Official Journal L 254 , 08/10/2003 P. 0021 - 0028
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Settembru 2003 li tistabbilixxi permezz tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill format għall-preżentazzjoni tar-riżultati tar-rilaxx deliberat fl-ambjent ta' pjanti aktar għolja ġenetikament modifikati għall-iskopijiet apparti milli għat-tqegħid fis-suq. (notifikata permezz ta' dokument numru C(2003) 3405) (Test b'relevanza għaż-ŻEE) (2003/701/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxx deliberat fl-ambjent ta' l-organiżmi ġenetikament modifikati u tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE [1], u partikolarment it-tieni sentenza ta' l-Artikolu 10 tagħha, Billi: (1) Fir-rigward tar-rilaxx deliberat ta' l-organiżmi ġenetikament modifikati (GMOs) għal xi skop apparti milli għat-tqegħid fis-suq, l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2001/18/KE jeħtieġ li n-notifikatur ta' rilaxx bħal dan, li jibgħat lill-awtorità kompetenti, wara t-tkomplija tar-rilaxx, u miNn hemm il-quddiem, f'intervalli stabbiliti fil-kunsens fuq il-bażi tar-riżultati tal-istudju tar-riskju ambjentali, ir-riżultati tar-rilaxx f'termini ta' xi riskju għas-saħħa umana jew għall-ambjent, bi, meta xieraq, referenza partikolari ta' kwalunkwe tip ta' prodott li dak in-notifikatur ikollu l-intenzjoni li jinnotifika fi stadju aktar tard. (2) Sal-lum, bosta mill-GMO deliberalment rilaxxati fil-Komunità permezz tal-Parti B tad-Direttiva 2001/18/KE huma pjanti aktar għolja ġenetikament immodifikati (GMHP). Huwa meħtieġ għalhekk, fir-rigward ta' dawk il-pjanti, li jkun stabbilit il-format li għandu jkun użat min-notifikatur meta jippreżenta r-riżultati tar-rilaxx lill-awtorità kompetenti. Dak il-format għandu jirreffletti l-ħtieġa biex tifFaċilita l-iskambju l-aktar possibbli ta' l-informazzjoni relevanti ppreżentata f'manjera standardizzata u li tifthiem faċilment. Il-format għandu jinżamm ġenerali kemm jista jkun possibbli hekk li, meta xieraq, rilaxxi fuq multi-siti, rilaxxi multi annwali jew rilaxxi ta' diversi GMO jistgħu jkunu koperti b'rapport wieħed. (3) La darba l-inġenerija ġenetika mhix ristretta għal pjanti għolja, għandu jkun meħtieġ li jkunu stabbiliti formati għal tipi oħrajn ta' GMO, bħal ma huma l-annimali ġenetikament modifikati (GM) (inklużi insetti GM), prodotti veterinarji u mediċinali (li jkun fihom jew li jikkonsistu minn GMO) jew pjanti GM li jistgħu jipproduċu prodotti farmakewtiċi. Aktar żviluppi jistgħu wkoll ikunu meħtieġa biex jadottaw il-formati tar-rapport li diġa kienu ġew stabbiliti. (4) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz ta' l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2001/18/KE, ADOTTAT DIN ID-DECIŻJONI: Artikolu 1 Għall-iskopijiet tal-preżentazzjoni lill-awtorit’kompetenti tar-riżultati tar-rilaxx deliberat fl-ambjent ta' pjanti għolja ġenetikament modifikati (GMHP) permezz ta' l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2001/18/KE, in-notifikatur għandu juża l-format stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni, minn hawn il-quddiem "il-format tar-rapport". Artikolu 2 Il-format tar-rapport għandu jkun relatat ma mhux aktar minn kunsens wieħed maħruġ mill-awtorità kompetenti u għandu jkun identifikat b'numru wieħed tal-identifikazzjoni. Artikolu 3 1. Għall-kull numru tan-notifika, rapport finali għandu jkun imwassal min-notifikatur, u rapport finali kif ukoll rapport intermedju tal-monitoraġġ ta' wara r-rilaxx għandu jkun imwassal meta xieraq. Iż-żewġ tipi ta' rapporti għandhom ikunu mħejjija bi qbil mal-format tar-rapport. 2. Ir-rapport finali għandu jkun imwassal wara l-aħħar ħsad tal-GMHP. Meta l-ebda monitoraġġ ta' wara l-ħsad ma jkun meħtieġ għal notifika, l-ebda rapporti oħrajn m'għandhom ikunu meħtieġa. 3. Ir-rapport tal-monitoraġġ finali ta' wara l-ħsad għandu jkun imwassal wara t-tkomplija tal-monitoraġġ ta' wara r-rilaxx. L-awtorità kompetenti għandha, meta xieraq, tispeċifika fil-kunsens it-tul tal-monitoraġġ ta' wara r-rilaxx kif ukoll it-tabella taż-żmien għall-preżentazzjoni tar-rapporti intermedji tal-monitoraġġ ta' wara r-rilaxx. 4. L-awtorità kompetenti għandha tinkorraġġixxi lin-notifikaturi biex jipprovdu rapport f'għamla elettronika. Artikolu 4 L-awtorità kompetenti tista tkun teħtieġ minn għand in-notifikatur informazzjoni addizzjonali, partikolarment fil-għamla ta' logbook jew ta' rapporti interim, li jkunu mwassla matul il-korsa tal-programm tar-riċerka, qabel it-tkomplija tar-rilaxx. Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fid-29 ta' Settembru 2003. Għall-Kummissjoni Margot Wallström Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 106, tas-17.4.2001, p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------