Official Journal L 226 , 10/09/2003 P. 0027 - 0027
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/642/JHA tat-22 ta' Lulju 2003 li tirrigwarda l-applikazzjoni għall-Ġibiltà tal-Konvenzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkonsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, Wara li kkonsidra l-Konvenzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea [1] ("il-Konvenzjoni dwar il-Korruzzjoni") Billi: (1) Billi l-Konvenzjoni dwar il-Korruzzjoni kienet imfassla bl-Att tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 1997. (2) Ma saret l-ebda dusposizzjoni fil-Konvenzjoni dwar il-Korruzzjoni li tirrigwarda l-applikazzjoni tagħha għall-Ġibiltà. (3) Il-Konvenzjoni dwar il-Korruzzjoni, u numru ta' Konvenzjonijiet oħra mfassla fuq l-istess bażi, kienu konklużi taħt it-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea qabel l-1 ta' Ġunju 2000 [2] u dak iż-żmien ma kenux estiżi għall-Ġibiltà. (4) Ir-Renju Unit huwa responsabbli mir-relazzjonijiet internazzjonali tal-Ġibiltà. (5) Huwa mixtieq li l-Konvenzjoni dwar il-Korruzzjoni tiġi applikata għall-Ġibiltà, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Konvenzjoni dwar il-Korruzzjoni tapplika għall-Ġibiltà. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha. Magħmula fi Brussel, fit-22 ta' Lulju 2003. Għall-Kunsill Il-President G. Alemanno [1] ĠU C 195, tal-25.6.1997, p. 1. [2] Id-data li fiha l-arranġamenti bejn Spanja u r-Renju Unit li għandhom x'jaqsmu ma' l-awroritajiet ta' Ġibiltà fil-kuntest ta' l-istrumenti u t-trattati li għandhom x'jaqsmu magħhom ta' l-UE u tal-KE tkun daħlet f'effett. --------------------------------------------------