqt li tipprovdi għal ċerti derogi. (8) Huwa għalhekk xieraq li tkun definita kritrerja uniformi għall-informazzjoni li għandha tkun ipprovduta mill-Istati Membri b’relazzjoni ma dawn il-mard. (9) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Sa kemm ma jkunx mod ieħor meħtieġ bi qbil ma l-Artikoli 4 u 5 tad-Deċiżjoni 2002/677/KE, l-informazzjoni mwassla mill-Istati Membri lejn il-Kummissjoni bis-saħħa ta’ l-Artikolu 8 tad-Direttiva 64/432/KEE dwar l-okkorrenza tal-mard elenkat fl-Anness E ta’ dik id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tal-marda ta’ Aujeszky, għandha tkun ibbażata fuq il-kriterja uniformi stabbilita fl-Annessi I sa VII ta’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tkun tapplika għall-ewwel darba għall-informazzjoni li għandha tintbgħat lill-Kummissjoni tal-31 ta’ Mejju 2004, f’dak li jirrgwardja s-sena 2003. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-10 ta’ Diċembru 2003. Ghall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU C 121, tad-29.7.1964, p. 1977/64. [2] ĠU L 179, tad-9.7.2002, p. 13. [3] ĠU L 229, tas-27.8.2002, p. 24. [4] ĠU L 136, ta’ l-4.6.2003, p. 8. [5] ĠU L 156, tal-25.6.2003, p. 74. [6] ĠU L 16, tal-25.1.1993, p. 50. [7] ĠU L 215, tad-9.8.2001, p. 48. -------------------------------------------------- L-ANNESS I +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- L-ANNESS II +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- L-ANNESS III +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- L-ANNESS IV +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- L-ANNESS V +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- L-ANNESS VI +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- L-ANNESS VII +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------