32003D0740



Official Journal L 268 , 18/10/2003 P. 0067 - 0067


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tas-7 ta' Ottubru 2003

rigward il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja rigward is-sistema ta' ekopunti li għandha tkun applikata għall-ġarr tal-merkanzija tal-Kroazja li tgħaddi mill-Awstrija mill-1 ta' Jannar 2003

(2003/740/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 71(1) flimkien ma' l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza u l-Artiklu 300(3), l-ewwel subparagrafu fih imsemmi,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Billi:

(1) Il-Ftehim Proviżorju fuq il-kummerċ u l-kwistjonijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, min-naħa l-oħra [2], u b'mod partikolari l-Artiklu 2(2)(b) tal-Protokoll 6 fuq il-ġarr tal-merkanzija fit-triq, jistabbilixxu li għandha tapplika sistema ta' ekopunti ekwivalenti għal dik stabbilita fl-Artiklu 11 ta' Protokoll 9 ta' l-Att ta' Adezjoni ta' l-1994.

(2) Il-Kummissjoni nnegozjat għan-nom tal-Komunità Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja li jistabbilixxi l-metodu tal-kalkolazzjoni u r-regoli dettaljati u proċeduri għall-immaniġġjar u l-kontroll ta' l-ekopunti.

(3) Dan il-Ftehim kien iffirmat għan-nom tal-Komunità fit-23 ta' Lulju 2003, bla hsara għall-konklużjoni possibbli tiegħu iżjed tard, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/440/KE [3].

(4) Dan il-Ftehim għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja rigward is-sistema ta' ekopunti li għandha tkun applikata għall-ġarr tal-merkanzija tal-Kroazja li tgħaddi mill-Awstrija mill-1 ta' Jannar 2003 huwa hawnhekk approvat għan-nom tal-Komunità.

It-test tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri huwa miżjud ma' din id-Deċiżjoni [4].

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni gϋandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, fis-7 ta' Ottubru 2003.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Tremonti

[1] Opinjoni mogħtija fil-15 ta' Mejju 2003 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[2] ĠU L 330, ta' l-14.12.2001, p. 3.

[3] ĠU L 150, tat-18.6.2003, p. 32.

[4] Għat-test tal-Ftehim, ara ĠU L 150, tat-18.6.2003, p. 33. Il-Ftehim kien iffirmat għan-nom tal-Kroazja fl-1 ta' Awwissu 2003.

--------------------------------------------------