32003D0526



Official Journal L 183 , 22/07/2003 P. 0046 - 0050


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-18 ta’ Lulju 2003

dwar il-miżuri ta’ protezzjoni li jirrelataw mad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Belġju, fi Franza, fil-Ġermanja u fil-Lussemburgu

(notifikata bid-dokument numru K (2003) 2535)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2003/526/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar kontrolli veterinarji u żootekniku applikabbli fil-kummerċ intrakomunitarju f’ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb għat-tkomplija tas-suq intern [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1) Bħala riżultat tad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti żoni fil-fruntieri ta’ Franza, tal-Ġermanja u tal-Lussemburgu, il-Kummissjoni adottat: id-Deċiżjoni 2002/626/KE tal-25 ta’ Lulju 2002 li tapprova l-pjan mogħti minn Franza għall-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer mill-ħnieżer slavaġ f’Moselle u f’Meurthe-et-Moselle [3]; id-Deċiżjoni 2002/1009/KE tas-27 ta’ Diċembru 2002 dwar miżuri ta’ protezzjoni li jirrelataw mad-deni klassiku tal-ħnieżer f’Belġju, fi Franza, fil-Ġermanja u fil-Lussemburgu [4]; id-Deċiżjoni 2003/135/KE tas-27 ta’ Frar 2003 fuq l-approvazzjoni tal-pjanijiet għall-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer u l-vaċċinazzjoni ta’ emerġenza għal-ħnieżer slavaġ kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Ġermanja, fl-Istati federali ta’ Sassonja ta’ Isfel, North Rhine-Westphalia, Rhineland-Palatinate u Saarland [5]; id-Deċiżjoni 2003/136/KE tas-27 ta’ Frar 2003 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet kontra l-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer fi ħnieżer slavaġ u l-vaċċinazzjoni ta’ emerġenza għall-ħnieżer slavaġ kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Lussemburgu [6]; id-Deċiżjoni 2003/363/KE ta’ l-14 ta’ Mejju 2003 li tapprova l-pjan għall-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer slavaġ f’ċerti żoni tal-Belġju [7].

(2) Fid-dawl tas-sitwazzjoni epidemjoloġika kurrenti u l-lokalità ta’ l-aktar każijiet riċenti ta’ mard fil-ħnieżer slavaġ, hu xieraq li jiġu applikati l-miżuri li ġew stabbiliti bid-Deċiżjoni 2002/1009/KE, u li jiġu emendati ż-żoni ta’ Franza u tal-Ġermanja fejn għandhom jgħoddu dawn il-miżuri.

(3) Il-miżuri msemmija f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd mingħajr preġudizzju għall-pjanijiet mogħtija mill-Istati Membri u approvati mill-Kummissjoni bid-Deċiżjonijiet 2002/626/KE, 2003/135/KE, 2003/136/KE u 2003/363/KE.

Artikolu 2

1. Il-Belġju, Franza, il-Lussemburgu u l-Ġermanja (hawnhekk iżjed ‘il quddiem: "l-Istati Membri kkonċernati") għandhom jiżguraw li l-ebda ħanżir m’hu trasmess minn dawn l-Istati Membri sakemm il-ħnieżer::

(a) ġejjin minn żona barra ż-żoni deskritti fl-Anness; u

(b) ġejjin minn azjenda fejn, matul it-30 ġurnata immedjatament qabel il-bgħit tal-ħnieżer in kwistjoni, ma ġie introdott l-ebda ħanżir ħaj miż-żoni mniżżla fl-Anness.

2. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li t-transitu tal-ħnieżer minn żoni deskritti fl-Anness isir biss fuq toroq prinċipali jew fuq ferroviji, mingħajr l-ebda waqfien mill-vettura li qed tittrasporta l-ħnieżer.

Artikolu 3

1. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-ebda kunsinna ta’ semen tal-ħnieżer m’hi mibugħta sakemm is-semen joriġina minn ħnieżer slavaġ miżmuma f’ċentru ta’ kollezzjoni msemmi fil-punt (a) ta’ l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE [8] u li jinsab barra ż-żoni mniżżla fl-Anness.

2. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-ebda kunsinna ta’ ova u embrijoni ta’ żnieżer mhi mibugħta minn dawn l-Istati Membri sakemm l-ova u l-embrijoni joriġinaw minn ħnieżer miżmuma f’ażjenda li tinsab barra ż-żoni deskritti fl-Anness.

Artikolu 4

1. Iċ-ċertifikat ta’ saħħa msemmi fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE [9] li jakkompanja ’l-ħnieżer mibgħuta mill-Istati Membri kkonċernati għandu jitlesta b’dan li ġej:

"Annimali skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/526/KE tat-18 ta’ Lulju 2003 dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni dwar id-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Belġju, fi Franza, fil-Ġermanja u fil-Lussemburgu."

