Official Journal L 226 , 10/09/2003 P. 0021 - 0023
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-4 ta’ Settembru 2003 dwar il-proċedura għall-attestazzjoni ta’ konformità ta’ prodotti għall-bini skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta’ kittijiet għall-kisi bil-madum ta’ ħitan ta’ barra (notifikata taħt dokument numru C(2003) 3160) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2003/640/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li jirrelataw ma’ prodotti għall-bini [1], kif emendata bid-Direttiva 93/68/KEE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 13(4) tagħha, Billi: (1) Il-Kummissjoni hija meħtieġa li tagħżel, miż-żewġ proċeduri taħt l-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 89/106/KEE għall-attestazzjoni tal-konformità ta’ prodott, il-proċedura l-anqas oneruża possibbli konsistenti mas-sigurtà. Dan ifisser li huwa meħtieġ li tiddeċiedi jekk, għal prodott partikolari jew familja ta’ prodotti, l-eżistenza ta’ sistema ta’ kontroll ta’ produzzjoni tal-fabbrika taħt ir-responsabiltà tal-manifattur hija kondizzjoni meħtieġa u suffiċjenti għall-attestazzjoni ta’ konformità, jew jekk, għal raġunijiet relatati tal-konformità mal-kriterji msemmija fl-Artikolu 13(4), l-intervent ta’ korp approvat ta’ ċertifikazzjoni huwiex meħtieġ. (2) l-Artikolu 13(4) jeħtieġ li l-proċedura hekk stabbilita għandha tiġi indikata fil-mandati u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi. Huwa għalhekk mixtieq li jiġu identifikati l-prodotti jew familja ta’ prodotti msemmija fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi. (3) Iż-żewġ proċeduri hekk kif hemm provdut fl-Artikolu 13(3) huma deskritti fid-dattal f’Anneess III li jinsab mad-Deċiżjoni 89/106/KEE. Huwa meħtieġ għalhekk li jiġu speċifikati b’mod ċar il-metodi li bihom iż-żewġ proċeduri għandhom jiġu implimentati, b’referenza għall-Anness III, għal kull prodott jew familja ta’ prodotti, minħabba li l-Anness III jagħti preferenzi għal ċerti sistemi. (4) Il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13(3)(a) tikkorrispondi mas-sistemi stipulati fl-ewwel possibbiltà, mingħajr sorveljanza kontinwa, u t-tieni u t-tielet possibbiltajiet tat-taqsima 2(ii) t’L-Anness III. Il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13(3)(b) tikkorrispondi mas-sistemi stipulati fit-taqsima 2(i) t’L-Anness III, u fl-ewwel possibbiltà, b’sorveljanza kontinwa, tat-taqsima 2(ii) t’L-Anness III. (5) Il-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Bini, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-prodott u l-familja ta’ prodotti stipulati f’L-Anness I għandu jkollhom il-konformità tagħhom attestata bi proċedura li biha, b’żieda mas-sistema ta’ kontroll ta’ produzzjoni tal-fabbrika operata mill-manifattur, korp ta’ approvazzjoni ta’ ċertifikazzjoni huwa nvolut fl-istima u s-sorveljanza tal-kontroll tal-produzzjoni jew tal-prodott innifsu. Artikolu 2 Il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità kif stipulata f’L-Anness II għandha tkun indikata fil-mandati għall-linji gwida għall-approvazzjonijiet tekniċi Ewropej. