Official Journal L 220 , 03/09/2003 P. 0003 - 0004
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta'Awissu 2003 li tadotta miżuri li jikkonċernaw il-Liberja taħt l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Sħubija ACP-KE fil-każ ta' urġenza speċjali (2003/631/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-Ftehim intern bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, fuq miżuri li għandhom jittieħdu u proċeduri li iridu jiġu kkunsidrati għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija [1] ACP-KE, u b'mod partikolari, l-Artikolu 3 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Billi: (1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2002/274/KE tal-25 ta' Marzu 2002 li tikkonkludi konsultazzjonijiet mal-Liberja taħt l-Artikoli 96 u 97 tal-Ftehim ta' Sħubija ACP-KE li jipprovdi għall-adozjoni ta' miżuri xierqa fi-sens ta' l-Artikolu 96(2)(ċ) u l-Artikolu 97(3) tal-Ftehim ta' Sħubija ACP-KE. (2) L-elementi essenzjali msemmija fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta' Sħubija ACP-KE għadhom qed jiġu miksura mill-Gvern tal-Liberja u l-kondizzjonijiet preżenti fil-Liberja ma jiżgurawx rispett għad-drittijiet tal-bniedem, prinċipji demokratiċi u l-istat tad-dritt. (3) Is-sitwazzjoni politika u ta' sigurta fil-Liberja iddeterjorat b'mod drammatiku mid-data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni Nru 2002/274/KE [2] Din is-sitwazzjoni tikkostitwixxi għalhekk każ ta' urġenza speċjali fit-tifsira ta' l-Artikolu 96(2)(b) tal-Ftehim ta' Sħubija ACP-KE. (4) Huwa għalhekk neċessarju li ssir reviżjoni fuq il-kondizzjonijiet taħt liema fondi, ikkunsidrati għal-Liberja tista' tkun aċċessibli biex tkun tippermetti għajnuna lejn il-proċess ta' paċi fil-Liberja b'mod partikolari l-għajnuna possibbli għal operazzjonijiet ta' paċi, demobilizzazzjoni u integrazzjoni mill-ġdid fil-programm, bini ta' istituzzjonijiet u t-treġġigħ lura ta' strutturi demokratiċi, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-miżuri speċifikati fl-abbozz ta' l-ittra lill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin tal-Liberja, mehmuża hawn taħt, huma hawnhekk addottati bħala miżuri xierqa fil-każ ta' urġenza speċjali fit-tifsira ta' l-Artikolu 96(2)(b) u (ċ) tal-Ftehim ta' Sħubija ACP-KE. Dawn il-miżuri għandhom jispiċċaw fil-31 ta' Diċembru 2004. Din id-data ma teskludix xi data ta' skadenza speċifika li tinsab fl-istrumenti finanzjarji koperti minn din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-miżuri meħudin mill-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2002/274/KE m'għandhomx japplikaw aktar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-deċiżjoni. Ir-riżultat ta' din il-konsultazzjoni kif stabbilit fl-abbozz ta' l-ittra fl-anness ta' din id-deċiżjoni 2002/274/KE għandu jibqa bla effett. Artikolu 3 Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ f'dik il-ġurnata meta tkun addottata. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Magħmula fi Brussel, fil-25 Awissu 2003. F'isem il-Kunsill Il-President F. Frattini [1] ĠU L 317, 15.12.00, p. 376. [2] ĠU L 96, 13.04.02, p. 23. -------------------------------------------------- ANNESS ABBOZZ TA' L-ITTRA LIL-MINISTRU TA' L-AFFARIJIET BARRANIN TAL-LIBERJA H.E. Mr Monie Captan Ministru ta' l-Affarijiet Barranin il-Liberja Għażiż Ministru, L-Unjoni Ewropea hija profondament ikkonċernata fuq is-sitwazzjoni tas-sigurtà fil-pajjiż tiegħek u jixtieq jgħin fir-ritorn tal-paċi u l-istabbilita. Għandha għalhekk l-intenzjoni li tipprovdi għajnuna finanzjarja lill-operazzjoni ta' paċI fil-Liberja. L-Unjoni Ewropea tixtieq tforni fondi għsl-miżuri oħra biex takkumpanja il-proċess ta' paċi la darba ikunu waslu għal u iffirmaw Ftehim ta' paċi komprensiv. Il-komunità għandha għalhekk tiddeċiedi li jibdel il-miżuri kif muri fl-ittra No SGS 272745 tas-27 ta' Marzu 2002 bil-miżuri l-ġodda li ġejjin, motivati min-każ ta' urġenza speċjali fit-tifsira ta' l-Artikolu 96(2)(b) tal-Ftehim tal-Partijiet ACP-KE, fejn tidħol l-implimentazzjoni: - Segwitu regolari tista tkun żgurata permezz ta'djalogu politiku magħluq li jinvolvi l-preżidenza ta l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea, u reviżjonijiet politiċI kull sitt xhur, - implimentazzjoni ta' proġetti kurrenti mogħti l-fond taħt l-Artikolu 72 tal-Ftehim tal-Partijiet ACP-KE, li bħalissa jitla għal-EWR 25 miljun u għandu juri l-intenzjoni li jilqa l-bżonnijiet speċjali ta' persuni mitlufin, għandu jkompli, - Kontribuzzjoni ta' proġetti reġjonali, operazzjonijiet ta' natura umanitarja, koperazzjonijiet ta' kummerċ u preferenzi li għandhom x' jaqsmu mal-kummerċ ma humiex affetwati, - Għajnuna lill-istituzzjoni tippermetti l-implimentazzjoni ta' miżuri li l-mira tagħhom hi li twettaq obbligi mogħtija fil-konsultazzjonijiet ikunu provduti, - Kapitolu 1 ta' enness 4 sal-ACP-KE tal-Ftehim tal-partijiet huwa sospiż. Il-bilanċ li jibqa għal-Liberja mit-8 EDF għandu jkun disponibbli aktar il-quddiem għall-implimentazzjoni. Il-fondi għandhom isostnu il-proċess tal-paċi fil-Liberja li jinkludi l-għajnuna lill-operazzjoni taż-żamma tal-paċi fil-Liberja, demobilizzazzjoni u program ta'integrazzjoni mil-ġdid, bini ta' istituzzjonijiet u restawr effiċjenti ta' strutturi demokratiċi, - Notifika tad-9 allokazzjoni EDF għandha sseħħ ladarba l-Ftehim ta'paċi komprensiva jidħol fis-seħħ u l-partijiet firmatarji għal-Ftehim urew impenn biex jimplementaw il-Ftehim kif muri. Id-Deċiżjoni biex jinnotifika għandha ssir wara reviżjoni politika wara sitt xhur kif stabbilita fl-ewwel indent. Is-sospensjoni ta' l-ewwel Kapitolu ta' l-Anness 4 tal-Ftehim tal-Partijiet ACP-KE kif stabbilit fl-indent preċedenti ma għandux japplika għall-implimentazzjoni tad-9 allokazzjoni EDF, - Il-kummissjoni għandha tkompli teżerċita l-funzjoni ta' uffiċjali nazzjonali li jawtorizza min-naħa ta' dan ta' l-aħħar għall-implimentazzjoni fuq bilanċI li jibqgħu mit-8 EDF kif muri hawn fuq. L-Unjoni Ewropea għandha issegwi mil-viċin is-sitwazzjoni fil-Liberja. Aħna nipproponu li id-djalogu politiku għandha tkompli, fuq bażi ta' l-Artikolu 8 ta' l-Ftehim tal-Partijiet ACP-KE fuq il-bażi tar-riżultat fuq il-konsultazzjonijiet kif stabbiliti fl-ittra tagħna No SGS 272745 of 27 Marzu 2002. Dejjem tiegħek, Ghall-Kummissjoni F'isem il-Kunsill --------------------------------------------------