32003D0846



Official Journal L 321 , 06/12/2003 P. 0062 - 0063


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-5 ta' Diċembru 2003

li tgħaddi lill-aġenziji ezekuttivi l-ġestjoni tal-għajnuna għall-miżuri ta' qabel l-adeżjoni favur l-agrikultura u l-iżvilupp rurali fir-Rumanija fil-perjodu ta' qabel l-adeżjoni.

(2003/846/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1266/1999 tal-21 ta' Ġunju 1999 dwar il-kordinament tal-għajnuna lill-pajjiżi applikanti fil-kwadru ta' l-istrateġija ta' qabel l-adeżjoni u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3906/89 [1], u partikolarment l-Artikolu 12(2) tiegħu,

Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1268/1999 tal-21 ta' Ġunju 1999 dwar l-appoġġ Komunitarju għall-miżuri ta' qabel l-adeżjoni għall-agrikultura u l-iżvilupp rurali fil-pajjiżi applikanti ta' l-Ewropa ċentrali u tal-lvant fil-perijodu ta' qabel l-adeżjoni [2], u partikolarment l-Artikolu 4(5) u (6) tiegħu,

Billi:

(1) Il-programm speċjali għall-iżvilupp agrikolu u rurali għar-Rumanija ('il quddiem Sapard) kien approvat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Diċembru 2000 [3], kif emendata l-aħħar bid- Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-1 ta' Awissu 2003, skond l-Artikolu 4(5) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 1268/1999.

(2) Il-Gvern tar-Rumanija u l-Kummissjoni, waqt li aġixxew f'isem il-Komunità Ewropea, iffirmaw fit-2 ta' Frar 2001 il-Ftehim Multiannwali ta' Finanzjament li jippreskrivi l-kwadru tekniku, legali u amministrattiv għall-esekuzzjoni ta' Sapard, kif emendat bil-Ftehim Annwali ta' Finanzjament għall-2002, iffirmat fl-1 ta' April 2003, li daħal fis-seħħ fl-aħħar fit-12 ta' Mejju 2003.

(3) L-Aġenzija Sapard, istituzzjoni pubblika bi status legali, taħt ir-responsabbilità tal-Ministeru ta' l-Agrikultura, Foresti, Ilmijiet u l-Ambjent, inħatret mill-awtorità kompetenti tar-Rumanija għall-implimentazzjoni ta' xi miżuri definiti fis-Sapard. Id-Dipartiment tal-Fond Nazzjonali fil-Ministeru tal-Finanzi Pubbliċi kien appuntat għall-funzjonijiet finanzjarji li għandu jaqdi fil-kwadru ta' l-implimentazzjoni tas-Sapard.

(4) Fuq il-bażi ta' analiżi każ b'każ tal-kapaċità ta' ġestjoni ta' programmi/proġetti nazzjonali u settorjali, proċeduri u strutturi ta' kontroll ta' finanzjament dwar il-finanzji pubbliċi, kif ipprovdut fl-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 1266/1999, il-Kummissjoni adottat id-DEĊIŻJONI 2002/638/KE tal-31 ta' Lulju 2002 li tgħaddi l-ġestjoni ta' l-għajnuna lill-aġenziji ta' implimentazzjoni għall-miżuri ta' qabel l-adeżjoni fl-iżvilupp agrikolu u rurali fir-Romanija fil-perjodu ta' qabel l-adeżjoni [4] fir-rigward ta' ċerti miżuri provduti fis-Sapard.

(5) Il-Kummissjoni għamlet analiżi ulterjuri bis-saħħa ta' l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 1266/1999 fir-rigward tal-miżura 3.1 "Investiment fl-azjendi agrikoli", miżura 3.4 "L-iżvilupp u d-diversifikazzjoni ta' attivitajiet ekonomiċi, attivitajiet multipli, dħul alternattiv" u miżura 4.1 "Titjib tat-taħriġ vokazzjonali" kif ipprovdut fis-Sapard. Il-Kummissjoni tikkonsidra li, wkoll fir-rigward ta' dawk il-miżuri, r-Rumanija tikkonforma mad-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 4 sa 6 u ta' l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2222/2000 tas-7 ta' Ġunju 2000 li tippreskrivi regoli finanzjarji għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1268/1999 fuq appoġġ tal-Komunità għall-miżuri ta' qabel l-adeżjoni għall-iżvilupp agrikolu u rurali fil-pajjiżi applikanti ta' l-Ewropa ċentrali u tal-lvant fil-perjodu ta' qabel l-adeżjoni [5], u bil-kundizzjonijiet minimi preskritti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1266/1999.

(6) Huwa għalhekk xieraq li jkun hemm it-tneħħija ta' l-approvazzjoni ex ante msemmija fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1266/1999 u biex tkun mgħoddija, fir-rigward tal-miżuri 3.1, 3.4 and 4.1, lill-Aġenżija Sapard u fuq il-Ministeru tal-Finanzi Pubbliċi, il-Fond Nazzjonali, fir-Rumanija l-ġestjoni tal-għajnuna fuq bażi deċentralizzata.