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-4 ta’ Settembru 2003. Għall-Kummissjoni Erkki Liikanen Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 12. [2] ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS I Kittijiet għall-kisi bil-madum ta' ħitan ta' barra Għal ħitan esterni, jew irfinar estern ta' ħitan. -------------------------------------------------- L-ANNESS II Nota: għal prodotti li għandhom aktar minn użu wieħed ta’ l-użi maħsuba speċifikati fil-familji li ġejjin, il-kompiti għall-korp approvat, li joħorġu mis-sistemi relevanti ta’ attestazzjoni ta’ konformità huma kumulattivi. Familja ta’ prodotti: kittijiet għal kisi bil-madum ta’ ħitan ta’ barra (1/2) Sistemi ta’ attestazzjoni ta’ konformità Għall-prodott/i u l-użu/i maħsub tagħhom elenkati hawn taħt, l-EOTA hija mitluba li tispeċifika is-sistema/i li ġejjin għall-attestazzjoni ta’ konformità fil-linji gwida relevanti għall-attestazzjonijiet tekniċi Ewropej: Sistema 2+ : ara l-Anness III(2)(ii) li jinsab mad-Direttiva 89/106/KEE, l-ewwel possibbiltà, inkluża ċertifikazzjoni tal-kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika minn korp approvat fuq il-bażi ta’ spezzjoni inizjali tal-fabbrika u ta’ kontroll ta’ produzzjoni tal-fabbrika kif ukoll ta’ sorveljanza kontinwa, stima u approvazzjoni tal-kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika. Prodott/i | Użu/i maħsuba | Livelli/i jew klassi/jiet | Attestazzjoni ta’ sistema/i ta’ konformità | Kittijiet għal kisi bil-madum minn barra ta’ ħitan | għal ħitan esterni jew irfinar estern ta’ ħitan | – | 2+ | L-ispeċifikazzjoni tas-sistema għandha tkun tali li tkun tista’ tiġi implimentata wkoll fejn it-twettieq ma jeħtieġx li jiġi stabbilit għal ċerta karatteristika (ara l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, fejn japplika, l-klawżola 1.2.3 tad-Dokumenti Interpretattivi). F’dawk il-każi il-verifikazzjoni ta’ dik il-karatteristika m’għandhiex tiġi imposta fuq il-manifattur jekk ma jixtieqx li jiddikjara it-twettieq tal-prodott f’dak ir-rigward. Familja ta’ prodotti: kittijiet għal kisi bil-madum ta’ ħitan ta’ barra (2/2) Sistemi ta’ attestazzjoni ta’ konformità Għall-prodott/i u użu/i maħsuba elenkati hawn taħt, l-EOTA hija meħtieġa li tispeċifika is-sistema/i li ġejjin ta’ attestazzjoni ta’ konformità fil-linji gwida relevanti għall-approvazzjonjiet tekniċi Ewropej: Sistema 1 : ara l-Anness III(2)(i) li jinsab mad-Direttiva 89/106/KEE, mingħajr ittestjar ta’ verifikazzjoni ta’ kampjuni. Sistema 3 : ara l-Anness III(2)(ii) li jinsab mad-Direttiva 89/106/KEE, it-tieni possibbiltà. Sistema 4 : ara l-Anness III(2)(ii) li jinsab mad-Direttiva 89/106/KEE, it-tielet possibbiltà. Prodott/i | Użu/i maħsuba | Livell/i jew klassi/jiet (reazzjoni kontra n-nar) | Attestazzjoni ta’ sistema/i ta’ konformità | Kittijiet għall-kisi bil-madum minn barra ta’ ħitan | għal użi suġġetti għar-regolamenti ta’ reazzjoni kontra n-nar | A1 [1], A2 [1], B [1], C [1] A1 [2], A2 [2], B [2], C [2], D, E (A1 to E) [3], F | 1 3 4 | L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tkun tista’ tiġi implimentata wkoll fejn il-prestazzjoni ma teħtieġx li tiġi stabbilit għal ċerta karatteristika, minħabba li ta’ l-anqas Stat Membru wieħed ma jkollu ebda ħtieġa legali affattu għal dik il-karatteristika (ara l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u fejn japplika, l-klawżola 1.2.3 tad-dokumenti interpretattivi). F’dawk il-każi il-verifikazzjoni ta’ dik il-karatteristika m’għandhiex tiġi imposta fuq il-manifattur jekk ma jixtieqx li jiddikjara l-prestazzjoni tal-prodott f’dak ir-rigward. [1] Prodotti/matrjali li għalihom stadju identifikabbli b’mod ċar fil-proċess tal-produzzjoni jirriżulta f’titjib fil-klassifikazzjoni tar-reazzjoni tagħhom kontra n-nar (per eżempju żieda ta’ fire retardants jew t-tqegħid ta’ limitu fuq il-materjal organiku). [2] Prodotti/materjali mhux koperti bin-nota f’qiegħ il-paġna. [3] Prodotti/materjali li ma jeħtieġux li jiġu ttestjati għar-reazzjoni tagħhom kontra n-nar (per eżempju prodotti/materjali tal-klassijiet A1 skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/603/KE, kif emendata). --------------------------------------------------