Official Journal L 275 , 25/10/2003 P. 0049 - 0050
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-24 ta’ Ottubru 2003 dwar miżuri ta’ emerġenza biex ma jitħalliex it-tixrid ta’ Diabrotica virgifera Le Conte fil-Komunità (notifikata bid-dokument numru K(2003) 3880) (2003/766/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar miżuri ta’ protezzjoni kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ organiżmi perikolużi għall-pjanti u għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/47/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 16(3), it-tielet sentenza tagħha, Billi: (1) Fl-2002, Franza u l-Awstrija informaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bit-tifqigħa għall-ewwel darba fit-territorji rispettivi tagħhom ta’ Diabrotica virgifera Le Conte (hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejħa "l-organiżmu") u bil-miżuri meħuda għall-kontroll tagħhom. (2) FI-2002, il-kontroll ġie effettwat f’żoni fl-Italja li kienu diġà infettati bl-organiżmu, b’mod partikolari f’żoni ta’ monokultura ta’ qamħirrun u f’żoni ta’ introduzzjoni possibli ta’ l-organiżmu, bħal ajruporti u postijiet tad-dwana. Jidher li miżuri ta’ qirda meħuda fir-reġjun ta’ Veneto biex jillimitaw it-tixrid ta’ l-organiżmu kienu effettivi u n-numru ta’ l-organiżmu naqas; fil-Lombardia u fil-Piemonte nqabdu numru kbir ta’ organiżmu adult f’provinċji differenti, waqt li t-tifqigħa ġiet skoperta għall-ewwel darba fir-reġjun ta’ Friuli-Venezia Giulia region. (3) Studju riċenti ta’ riċerka magħmul mill-Komunità dwar il-potenzal ta’ stabbiliment ta’ l-organiżmu fil-Komunità wera li l-fatturi prinċipali ta’ stabbiliment, bħal kondizzjonijiet trofiċi u klimatiċi, huma preżenti fil-Komunità. (4) Barra dan, l-istudju juri b’mod ċar it-theddida gravi fitosanitarja li l-organiżmu u l-effetti nefasti tiegħu jistgħu joħolqu għall-produzzjoni komunitarja tal-qamħirrun, minħabba l-possibiltà ta’ telf ekonomiku, il-possibiltà ta’ dipendenza akbar fuq insettiċidi u n-neċessità li tinstab alternattiva għal qamħirrun għaċ-ċirklu tan-newba. (5) Id-Direttiva 2000/29/KE tipprojbixxi biss l-introduzzjoni u t-tixrid fil-Komunità ta’ l-organiżmu. Madankollu l-ebda miżuri ma jeżistu li jistgħu jiġu applikati meta Stati Membri jirreġistraw tifqiegħ ġdid f’żoni ħielsa jew meta l-organiżmu hu skopert fil-fażi inizjali ta’ żvilupp tal-popolazzjoni. Konsegwentament, dawn il-miżuri għandhom jiġu mfissra bil-għan li l-organiżmu jiġi meqrud f’perjodu raġonevoli ta’ żmien. (6) Dawn il-miżuri għandhom jinkludu l-istħarriġ ġenerali għall-preżenza ta’ l-organiżmu fl-Istati Membri. (7) Il-miżuri għandhom japplikaw biex jiġi kkontrollat t-tixrid ta’ l-organiżmu fil-Komunità, id-delimitazzjoni ta’ żoni, il-moviment ta’ pjanti ospiti, ħamrija u makkinarju, kif ukoll in-newba ta’ l-uċuħ tar-raba’ f’żoni delimitati. (8) Hu xieraq li r-riżultati ta’ dawn il-miżuri jiġu kontinwament ivvalutati, u għandhom jiġu kkunsidrati miżuri sussegwenti possibli fid-dawl tar-riżultati ta’ dik il-valutazzjoni. (9) Il-miżuri provvduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-Istati Membri għandhom jiżguraw li okkorrenza suspettata jew preżenza kkonfermata ta’ Diabrotica virgifera le Conte, hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejħa bħala "l-organiżmu" hi rrapportata lill-korpi uffiċjali responsabbli tagħhom fis-sens tad-Direttiva 2000/29/KE. Artikolu 2 1. L-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sena stħarriġ uffiċjali għall-preżenza ta’ l-organiżmu f’żoni fit-territorji tagħhom, fejn hu mkabbar il-qamħirrun. 2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2000/29/KE, ir-riżultati ta’ l-istħarriġ provvduti fil-paragrafu 1 għandhom jiġu mgħarrfa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra sal-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena. Artikolu 3 1. Meta r-riżultati ta’ l-isħarriġ imsemmi fl-Artikolu 2 jikkonfermaw il-preżenza ta’ l-organiżmu f’żona li kienet meqjusa bħala ħielsa mill-organiżmu, l-Istati Membru għandhom jiddefinixxu ż-żoni delimitati li jikkonsistu fil-partijiet li ġejjin: (a) żona fokali madwar il-punt fejn instab l-organiżmu, u li għandu raġġ ta’ mill-inqas 1 km, u (b) żona ta’ sigurtà madwar iż-żona fokali b’raġġ ta’ mill-inqas 5 km. Barra minn dan, l-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu żona kuxxin madwar iż-żona fokali u dik ta’ sigurtà. 