Official Journal L 326 , 13/12/2003 P. 0049 - 0054
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/874/PESK tat-8 ta' Diċembru 2003 li timplementa l-Azzjoni Konġunta 2003/472/PESK bil-għan li tikkontribwixxi għall-programm ta' koperazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea dwar in-nuqqas ta' proliferazzjoni u d-diżarmament fil-Federazzjoni Russa IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 23(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta 2003/472/PESK dwar il-kontinwazzjoni tal-programm ta' koperazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea dwar in-nuqqas ta' proliferazzjoni u d-diżarmament fil-Federazzjoni Russa [1], Billi: (1) Din id-Deċiżjoni hija ntiża li timplementa l-Azzjoni Konġunta 2003/472/PESK, billi tagħmel kontribuzzjoni finanzjarja għall-proġetti fi ħdan il-programm ta' koperazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea għan-nuqqas ta' proliferazzjoni u d-diżarmament fil-Federazzjoni Russa, u partikolarment l-Artikolu 2 tagħha. (2) L-Unjoni tixtieq li tkompli bl-appoġġ tagħha lejn il-Federazzjoni Russa bis-segwiment tagħha għat-tneħħija b'mod sigur u ambjentalment sod jew tar-rikonverżjoni ta' l-infrastruttura, l-apparat u l-kapaċitajiet xjentifiċi marbuta ma l-armi tal-qerda tal-massa. (3) Il-Kummissjoni qablet li għandha tkun afdata bid-dover tas-superviżjoni ta' l-implementazzjoni xierqa ta' dawn il-proġetti, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Dawn il-proġetti li ġejjin għandhom ikunu nklużi fil-programm ta' koperazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea dwar in-nuqqas ta' proliferazzjoni u d-diżarmament tal-Fererazzjoni Russa: - appoġġ għall-programm ta' dawk li qabel kienu armamenti tal-plutonju li jkunu meqruda fir-Russja; - provvediment għall-apparat meħtieġ sabiex jassigura l-operat tal-faċilità tal-qerda ta' l-armi kimiċi fi Kambarka, fir-Repubblika ta' Udmurtia. Deskrizzjoni sħiħa ta' l-attivitajiet ta' hawn fuq hija mogħtija fl-Annessi I u II, rispettivament. Artikolu 2 1. L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-iskopijiet referuti fl-Artikolu 1 għandu jkun ta' EUR 5550000. 2. L-amministrazzjoni tal-ispiża iffinanzjata bl-ammont speċifikat fil-paragrafu 1 għandha tkun suġġetta għall-proċeduri u r-regoli tal-Komunità Ewropea applikabbli għall-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni li xi pre-finanzjament m'għandux jibqa li jkun il-propjetà tal-Komunità Ewropea. Il-Kummissjoni tista tiddelega l-implementazzjoni tal-proġetti elenkati fl-Artikolu 1 lejn l-entitajiet identifikati fl-Annessi I u II. 3. L-Istati Membri, li l-entitajiet tagħhom huma identifikati fl-Annessi I u II, għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jassiguraw l-operat effettiv tal-proġetti fil-livell tal-Istat Membru. 4. L-Istati Membri, b'koperazzjoni mal-Kummissjoni, għandhom jassiguraw medda viżibli adekwata tal-kontribuzzjoni tal-UE lejn il-proġetti u wkoll is-segwiment xieraq f'dak li jirrigwardja l-proġetti. Artikolu 3 Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar l-implementazzjoni ta' din id-Deċiżjoni b'konformità ma l-Artikolu 3(1) ta' l-Azzjoni Konġunta 2003/472/PESK. Artikolu 4 1. Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fid-data ta' l-adozzjoni tagħha. Din għandha tiskadi fid-data ta' meta tiskadi l-Azzjoni Konġunta 2003/472/PESK. 2. Din id-Deċiżjoni għandha tkun reveduta fi żmien sitt xhur mid-data ta' l-adozzjoni tagħha. Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Magħmula fi Brussel, fit-8 ta' Diċembru 2003. Għall-Kunsill Il-President F. Frattini [1] ĠU L 157, tas-26.6.2003, p. 69. -------------------------------------------------- L-ANNESS I APPOĠĠ GĦALL-PROGRAMM TA' DAWK LI QABEL KIENU L-ARMAMENTI TAL-PLUTONJU SABIEX JKUNU MEQRUDA FIR-RUSSJA 1. Deskrizzjoni Permezz tal-Ftehim Intergovernamentali ta' Settembru 2000 bejn l-Istati Uniti ta' l-Amerika u l-Federazzjoni Russa, kull naħa għandha tiddisponi minn 34 tunnellata ta' plutonju tal-grad ta' l-armamenti. Iż-żewġ naħat kienu iddikjaraw l-intenzjoni tagħhom li jikkonvertu dan il-plutonju f'karburanti b'ossidu mħallat (MOX) u li jutilizzawh f'reatturi eżistenti. Huwa ipproponut li, la darba l-adozzjoni fil-1999 ta' l-Azzjoni Konġunta li tistabbilixxi l-programm ta' koperazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea dwar in-non-proliferazzjoni u d-diżarmment fil-Feredazzjoni Russa, il-UE tibqa toffri appoġġ għal żewġ tipi ta' attivitajiet li huma mqiegħda fil-"passaġġ kritiku" ta' dan il-programm fir-Russja: - ir-regolamenti tas-sigurtà: dokumenti regolatorji żviluppati mill-awtorità Russa tas-sigurtà nukleari (Gosatomnadzor, imqassra GAN) sabiex ikopru l-użu ta' dawk li qabel kienu l-armamenti tal-plutonju fir-reatturi Russi, - id-demostrazzjoni MOX: l-istudju u l-esperimenti għad-demostrazzjoni tal-karburant MOX u l-liċenzar li huma parti minn programm li huwa wkoll imsejjaħ il-programm 3-LTA (għall-assemblar bit-tħejjija tat-test). 1.1. Regolamenti tas-sigurtà Fil-Federazzjoni Russa, huwa r-rwol ta' l-Awtorità Russa tas-Sigurtà Nukleari, li hija independenti, il-Gosatomnadzor (GAN), li tistabbilixxi il-ħtiġiet tagħha u li tivverifika li dawn ikunu milħuqa, qabel ma l-liċenza tkun tista tinħareġ sabiex tippermetti il-bidu ta' l-operazzjonijiet. Permezz ta' l-Azzjoni Konġunta EUR 500000 (Azzjoni Konġunta 1999/878/PESK) u EUR 1300000 (id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/493/PESK) kienu diġa ġew allokati bħala appoġġ ta' l-iżvilupp minn GAN ta' l-ewwel dokumenti ta' priorità meħtieġa għall-attivitajiet tat-tneħħija tal-plutonju. Il-proġett kien ġie implementat permezz tal-Ftehim Franza-Ġermanja-Russja tal-1998, minn CEA (Commissariat à l'énergie atomique), li għadda kontratti mal-GAN u mal-konsulenti tagħhom (IBRAE) sabiex iħejju abbozz għal tali dokumenti regolatorji, u wkoll minn esperti UE tas-sigurtà li jkollhom esperjenza f'dan il-qasam (miġbura flimkien taħt l-Awditjar-tar-Riskju) għar-reviżjoni ta' dawn id-dokumenti. Kien hemm ftehim bażiku bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Amministrazzjoni Nazzjonali tas-Sigurtà Nukleari (NNSA) tal-Istati Uniti, id-Dipartiment ta' l-Enerġija (DoE) li jaqsmu bejniethom l-appoġġ finanzjarju ta' l-attivitajiet tal-GAN f'tali impenji. Sa nofs il-2003, 12 il-dokument regolatorji, minn total ta' 16, kienu ġew imħejjija u sitta minnhom kienu ġew reveduti. It-tieni, verżjoni mtejjba ta' tlett dokumenti, kienet lesta għal reviżjoni finali qabel il-pubblikazzjoni uffiċjali. Il-proġett preżenti jkopri l-iffinanzjar ta' tlett dokumenti oħrajn miktuba mill-GAN u l-konsulenti tagħha, u tar-reviżjoni tax-xogħol Russu mill-esperti tas-sigurtà tal-UE. Dan il-proġett għandu