Official Journal L 269 , 21/10/2003 P. 0008 - 0008
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 li tapprova l-konklużjoni mill-Kummissjoni ta’ Ftehim fuq il-kooperazzjoni fl-użi paċifiċi ta’ l-enerġija nukleari bejn il-Komunità Ewropea għall- Eneġija Atomika (Euratom) u l-Gvern tar-Repubblika ta’ l-Użbekistan (2003/744/Euratom) IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari t-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 101 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Billi: (1) Bi Ftehim mad-direttivi tal-Kunsill, adottat mid-deċisjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2000, il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim għall-koperazzjoni fl-użu ta’ l-enerġija nukleari paċifika bejn il-komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika (Euratom) u l-Gvern tar-Repubblika ta’ l-Użbekistan. (2) Il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata biex tikkonkludi l-Ftehim, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu Waħdieni Il-Kummissjoni hija hawnhekk awtorizzata biex tikkonkludi Ftehim għall-koperazzjoni fl-użu paċifiku ta’ l-enerġija nukleari bejn il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika (Euratom) u l-Gvern tar-Repubblika ta’ l-Użbekistan. It-test ta’ dan il-Ftehim huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni. Magħmula fi Brussel, fit-22 Settembru 2003. F’isem il-Kunsill Il-President F. Frattini --------------------------------------------------