Official Journal L 325 , 12/12/2003 P. 0046 - 0058
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Diċembru 2003 dwar ċertifikati tas-saħħa fuq l-importazzjoni ta' prodotti ta' l-annimali għall-Istati Uniti ta' l-Amerika (notifikata bid-dokument numru K(2003) 4444) (Test b'relevanza għaż-ŻEE) (2003/863/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/258/KE tas-16 ta' Marzu 1998 fuq il-konkluzzjoni tal-ftehim bejn il-Komunità Europea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika fuq miżuri sanitarji li jipproteġu s-saħħa pubblika u ta' l-annimali fil-kummerċ ta' annimali ħajjin u prodotti [1] ta' l-annimali b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta' Diċembru 1972 fuq problemi ta' saħħa u spezzjonijiet veterinarji fuq importazzjoni ta' annimali bovini u ħnieżer u laħam frisk minn pajjizi terzi [2] kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 807/2003 [3], u b'mod partikolari l-Artikolu 11(2) u l-Artikolu 22(2) ta' dan, u d-disposizzjonijiet li jikkorrispondu ma' direttivi oħrajn li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet sanitarji u modelli taċ-ċertifikati fuq l-importazzjoni ta' annimali ħajjin u prodotti ta' l-annimali min pajjizi terzi Billi: (1) L-Anness V ta' dan il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika fuq miżuri sanitarji li jipproteġu s-saħħa pubblika u ta' l-annimali fil-kummerċ ta' annimali u prodotti ta' l-annimali (il-Ftehim) jistabbilixxi, inter alia, il-miżuri sanitarji għal-laħam frisk, prodotti tal-laħam u ċertu prodotti ta' l-annimali u ċertu prodotti f'Kummerċ ma' l-Istati Uniti ta' l-Amerika għal-liema ekwivalenti ġie determinat. (2) Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE tas-17 ta' Diċembru 1992 tniżżel rekwiżiti tas-saħħa ta' l-annimali u dik pubblika li jiggvernaw il-kummerċ fi u importazzjoni ġewwa l-Komunità ta' prodotti mhux suġġettgħar-rekwiziti mniżżla speċifikament fir-Regolament tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A (1) tad-Direttiva 89/662/KEE u fejn jidħlu patoġeni, għad-Direttiva 90/425/KEE [4], kif l-aħħar emendat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/721/KE [5], jipprovdi għar-rekwiżiti għal-ċertifikazzjoni speċjali għall-annimali u prodotti ta' origini animali li jwaqqfu l-firxa ta' mard uman u animalesk. (3) L-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/118/KEE jirrikjedi li l-ġelatina u collagen għall-konsum uman li tintuża għall-importazzjoni fil-KE għandhom jiġu akkumpanjati biċ-ċertifikat tas-saħħa li jikkorrispondi fuq kampjun formulat fl-Anness II, Kapitolu 4. (4) Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/833/KE [6] japprova għan-nom tal-Komunità Europea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika fuq miżuri sanitarji li jipproteġu s-saħħa pubblika u ta' l-annimali fuq il-kummerċ ta' annimali ħajjin u prodotti ta' l-annimali, r-rakkomandazzjonijiet meħuda mill-Kummissjoni Konġunta Maniġerjali stabbilita taħt il-ftehim li jikkonċerna l-ekwivalenza tan-norma ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika fuq ġelatina u kollagen man-norma tal-Komunità kienu approvati u għandhom jiġu implimentati; ċertifikati ta' mudelli għall-importazzjoni ta' ġelatina u kollaġen mill-Istati Uniti ta' l-Amerika fil-komunità basta li l-garanziji li jikkorrispondu għandhom jiġu stabbiliti skond il-ftehim. (5) Huwa xieraq li l-Komunità timplementa r-rikonoxximent ta' l-ekwivalenti permess lill-Istati Uniti fuq bażi provviżorja, konferma pendenti mill-Istati Uniti fuq l-approvazzjoni ta' bdil magħmul lill-dan il-ftehim. (6) Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma bi ftehim ma' l-opinjoni mal-kumitat preżenti fuq il-katina ta' l-ikel u s-saħħa ta' l-annimali ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni mill-Istati Uniti ta' ġelatina u kollaġen għall-konsum uman, basta jkunu akkumpanjati min ċertifikat(i) uffiċjali tas-saħħa bi ftehim mal-mudelli li hemm referenza għalihom rispettivament fl-Anness A u l-Anness B. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd mill-15 ta' Diċembru 2003. Artikolu 3 Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussel, fit-2 ta' Diċembru 2003. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 118, tal-21.4.98, pġ. 1. [2] ĠU L 302, tal-31.12.72, pġ. 28. [3] ĠU L 122, tas-16.5.3, pġ. 36. [4] ĠU L 62, tal-15.3.93, pġ. 49. [5] ĠU L 260, tal-11.10.3, pġ. 21. [6] ĠU L 316, tad-29.11.3, pġ. 20. -------------------------------------------------- ANNESS A +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS B +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------