(7) Iżda, billi l-verifiki li saru mill-Kummissjoni għall-miżuri oħra 3.1, 3.4 u 4.1 huma bażati fuq sistema li mhix qed topera għal kollox fir-rigward ta' l-elementi rilevanti, huwa għalhekk xieraq li tkun mgħoddija l-ġestjoni tal-programm Sapard lill-Aġenzija Sapard u fuq il-Ministeru tal-Finanzi Pubbliċi, il-Fond Nazzjonali, skond l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 2222/2000, fuq bażi proviżorja.

(8) Huwa maħsub li l-ġestjoni sħiħa tgħaddi lis-Sapard biss wara li jkunu saru aktar verifiki biex ikun żgurat li s-sistema taħdem b'mod sodisfaċenti, u wara li tkun imwettqa kull rakkomandazzjoni li l-Kummissjoni tista' toħroġ fir-rigward li tgħaddi l-ġestjoni tal-għajnuna lill-Aġenzija Sapard, taħt ir-responsabbilità tal-Ministeru ta' l-Agrikultura, Foresti, Ilmijiet u l-Ambjent u fuq il-Ministeru tal-Finanzi Pubbliċi, il-Fond Nazzjonali.

(9) Fit-22 ta' Lulju 2003 l-awtoritajiet Rumeni ipproponew ir-regoli għall-eliġibilità għan-nefqa skond l-Artikolu 4(1) tat-Taqsima B tal-Ftehim Multiannwali ta' Finanzjament. Il-lista kienet parzjalment modifikata b'ittra datata t-22 ta' Settembru 2003. Il-Kummissjoni hija msejħa biex tieħu deċiżjoni f'dan ir-rigward,

IDDEĊIDIET DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-ħtieġa ta' approvazzjoni ex ante mill-Kummissjoni għall-għażla ta' proġett u l-kuntratti għall-miżuri 3.1, 3.4 u 4.1 mir-Rumanija provduti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1266/1999 hija b'dan mneħħija.

Artikolu 2

Il-ġestjoni tal-programm Sapard hija mgħoddija fuq bażi proviżorja lill-:

1. Aġenzija Sapard taħt ir-responsabbilità tal-Ministeru ta' l-Agrikoltura, Foresti, Ilmijiet u l-Ambjent, tar-Rumanija Triq Negustori 1 B, Settur 2, Bukarest, għall-implimentazzjoni 3.1 "Investiment f'azjendi agrikoli", miżuri 3.4 "Żvilupp u diversifikazzjoni ta' attivitajiet ekonomiċi, attivitajiet multipli, dħul alternattiv" u miżura 4.1 "Titjib tat-taħriġ vokazzjonali" kif definit fil-programm għall-iżvilupp agrikolu u rurali li kien approvat bid-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI C(2000) 3742 finali fit-12 Diċembru 2000, kif emendat l-aħħar mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata fl-1 ta' Awissu 2003.

2. Fond Nazzjonali fil-Ministeru tal-Finanzi Pubbliċi, Triq Apolodor 17, Settur 5, RO 70663 Bukarest, għall-funzjonijiet finanzjarji li għandu jaqdi fil-kwadru ta' l-implimentazzjoni tal-programm Sapard għall-miżuri 3.1, 3.4 u 4.1 għar-Rumanija.

Artikolu 3

Nefqa bis-saħħa ta' din id-Deċiżjoni għandha tkun eliġibbli għall-ko-finanzjament biss jekk issir mill-benefiċjarji mid-data ta' din id-Deċiżjoni, jew, jekk wara, d-data ta' l-istrument li jagħmilhom benefiċjarji għall-proġett partikolari, ħlief għall-istudji ta' fattibbilità u ohrajn relattati, meta din id-data għandha tkun it-12 ta' Diċembru 2000, iżda f'kull każ ma għandhiex tkun imħallsa mill-Aġenzija Sapard qabel id-data ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Mingħajr preġudizzju għal kull deċiżjoni li tagħti l-għajnuna skond is-Sapard lill-benefiċjarji individwali, għandhom jgħoddu r-regoli għall-eliġibbilità tan-nefqa proposta mir-Rumanija b'ittra Nru 1015 tat-22 Lulju 2003 u, reġistrata fil-Kummissjoni taħt Nru 19976, kif modifikata bl-ittra Nru 11012 tat-22 ta' Settembru 2003 u reġistrata fil-Kummissjoni skond Nru 26843

Magħmula fi Brussel, il-5 ta' Diċembru 2003.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 68.

[2] ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 87. (Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 696/2003 (ĠU L. 99, tas- 17.4.2003, p. 24).

[3] C(2000) 3742 finali.

[4] ĠU L 206, tat-3.8.2002, p. 31.

[5] ĠU L tas- 7.10.2000, p. 5. (Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 188/2003 (ĠU L. 27, ta' l- 1.2.2003, p. 14).

--------------------------------------------------