jkun implementat fuq il-bażi tal-Ftehim ġdid Franza-Russja. Dan għandu wkoll iseħħ b'koperazzjoni mill-qrib mal-NNSA Ammerikana. It-tlett dokumenti ippjanati li jkunu żviluppati mill-GAN u l-konsulenti tekniċi tagħha għandhom ukoll ikopru l-użu ta' dawk li qabel kienu l-armamenti tal-plutonju fir-reatturi nukleari fir-Russja kif ġej: - dokument regolatorju wieħed ieħor dwar is-sigurtà kontra n-nirien fil-faċilitajiet taċ-ċiklu tal-karburanti nukleari, - reviżjoni tad-dokumentazzjoni tad-disinn dwar il-kostruzzjoni ta' faċilità għall-manifattura tal-karburanti f'sit fi NIIAR għal tlett assemblar li jwasslu għat-testijiet li għandhom ikunu mgħobbija f'reattur VVER-1000; ċertifikazzjoni ta' l-apparat relatat, - reviżjoni tad-dokumentazzjoni tad-disinn VNIINM dwar il-proċess tal-modernizzazzjoni għat-testijiet fil-proċess tal-manifattura tal-karburant MOX bl-użu ta' materjali Russi, u ċ-ċertifikazzjoni ta' l-apparat relatat. Ir-reviżjonijiet mill-esperti tal-GAN għandhom jippreparaw il-liċenzar ta' dawn l-attivitajiet, li huma parti mill-programm ta' demostrazzjoni MOX. B'żieda mar-reviżjoni tat-tlett dokumenti GAN ikkwotati, l-esperti tas-sigurtà UE għandhom jirrevedu wkoll, b'mod parallel mal-kontra-partijiet US tagħhom, ir-regolament dwar is-sigurtà ġenerali għall-faċilitajiet taċ-ċiklu tal-karburant nukleari, dokument li bħal issa qiegħed ikun revedut fi GAN. 1.2. Demostrazzjoni MOX Permezz ta' l-Azzjoni Konġunta, EUR 1300000 u EUR 1500000 kienu diġa ġew allokati bħala appoġġ għall-bidu ta' dan l-iżvilupp mill-Azzjoni Konġunta 1999/878/PESK u bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/493/PESK, rispettivament. Il-bażi huwa prinċipalment mogħti bil-programm globali għad-demostrazzjoni tal-MOX kif eleborat fil-2000 mill-Istitut Bochvarm approvat minn Minatom u aċċettat minn GAN. Dan il-programm huwa iffurmat minn sekwenza ta' diversi stadji li jwasslu finalment għat-tagħbija ta' tlett assemblar tal-karburant MOX (assemblar tat-twassil għal test, LTA) ġewwa reattur VVER-1000 fi Balakovo. Dan huwa wkoll referut bħala il-programm 3-LTA. Dan il-proġett kien ġie implementat permezz tal-Ftehim Franza-Ġermanja-Russja tal-1998, mill-CEA (Commissariat à l'energie atomique), li għaddiet kuntratti diretti ma l-istituti Russi innominati minn Minatom. Sa nofs il-2003, 12 il-kuntratt, minn total ta' 15, li jkopru l-istess numru ta' stadji tal-progremm, kienu ġew eżegwiti f'ħames istituti differenti ta' Minatom. Il-proġett preżenti jkopri l-iffinanzjar ta' erba' stadji oħrajn tal-programm tad-demostrazzjoni MOX (il-programm 3-LTA). L-implementazzjoni stabbli, sigura u teknoloġikament soda dwar it-tneħħija ta' dawk li qabel kienu l-armamenti tal-plutonju fir-Russja hija suġġett ta' priorità. Dan il-proġett huwa meħtieġ f'din il-perspettiva, hekk kif jinsab fil-"passaġġ-kritiku". Dan il-proġett għandu jkun implementat fuq il-bażi tal-Ftehim ġdid Franza-Russja. L-għażla tal-istadji magħżula isseħħ b'mod komuni mas-sieħba Franċiżi u Russi, u għandha wkoll tkun ikkomunikata lejn il-US DoE, l-Amministrazzjoni Nazzjonali tas-Sigurtà Nukleari (NNSA). L-istadji ulterjuri identifikati fil-programm 3-LTA ikopru: - il-modernizzazzjoni ta' linja tal-ipproċessar għall-manifattura ta' l-ampoli MOX (virgi qosra), - l-iżvilupp ta' programm ta' post-radjazzjoni fir-reatturi tat-testijiet, - il-kodiċi dwar