Official Journal L 196 , 02/08/2003 P. 0041 - 0042
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-1 ta' Awissu 2003 li temenda id-Deċiżjoni 2001/618/KE biex ikunu nklużi ċerti dipartimenti fi Franza u Provinċja fl-Italja fil-lista ta' Stati Membri u reġjuni li huma ħielsa mill-marda ta' Aujeszky u reġjuni fejn jeżistu programmi għall-qerda tal-marda ta' Aujeszky (notifikata bid-dokument numru K(2003) 2786) (Test b'relevanza għaż-ŻEE) (2003/575/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidrat id- Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar problemi ta' saħħa fl-annimali li jeffettwaw negozju fil-Komunità ta' annimali bovini u qżieqeż [1],kif emendata l-aħħar permezz tar-regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1226/2003 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 10(2) tiegħu Billi: (1) Il-garanziji addizzjonali marbuta mal-marda Aujeszky fin-negozju ġewwa l-Komunità ta' qżieqez, u l-lista ta' territorji fl-Istati Membri li huma ħielsa minn din il-marda u fejn jeżistu programmi approvati għall-kontroll tal-mard, huma stabbiliti permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/618/KE [3], kif l-aħħar emendata permezz tad-Deċiżjoni Nru 2003/130/KE [4]. (2) Programm għall-eradikazzjoni tal-marda Aujeszky kien implimentat fi Franza għal numru ta' snin. Numru ta' dipartimenti Franċiżi huma rikonoxxuti bħala li huma ħielsa mill-mard permezz tad-DeċIżjoni Nru 2001/618/KE. (3) Skond l-artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE, Franza ssottomettiet issa dokumentazzjoni ta' sapport lill-Kummissjoni li turi li d-Dipartimenti li ġejjin huma ħielsa mill-marda ta' Aujeszky Alpes-de-Haute-Provence, Alpes-Maritimes, Ardèche, Haute-Savoie, Isère, Manche, Mayenne, Seine-et-Marne u Yvelines. (4) Il-programmi ta' qerda jitqiesu li kellhom suċċess fil-qerda tal-marda minn dawk id-Diparimenti Franċiżi. (5) Skond l-artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KE, Franza ssottomettiet ukoll dokumentazzjoni fir-rigward tal-programm ta' qerda li jeżisti fid-Dipartimenti ta' Ain, Côtes-d'Armor, Finistère, Ille-et-Vilaine, Morbihan and Nord u talbu l-approvazzjoni ta' dan il-programm. (6) Skond l-artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KE, l-Italja ssottomettiet dokumentazzjoni fir-rigward tal-programm ta' qerda li jeżisti fil-Provinċja ta' Bolzano u talbet l-approvazzjoni ta' dan il-programm. (7) Id-Deċiżjoni Nru 2002/618/KE għandha għalhekk tiġi emendata għal din ir-raġuni. (8) Il-miżuri li tipprovdi għalihom din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-saħħa ta' l-Annimali, ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-Annessi I u II għad-Deċiżjoni 2001/618/KE huma mibdula bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mill-1 ta' Awissu 2003. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussel, 1 ta' Awissu 2003. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU C 121, tad-29.7.1964, p. 1977/64. [2] ĠU L 179, tad-9.7.2, p. 13. [3] ĠU L 215, tad-9.8.1, p. 48. [4] ĠU L 52, tas-27.2.3, p. 9. -------------------------------------------------- ANNESS " “ANNESS I L-Istati Membri jew reġjuni tagħhom ħielsa mill-marda ta' Aujeszky u fejn it-tilqim huwa projbit id-Danimarka: | Ir-reġjuni kollha. | il-Ġermanja: | Ir-reġjuni kollha. | Franza: | Id-Dipartimenti ta' Aisne, Allier, Alpes-de-Haute-Provence, Alpes-Maritimes, Ardèche, Ardennes, Ariège, Aube, Aude, Aveyron, Bas-Rhin, Bouches-du-Rhône, Calvados, Cantal, Charente, Charente-Ariège, Aube, Aude, Aveyron, Bas-Rhin, Bouches-du-Rhône, Calvados, Cantal, Charente, Charente-Maritime, Cher, Corrèze, Côte-d'Or, Creuse, Deux-Sèvres, Dordogne, Doubs, Drôme, Essonne, Eure, Eure-et-Loir, Gard, Gers, Gironde, Hautes-Alpes Hauts-de-Seine, Haute Garonne, Haute-Loire, Haute-Marne, Hautes-Pyrénées, Haut-Rhin, Haute-Saône, Haute-Savoie, Haute-Vienne, Hérault, Indre, Indre-et-Loire, Isère, Jura, Landes, Loire, Loire-Atlantique, Loir-et-Cher, Loiret, Lot, Lot-et-Garonne, Lozère, Maine-et-Loire, Manche, Marne, Mayenne, Meurthe-et-Moselle, Meuse, Moselle, Nièvre, Oise, Orne, Paris, Pyrénées-Atlantiques, Pyrénées-Orientales, Puy-de-Dôme, Réunion, Rhône, Sarthe, Saône-et-Loire, Savoie, Seine-et-Marne, Seine-Maritime, Seine-Saint-Denis, Somme, Tarn, Tarn-et-Garonne, Territoire de Belfort, Val-de-Marne, Val-d'Oise, Var, Vaucluse, Vendée, Vienne, Vosges, Yonne, Yvelines. | il-Lussemburgu: | It-territorju kollu. | l-Awstrija: | Ir-reġjuni kollha. | Il-Finlandja | Ir-reġjuni kollha. | L-Isvezja | Ir-reġjuni kollha | ir-Renju Unit: | Ir-reġjuni kollha fl-Ingilterra, l-Iskozja u Wales. | ANNESS II L-Istati Membri u reġjuni tagħhom fejn jeżistu programmi approvati għall-kontroll tal-marda ta' Aujeszky. Belġju: | It-territorju kollu. | Franza: | Id-dipartimenti ta' Ain, Côtes-d'Armor, Finistère, Ille-et-Vilaine, Morbihan, Nord, Pas-de-Calais. | L-Italja | Il-Provinċja ta' Bolzano. | l-Olanda: | It-territorju kollu. | " --------------------------------------------------