32003D0543



Official Journal L 185 , 24/07/2003 P. 0059 - 0060


Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/543/PESK

tal-21 ta' Lulju 2003

dwar l-implimentazzjoni ta' l-Azzjoni Konġunta 2002/589/PESK bil-għan ta' kontribuzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea għall-ġlieda kontra l-akkumulazzjoni destabilizzanti u t-tixrid ta' armi zgħar u armi ħfief fl-Amerika Latina u l-Karibew

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kunsidra l-Azzjoni Konġunta 2002/589/PESK tat-12 ta' Lulju 2002 fuq il-kontribuzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea għall-ġlieda kontra l-akkumulazzjoni destabilizzanti u t-tixrid ta' armi zgħar u armi ħfief [1], u partikolarment l-Artikolu 6 tiegħu, flimkien mat-tieni inċiż ta' l-Artikolu 23(2) tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1) Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/200/PESK [2], l-Unjoni Ewropea deċidiet li tikkontribwixxi għall-ġlieda kontra l-akkumulazzjoni bla rażan u t-tixrid ta' armi zgħar u armi ħfief, li ponew theddida għall-paċi u sigurtà u li reduċew il-prospetti għall-iżvilupp sostenibbli, inter alia fl-Amerika Latina u l-Karibew. Il-kontribuzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea liċ-Centru Reġjonali għall-Paċi, Diżarm u Zvilupp fl-Amerika Latina u l-Karibew tan-Nazzjonijiet Uniti (UN-LiREC) fil-Lima taħt dik id-Deċiżjoni, li taġixxi f'isem id-Dipartiment Għall-Affarijiet tad-Diżarm tan-Nazzjonijiet Uniti (DDA), kienet effettiva li tassigura attivitajiet preparatorji u l-implimentazzjoni inizjali ta' ċerti elementi fil-qasam tal-ġlieda kontra l-akkumulazzjoni bla rażan u t-tixrid ta' armi zgħar u armi ħfief f'din ir-reġjuni. Biex ikomplu dawn l-attivitajiet, UN-LiREC u DDA appelaw għall-għajnuna mill-Unjoni Ewropea.

(2) Biex jintlaħqu dawn l-għanijiet imniżżla fl-Artikolu 1 ta' l-Azzjoni Konġunta 2002/589/PESK, l-Unjoni Ewropea tħares li topera fil-fora internazzjonali rilevanti u f'kuntest reġjonali approprjat biex tagħti għajnuna permezz ta' l- organizzazzjonijiet internazzjonali, programmi u aġenziji kif ukoll arranġamenti reġjonali.

(3) UN-LiREC, f'isem id- DDA, issegwi, fil funzjoni tagħha bħala Clearing-House Reġjonali fuq Armi, Ammunizjon u Splussivi fl-Amerika Latina u l-Karibew, l-għan ewlieni li tipprovdi l-Istati fir-reġjun b'għajnuna fl-implimentazzjoni ta' l-arranġamenti reġjonali u regolamenti u tiżviluppa approċċ koordinat biex timpedixxi t-traffikar ta' l-armi u ttejjeb il-kapaċitajiet fir-reġjun permezz ta' numru ta' proġetti speċifiċi.

(4) L-għanijiet tal-proġetti differenti tal-UN-LiREC huma li jittrejnjaw it-trejners f'akkademji ta' l-infurzar tal-liġi, jiżviluppaw it tag]mir biex jittejjeb l-kontroll fuq il-kummerċ ta' armi legali, jimpedixxu u jgħinu fil-ġlieda kontra t-traffikar illegali ta' l-armi fl-Amerika Latina u l-Karibew, jiffaċilitaw d-distruzzjoni ta' l-armi żejda u t-titjib fl-immaniġġjar ta' stokk, u jisostjenu l-membri parlamentari fit-titjib tal-liġijiet relattati ma l-armi, l-munizjon u l-isplussivi.

(5) Attivitajiet taħt dawn il-proġetti ħa jkunu intrapriżi mill-UN-LiREC u L-Organizzazzjoni ta' L-Istati Amerikani jikooperaw ma istituzzjonijiet oħra.