l-imġieba tal-karburant għall-aġġornament ta' l-ampoli u d-disinn tal-virga tal-karburant MOX, - il-moderizzazzjoni u l-adattazzjoni ta' l-apparat ta' l-impjant VVER sabiex jippermetti t-tagħbija MOX. Huwa utili li jkun innutat li fi 2000 Mintom innominat bħala integratur TVEL għall-attivitajiet kollha tal-karburant MOX fil-programm, sabiex ikun hemm kordinazzjoni tad-doveri tad-diversi istituti li jiddependu minn Minatom (bħal ma huwa VNIINM Bochvar). Minn naħa l-oħra, RosEnergoAtom huwa responsabbli għall-operazzjoni tal-impjanti ta' l-enerġija tiegħu, bħala ma huma il-VVER-1000 fi Balakovo. L-ewwel tlett stadji msemmija hawn fuq jinvolvu TVEL u l-istituti Minatom, waqt li ta' l-aħħar jinvolvi lill-RosEnergoAtom/Balakovo. 2. Obbjettivi L-obbjettiv globali: li tkun żviluppata l-kapaċità għad-disponiment mingħajr periklu ta' dawk li qabel kienu l-armamenti tal-plutonju ġewwa l-Federazzjoni Russa. Skopijiet tal-proġett Għall-1.1: fuq il-bażi tad-dokumenti regolatorji miktuba mill-GAN, sabiex ifornu liċenza dwar uħud mill-istadji taċ-ċiklu tal-karburant ġdid kif meħtieġ, li jimplikaw l-użu tal-karburant MOX. Għall-1.2: sabiex jitwettqu studji u esperimenti li jippermettu l-użu tal-karburant MOX, inklużi it-tlett assemblar ewlenija tal-ittestjar f'reattura VVER-1000 fi Balakovo. Riżultati tal-proġett Għall-1.1: studji mill-esperti prodotti mill-GAN u li jkunu saru kummenti dwarhom mill-esperti UE dwar is-sigurtà; ċertifikati dwar passi ta' qabel l-illiċenzar ta' uħud mill-istadji fiċ-ċiklu tal-karburant. Għall-1.2: l-eżiti tad-diversi stadji deskritti hawn fuq (rapporti, apparat installat). 3. Tul ta' żmien It-tul ta' żmien mistenni għall-implementazzjoni huwa ta' sentejn. Evalwazzjoni tax-xogħol hija proponuta li sseħħ sitt xhur wara l-iffirmar ta' l-ewwel kuntratti. 4. Benefiċjarji Għall-1.1: il-GAN hija l-entità Russa li tibbenefika mill-eżitu tal-proġett. Għall-1.2: il-Minatom hija l-entità Russa li tibbenefika mill-eżitu tal-proġett. Kemm il-GAN u il-Minatom għandhom jinnominaw minn fost l-organizzazzjonijiet tagħhom, uffiċjali ta' grad għoli, sabiex iservu bħala persuni ta' kuntatt għall-proġett, li jkollhom kapaċità suffiċċjenti u r-responsabiltà sabiex jassiguraw koperazzjoni effiċjenti ma l-entità ta' Stat Membru li tkun inkarigata bl-implementazzjoni tal-proġetti. 5. L-entità ta' Stat Membru li għandha tkun fdata bl-implementazzjoni tal-proġetti Għall-1.1 u il-1.2, l-istess: - Stat Membru: Franza, rapreżentata mill-Ministeru Franċiż ta' l-Affarijiet Barranin, - L-Aġenżija ta' l-implementazzjoni: Commissariat de l'énergie atomique (CEA). 6. Partijiet terzi parteċipanti Għall-iskop ta' l-implementazzjoni tad-doveri tal-proġetti, CEA tista tistabbilixxi: - għall-1.1: kuntatti diretti mal-GAN/konsulenti (li għad iridu jkun innominati) persunall għax-xogħol li għandu jsir fir-Russja u ma l-esperti UE b'esperjenza dwar is-sigurtà ta' l-Awditjar-tar-Riskju għal reviżjoni tax-xogħol, - għall-1.2: kuntratti diretti ma l-istituti Russi innominati minn Minatom sabiex iwettqu x-xogħol fir-Russja. Il-CEA, mgħejjuna mill-esperti, għandha twettaq is-superviżjoni u l-eżekuzzjoni tad-doveri Russi u għandha tkun responsabbli sabiex tassigura għaqda sħiħa ma l-attivitajiet iffinanzjati minn korpi oħrajn, partikolarment permezz tal-programmi bilaterali US-FR. Il-kuntatti għandom ikunu stabbiliti