2. Id-delimitazzjoni eżatta taż-żoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ibbażata fuq prinċipji solidi xjentifiċi, il-bijoloġija ta’ l-organiżmu, il-livell ta’ impestazzjoni, u s-sistemà partikolari produttiva tal-pjanta ospiti ta’ l-organiżmu fl-Istat Membru kkonċernat. 3. Jekk il-preżenza ta’ l-organiżmu hi kkonfermata f’punt ieħor li mhux il-punt oriġinali ta’ qbid ta’ l-organiżmu li jinsab fiż-żona fokali, id-delimitazzjoni taż-żoni għandha tinbidel kif xieraq. 4. Jekk ma jiġux skoperti aktar organiżmi sentejn wara l-aħħar sena ta’ qbid, iż-żoni delimitati ma jibqgħux jeżistu u m’għandhomx ikunu neċessarji aktar miżuri ta’ qirda kif imsemmija fl-Artikolu 4. 5. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni biż-żoni msemmija fil-paragrafu 1 billi jiġu pprovduti b’mapep fuq skala korrespondenti. Artikolu 4 1. F’kull waħda mill-partijiet taż-żoni delimitati, l-Istati Membri għandhom jikkontrollaw il-preżenza ta’ l-organiżmu billi jintużaw nases feromoni adegwati li għandhom jiġu irranġati bħala grilja ta’ linji u kkontrollati regolarment. It-tip u n-numru ta’ nases kif ukoll il-metodu li għandhom jintużaw għandhom jikkunsidraw iċ-ċirkostanzi lokali, u l-karatteristiċi taż-żoni delimitati. 2. B’addizzjoni għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li fiż-żona fokali: (a) m’hemmx moviment ta’ pjanti friski ta’ Zea mais L., jew partijiet friski tagħhom barra minn din iż-żona fil-perijodu tas-sena ta’ okkorrenza ta’ l-organiżmu nefast, stabbilit fuq il-bijoloġija ta’ l-organiżmu, il-livell ta’ qbid ta’ l-organiżmu, u l-kondizzjonijiet klimatiċi li jinstabu fl-Istai Membri rilevanti, biex jiġi żgurat li m’hemmx tixrid ta’ l-organiżmu; (b) m’hemmx moviment ta’ ħamrija fl-għelieqi tal-qamħirrun minn ġewwa għal barra taż-żona fokali; (ċ) il-qamħirrum mhux maħsud bejn il-perijodu tas-sena ta’ l-okkorrenza ta’ l-organiżmu, stabbilit fuq il-bijoloġija ta’ l-organiżmu, il-livell ta’ qbid ta’ l-organiżmu, u l-kondizzjonijiet klimatiċi li jinsabu fl-Istati Membri rilevanti, biex jiżguraw li m’hemmx tixrid ta’ l-organiżmu; (d) fl-għelieqi tal-qamħirrum isseħħ in-newba fejn matul perijodu ta’ tliet snin konsekuttivi, il-qamħirrun hu mkabbar darba biss, jew fiż-żona fokali kollha, il-qamħirrun mhux ikkoltivat għal sentejn wara l-aħħar sena ta’ qabda; (e) kontra l-organiżmu, sa’ l-aħħar tal-perijodu tad-deposizzjoni tal-bajd, jiġi affettwat trattament xieraq fuq l-għelieqi tal-qamħirrum, fis-sena ta’ l-okkorrenza tiegħu u s-sena ta’ wara; (f) il-makkinarju ta’ l-Agrikoltura użat fl-għelieqi tal-qamħirrum hu mnaddaf mill-ħamrija kollha u fdal ieħor qabel ma jinħareġ miż-żona; (g) pjanti spontanji ta’ qamħirrun jitneħħew mill-għelieqi li m’humiex għall-qamħirrun. 3. B’addizzjoni għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li fiż-żona ta’ sigurtà, minn ta’ l-inqas: (a) in-newba ssir waqt kull perijodu ta’ sentejn konsekuttivi li fihom il-qamħirrun hu mkabbar darba biss; jew (b) trattament xieraq fuq l-għelieqi tal-qamħirrum hu effettwat kontra l-organiżmu fis-sena ta’ l-okkorrenza tiegħu u fis-sena ta’ wara. 4. B’addizzjoni għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li fiż-żona kuxxin, in-newba tiġi effettwata matul kull perijodu ta’ sentejn konsekuttivi li l-qamħirrun hu mkabbar darba biss. Artikolu 5 L-Istati Membri għandhom jipprovvdu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra sal-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena bl-informazzjoni fuq: - iż-żoni mniżżla fl-Artikolu 3(5), - id-dati stabbiliti u l-ġustifikazzjoni tagħhom imniżżla fl-Artikolu 4(2)(a) u (ċ), - it-trattatament effettwat u li hu msemmi fl-Artikolu 4(2)(e) u fl-Artikolu 4(3)(b). Artikolu 6 Sa’ mhux aktar tard mill-1 ta’ Diċembru 2003, l-Istati Membri għandhom jipproċedu għall-adegwament tal-miżuri li adottaw bil-għan li jiġi pprojbit t-tixrid ta’ l-organiżmu b’tali mod li l-miżuri jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni u għandhom jinformaw immedjatament b’dan lill-Kummissjoni. Artikolu 7 Il-Kummissjoni tirrevedi l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni sat-28 ta’ Frar 2005, u sat-28 ta’ Frar ta’ kull sena sussegwenti. Artikolu 8 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-24 ta’ Ottubru 2003. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 169, ta’ l-10.07.00, p. 1. [2] ĠU L 138, tal-05.06.03, p. 47. --------------------------------------------------