(6) Il-Kummissjoni qablet li tiġi inkarigata bl-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

(7) L-Unjoni Ewropea għalhekk għandha l-intenzjoni li toffri assistenza finanzjarja kontinwa lill-attivitajiet ta' l-UN-LiREC skond it-Titolu II ta' l-Azzjoni Konġunta 2002/589/PESK.

(8) Il-Kummissjoni tassigura visibilta' adegwata tal-kontribut ta' l-Unjoni Ewropea lill-proġetti, inkluż b'miżuri approprjati meħudin mill-UN-LiREC,

IDDECIEDA DAN LI GEJ:

Artikolu 1

1. L-Unjoni Ewropea għandha tikkontribwixxi għall-ġlieda kontra l-akkumulazzjoni destabilizzanti u t-tixrid ta' armi zg]ar u armi ħfief fl-Amerika Latina u l-Karibew permezz ta' sostenn kontinwu lill-attivitajiet ippjanati mill-UN-LiREC.

2. Għal din ir-raġuni, l-Unjoni Ewropea għandha tipprovdi appoġġ finanzjarju lid-Dipartiment għall-Affarijiet tad-Diżarm tan-Nazzjonijiet Uniti (DDA), f'isem min il-UN-LiREC qed taġixxi, għall-proġetti immirati għat-trejning tat-trejners f'akkademji ta' l-infurzar tal-liġi permezz ta' l-izviluppar ta' korsijiet speċifiċi u eżercizzji simulatorji, għall-iżviluppar ta' tagħmir b'viżjoni għall-faċilitizzazzjoni ta' sforzi għat-titjib tal-kontroll tal-kummerċ ta' l-armi legali, għall-impediment u l-ġlied kontra t-traffiku illegali fl-Amerika Latina u l-Karibew, għall-faċilitizzazzjoni tad-distruzjoni ta' armi żejda u t-titjib fl-immaniġġjar ta' stokk, kif ukoll għas-sostenn lil membri parlamentari għat-titjib tal-liġi fuq il-mekkaniżmi ta' kontroll relattati ma l-armi, l-munizzjon u l-isplussivi.

3. Il-Kummissjoni għandha tkun inkarigata bl-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni. Biex jintlaaq dan, il-Kummissjoni għandha tikkonkludi ftehim finanzjarju mad-DDA, f'isem min il-UN-LiREC qed taġixxi, fuq il-kundizzjonijiet ta' l-użu tal-kontribut ta' l-Unjoni Ewropea, li tieħu l-forma ta' konċessjoni. Il-ftehim finanzjarju li għandu jiġi konkluż jistipula li l-UN-LiREC, DDA u l-isħab ta' l-UN-LiREC għandhom jassiguraw il-visibbiltà tal-kontribut ta' l-Unjoni Ewropea lill-proġett, f'mod approprjat.

Artikolu 2

1. L-ammont tar-riferenza finanzjarja għall-għanijiet imsejħa fl-Artikolu 1 għandu jkun ta' EUR 700000.

2. Il-ġestjoni ta' l-infiq iffinanzjat mill-ammont speċifikat fil-paragrafu 1 g]andu jkun soġġett għall-proċeduri tal-Komunità u r-regoli applikabli għall-estimi ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapporti regolari fuq l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni lill-entitajiet rilevanti tal-Kunsill, skond l-Artikolu 9(1) ta' l-Azzjoni Konġunta 2002/589/PESK. Din l-informazzjoni tkun ibbażata partikolarment fuq rapporti regolari provduti mill-UN-LiREC/DDA taħt ir-relazzjoni kuntrattwali tagħha mall-Kummissjoni, kif stipulat fl-Artikolu 1 hawn fuq.

Artikolu 4

1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Awissu 2003; infiq magħmul fl-implimentazzjoni ta' din l-azzjoni għandu jkun eliġibbli minn dik id-data. Id-Deċiżjoni tiskadi fl-31 ta' Lulju 2004.

2. Din id-Deċiżjoni għandha tkun reveduta 10 xhur wara id-data ta' l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fil-Gurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, fil-21 ta' Lulju 2003.

Għall-Kunsill

Il-President

F. Frattini

[1] ĠU L 191, tad-19.7.2002, p. 1.

[2] ĠU L 72, ta' l-14.3.2001, p. 1.

--------------------------------------------------