mar-rapreżentanti tal-US DoE (NNSA) sabiex jassiguraw li dan il-proġett ikunu komplinatrju għall-attivitajiet tal-US. 7. L-estimi tal-mezzi meħtieġa 7.1. Regolamenti tas-Sigurtà Madwar 70 % ta' l-ammont huwa sabiex ikopri l-ispejjeż Russi, li primarjament huma l-pagi tal-ħaddiema, flimkien ma uħud mill-ispejjeż tal-ivvjaġġar u ta' l-apparat. Il-kumplament ta' madwar 30 % huma previsti għall-esperti tas-sigurtà nukleari sabiex iwettqu reviżjoni tax-xogħol tal-GAN. Ir-rati għandhom ikunu ibbażati fuq l-estimi mogħtija d'dan id-dokument tal-GAN, kif ġej: "Lista tan-normi u r-regoli federali u regolamenti oħrajn fil-qasam ta' l-enerġija nukleari li huma wżati għall-iżvilupp fi ħdan il-qafas tal-proġett dwar id-disponiment tal-plutonju tal-grad ta' l-armamenti" . ta' April 2001. 7.2. Demostrazzjoni MOX L-ammont kollu huwa sabiex ikopri l-ispejjeż Russi li primarjament huma l-pagi tal-ħaddiema. Ir-rati għandhom ikunu ibbażati fuq l-estimi mogħtija d'dan id-dokument li ġej: "Programm għal-liċenzar u l-manifattura tal-karburant MOX ta' tlett assemblar pilota tal-karburant għar-reattur VVER-1000," ta' Ottubru 2000, approvat minn Minatom u aċċettat minn GAN. L-ammont totali taż-żewġ proġetti jinkludi għall-kontinġenzi u għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tat-traduzzjoni ta' l-aġenzija ta' l-implementazzjoni, direttament relatata ma l-implementazzjoni tal-proġetti. 8. Ammont ta' referenza finanzjarja sabiex ikopri l-ispiża tal-proġetti: Għall-1.1: | EUR 500000 | Għall-1.2: | EUR 950000 | B'żieda, l-ispejjeż globali tal-proġett jinkludi ammont ta' EUR 50000 sabiex ikopri l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u l-allokazzjonijiet lejn l-entità identifikata tal-Istat Membru, li hija direttament relatata ma l-amministrazzjoni tal-proġett, u għal kontinġenzi. Total: EUR 1500000. -------------------------------------------------- L-ANNESS II PROVVEDIMENT GĦALL-APPARAT MEĦTIEĠ SABIEX JASSIGURA L-OPERAT TAL-QERDA TAL-FA¬ILITÀ TA' L-ARMAMENTI KIMI¬I FI KAMBARKA, FIR-REPUBBLIKA TA' UDMURTIA 1. Deskrizzjoni 1.1. Sfond L-appoġġ internazzjonali huwa ta' importanza vitali għall-Federazzjoni Russa sabiex twettaq l-obbligi tagħha permezz tal-Konvenzjoni dwar l-Armamenti Kimiċi, sabiex jiffaċilita u jikkomplementa l-isforzi Russi ħalli jkun implementat il-programm komprensiv tal-qerda ta' l-armamenti kimiċi (AK). It-tieni faċilità tad-destruzzjoni għandha tkun mibnija fis-sit tal-ħażna fi Kambarka, fejn xi 6000 tunnellata metrika mill-aġent blistering lewisite huma maħżuna f'tankijiet kbar ta' l-azzar. Din il-ħażna tirrapreżenta 16 % ta' l-ammont totali tal-AK fil-Federazzjoni Russa. Proġetti ta' stadji aktar kmieni kienu ġew implementati fi Kambarka mill-Isveżja (analiżi tar-riskju, taħriġ u apparat għaċ-¬entru tal-komunikazzjoni pubblika, l-istrument analitiku għall-isptar lokali) u mill-Finlandja (sistema ta' l-allarm speċjalment iddisinjata għas-sejbien tan-nixxija aċċidentali tal-kimiċi AK kif maħżuna). 