Official Journal L 199 , 07/08/2003 P. 0019 - 0019
ID-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Lulju 2003 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċili (2003/589/KE) IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi il-Komunitajiet Ewropej, u b’mod partikolari l-Artikolu 170(2) tiegħu, flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) u l-Artikolu 300(3) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Billi: (1) Il-Kummissjoni innegozjat mar-Repubblika taċ-Ċili, għall-Komunità, Ftehim ta’ koperazzjoni xjentifika u teknoloġika. (2) Dan il-Ftehim kien iffirmat, għall-Komunità, fit-23 ta’ Settembru 2002 fi Brussel, suġġett għall-konklużjoni possibli f’data iktar tard. (3) Il-Ftehim għandu jkun approvat, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim ta’ koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċili huwa għalhekk approvat għall-Komunità. It-test ta’ dan il-Ftehim huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill, f’isem il-Komunità, ser jagħti n-notifika li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 11 tal-Ftehim. Magħmula fi Brussel, 21 Lulju 2003. F’isem il-Kunsill Il-President F. Frattini [1] Proposta ta’ l- 24 ta’ Frar 2003 (għada mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [2] Opinjoni tat-3 ta’ Ġunju 2003 (għada mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali). --------------------------------------------------