Official Journal L 285 , 01/11/2003 P. 0038 - 0041
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Ottubru 2003 tniżżel il-kondizzjonijiet meħtieġa tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikat veterinarju għall-importazzjoni ta’ l-imsaren ta’ l-annimali mill-pajjiżi terzi (notifikata bid-dokument numru K(2003) 3988) (Test b’relevanza għall-ŻEE) (2003/779/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li tniżżel il-kondizzjonijiet meħtieġa tas-saħħa ta’ l-annimali u tas-saħħa pubblika li jirregolaw importazzjoni u kummerċ fil-Komunità tal-Prodotti mhux suġġetti għall-kondizzjonijiet meħtieġa stabbiliti fir-regoli speċifiċi tal-Komunità msemmija fl-Anness A(1) fid- Direttiva 89/662/KEE u fir-rigward il-patoġeni, id-Direttiva 90/425/KEE [1] l-aħħar emendata, mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/721/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 10(2)(a) u (c) tiegħu, Billi: (1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/187/KE tat-18 ta’ Marzu 1994 tniżżel il-kondizzjonijet meħtieġa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikat veterinarju għall-importazzjoni ta’ l-imsaren ta’ l-annimali minn pajjiżi terzi [3] ġiet emendata ħafna drabi fis-sustanza [4]. Fl-interess taċ-ċarezza u r-razzjonalità, id-Deċiżjoni msemmija għandha tiġi kodifikata. (2) L-Anness I(2) tad-Directive 92/118/KEE jippermetti l-importazzjoni ta’ l-imsaren ta’ l-annimali casings minn kull pajjiż terz li għaddew minn trattament preskritt. (3) Il-kondizzjonijiet meħtieġa tas-saħħa ta’ l-annimal u ċ-ċertifikat veterinarju għandhom jiġu stabbiliti biex jagħtu garanzija li t-trattament preskritt ikun sar. (4) Il-miżuri li ntlaħqu f’din id-Deċiżjoni jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Food Chain u s-Saħħa ta’ l-Annimali. ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: L- Artikolu 1 L-Istati Membri se jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ l-annimali casings minn xi wieħed mill-pajjiżi terzi flimkien maċ-ċertifikat tas-saħħa kif kien stabbilit fl-Anness I, dan se jikkonsisti f’paġna waħda u għandu jimtela almenu bil-lingwa uffiċjali ta’ wieħed mill-Istati Membri li qed iwettaq il-kontroll ta’ l-importazzjoni. L- Artikolu 2 Id-Deċiżjoni 94/187/KE hija revokata. Ir-referenzi għad-Deċiżjoni revokata se jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni u jridu jinqraw b’mod li jaqblu mat-tabella korrelazzjoni fl-Anness III. L- Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmulha fi Brussel, fil-31 ta’ Ottubru 2003. Ghall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 62, 15.03.93, p. 49. [2] ĠU L 260, 11.10.03, p. 21. [3] ĠU L 89, 06.04.94, p. 18. [4] Ara l-Anness II għal din id-Deċiżjoni. -------------------------------------------------- L-ANNESS I +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- L-ANNESS II Id-Deċiżjoni mħassra u l-emendi suċċessivi Id-Deċiżjoni 94/187/KE | (ĠU L 89, tas-6.4.1994, p. 18) | Id-Deċiżjoni 94/461/KE, l-Artikolu 2 biss | (ĠU L 189, tat-23.7.1994, p. 88) | Id-Deċiżjoni 94/775/KE, l-Artikolu 2 biss | (ĠU L 310, tat-3.12.1994, p. 77) | Id-Deċiżjoni 95/88/EC, l-Artikolu 1 biss | (ĠU L 69, tad-29.3.1995, p. 45) | Id-Deċiżjoni 95/230/EC, l-Artikolu 1 biss | (ĠU L 154, tal-5.7.1995, p. 19) | DEĊIŻJONI Nru 96/106/EC, l-Artikolu 1 biss | (ĠU L 24, tal-31.1.1996, p. 34) | -------------------------------------------------- L-ANNESS III IT-TABELLA KORRELATA Id-Deċiżjoni 94/187/KE | Din id-Deċiżjoni | L-Artikolu 1 | L-Artikolu 1 | — | L-Artikolu 2 | L-Artikolu 2 | — | L-Artikolu 3 | L-Artikolu 3 | l-Anness | L-Anness I | — | L-ANNESS II | — | l-Anness III | --------------------------------------------------