1.2. IL-kamp ta' applikazzjoni ta' l-attivitajiet li għandhom jitwettqu permess tal-proġett Il-proġett preżenti jipprovdi finanzi għall-provvediment ta' l-elementi kruċjali ta' l-appoġġ ta' l-inġinerija għall-qerda tal-faċilita tal-AK ġewwa Kambarka. L-appart ipprovdut għandu jikkonsisti minn stazzjoni tat-tkessiħ, stazzjoni tan-nitroġenu-ossiġenu, kompressur u stazzjonijiet tad-diesel, kif ukoll xi komponenti ta' makkinarju ieħor meħtieġ għall-iffunzjonat tal-faċilità. L-esperjenza mill-faċilità iżgħar tal-destruzzjoni ġewwa Gorny, mibnija bl-appoġġ tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u ta' l-Azzjoni Konġunta UE, għandha tkun użata fil-faċilità ġewwa Kambarka. Id-dokumentazzjoni teknika meħtieġa għall-akkwist tal-proċess kienet ġiet żviluppata u saret disponibbli mill-Istitut Statali Federali Russu tad-Disinn "SoyuzpromNIIproekt". 2. Għanijiet L-għanijiet globali: sabiex jgħin lill-Federazzjoni Russa ħalli twettaq l-obbligi tagħha permezz tal-Konvenzjoni AK. Skop tal-proġett: sabiex jgħin lill-Federazzjoni Russa ħalli teqred l-armamenti kimiċi fil-faċilità tad-destruzzjoni ġewwa Kambarka, fir-Repubblika ta' Udmurtia. Riżultati tal-proġett: sabiex ikunu ipprovduti komponenti ta' makkinarju li huma meħtieġa għall-iffunzjonar tal-faċilità tad-destruzzjoni tal-AK ġewwa Kambarka. 3. Tul ta' żmien It-tul ta' żmien globali kif ippjanat għall-proġett huwa ta' 24 xahar. Dan jinkludi il-fażi tal-preparazzjoni ta' l-akkwist ta' madwar erba' xhur, li tikkonsisti fil-preparazzjoni ta' termini ta' referenza dettaljati u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, il-fażi ta' l-akkwist u l-fażi tal-kuntratti ta' xi sitt xhur oħrajn, u finalment fażi tal-produzzjoni u l-forniment ta' 14 il-xahar ieħor. Il-proġett huwa ippjanat li jibda għat-tmiem tal-2003. 4. Il-Benefiċjarju L-entità benefiċjarja ewlenija mill-eżitu tal-proġett hija l-Aġenzija Russa tal-Munizjon, li hija l-korp inkarigat mill-programm mira federali "Destruzzjoni tal-ħażniet ta' l-armamenti kimiċi ġewwa l-Federazzjoni Russa". 5. L-entità ta' Stat Membru li għandha tkun afdata bl-implementazzjoni tal-proġett - Stat Membru: Repubblika Federali tal-Ġermanja, - L-Aġenżija ta' l-implementazzjoni: Ministeru Federali ta' l-Affarijiet Barranin (Auswärtiges Amt), mgħejjun mill-Bundesamt für Wehrtechnik und Beschaffung. 6. Partijiet terzi parteċipanti Dan il-proġett għandu jkun iffinazjat 100 % mill-Azzjoni Konġunta UE. Il-Ġermanja għandha timplementa l-proġett b'mod parallel mal-proġetti tagħha ġewwa Kambarka. 7. L-estimi tal-mezzi meħtieġa Il-kontribuzzjoni UE għandha tkopri l-akkwist u l-forniment ta' l-apparat meħtieġ għall-operat tal-istazzjoni tat-tkesieħ, stazzjoni nitroġenu-ossiġenu, stazzjon tal-kompressur u stazzjon tad-diesel kif ukoll l-apparat l-ieħor meħtieġ għall-funzjonat tal-faċilità tad-destruzzjoni ta' l-armamenti kimiċi ġewwa Kambarka. L-ispejjeż ikkalkolati ta' dawn l-apparat huwa kif ġej: —Stazzjoni tal-kompressur ta' l-arja | EUR 575000 | —Stazzjoni tat-tkessieħ ta' l-arja u ta' l-ilma | EUR 1290000 | —Stazzjon tal-forniment tan-nitroġenu | EUR 940000 | —Stazzjoni ta' l-enerġija bid-diesel (sistema ta' l-emerġenza) | EUR 95000 | —Apparat ieħor, inkluż is-salvataġġ f'każ ta' emerġenza u għal ġlieda kontra n-nar | EUR 1100000. | B'żieda, l-ispejjeż globali tal-proġett jinkludu ammont ta' EUR 50000 sabiex ikopri l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u l-allokazzjonijiet lejn l-entità identifikata tal-Istat Membru, li hija direttament relatata ma l-amministrazzjoni tal-proġett, u għal kontinġenzi. 8. Ammont ta' referenza finanzjarja sabiex ikopri l-ispiża tal-proġett In-nefa totali tal-proġett hija ta' EUR 4050000. --------------------------------------------------