2. Iċ-ċertifikat ta’ saħħa msemmi fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 90/429/KEE li jakkompanja s-semen tal-ħnieżer slavaġ mibugħta mill-Istati Membri kkonċernati għandu jitlesta b’dan li ġej:

"Semen skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/526/KE tat-18 ta’ Lulju 2003 dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni dwar id-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Belġju, fi Franza, fil-Ġermanja u fil-Lussemburgu."

3. Iċ-ċertifikat ta’ saħħa msemmi fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/483/KEE [10] li jakkompanja l-embrijoni u l-ova tal-ħnieżer mibgħuta mill-Belġju, minn Franza, mill-Ġermanja u mill-Lussemburgu għandu jitlesta b’dan li ġej:

"Embrijoni/ova [11] skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/526/KE tat-18 ta’ Lulju 2003 dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni dwar id-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Belġju, fi Franza, fil-Ġermanja u fil-Lussemburgu"

.

Artikolu 5

1. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-tieni, fir-raba’, fil-ħames, fis-sitt u fis-seba’ inċiż ta’ l-Artikolu 15(2)(b) tad-Direttiva 2001/89/KE [12] huma applikati fl-ażjendi tal-majjali fiż-żoni mniżżla fl-Anness.

2. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-vetturi li ntużaw għat-trasport tal-majjali li ġejjin minn azjendi li jinsabu fiż-żoni mniżżla fl-Anness huma mnaddfa u diżinfettati wara kull operazzjoni u li t-trasportatur għandu juri prova ta’ din id-diżinfezzjoni.

Artikolu 6

1. Bid-deroga ta’ l-Artikolu 1(1) u bla ħsara għall-approvazzjoni ta’ l-Istat Membru tad-destinazzjoni, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw il-bgħit tal-majjali li ġejjin minn ażjendi li jinsabu fiż-żoni mniżżla fl-Anness f’wieħed mill-Istati Membri kkonċernati, għal ażjendi jew biċċeriji oħra li jinsabu fiż-żoni ta’ Stat Membru ieħor ikkonċernat imniżżla fl-Anness, sakemm il-majjali ġejjin minn ażjenda fejn:

(a) l-ebda majjal ħaj ma ġie ntrodott matul it-30 ġurnata immedjatament qabel il-bgħit tal-majjali in kwistjoni;

(b) veterinarju uffiċjali għamel eżami kliniku għad-deni klassiku tal-majjali skond il-proċedura ta’ kontroll stabbilita fil-Parti A tal-Kapitolu IV ta’ l-Anness mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/106/KE [13] u fil-punti 1, 2 u 3 tal-Parti D tal-Kapitolu IV ta’ dak l-Anness; u

(ċ) matul is-sebat’ ijiem immedjatament qabel il-bgħit saru testijiet seroloġiċi, li taw riżultati negattivi, għad-deni klassiku tal-ħnieżer fuq kampjuni miġbura mill-gruppi ta’ annimali li se jiġu trasportati. In-numru minimu ta’ majjali li għandhom jiġu eżaminati għandu jkun suffiċjenti biex iħalli l-iskoperta ta’ seroprevalenza ta’ l-10 % b’kredibilità ta’ 95 % fil-grupp ta’ majjali li se jiġu trasportati.

Madankollu (ċ) m’għandhiex tapplika għal majjali li se jiġu trasportati direttament fil-biċċeriji bl-iskop li jiġu maqtula immedjatament.

2. Meta qed jintbagħtu l-majjali li huma msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li ċ-ċertifikat ta’ saħħa msemmi fl-Artikolu 4(1) jinkludi informazzjoni addizzjonali dwar id-dati ta’ l-eżami kliniku, kampjunaġġ u ttestjar, in-numru ta’ kampjuni ttestjati, it-tip ta’ test utilizzat u r-riżultati tat-test.

Artikolu 7

L-Istati Membri kkonċernati jistgħu jħallu t-trasport ta’ majjali li ġejjin minn ażjeni li jinsabu fiż-żoni mniżżla fl-Anness u jintbagħtu f’żoni oħra fl-istess Stat Membru, biss meta jintbagħtu minn ażjendi ta’ bgħit fejn saru, b’riżultat negattiv, eżami kliniku u testijiet seroloġiċi għad-deni klassiku tal-majjali skond l-Artikolu 6(1)(b) u (ċ).

Artikolu 8

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fil-qafas tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali dwar ir-riżultati tal-serosorveljanza għad-deni klassiku tal-ħnieżer magħmula fiż-żoni mniżżla fl-Anness.

Artikolu 9

L-Istati Membri għandhom jemendaw il-miżuri li huma japplikaw għal kummerċ sabiex jiġu konformi ma’ din id-Deċiżjoni u għandhom jippubblikaw b’mod xieraq u immedjat il-miżuri adottati. Għandhom jinformaw immedjatament ‘il-Kummissjoni dwar dan.

Artikolu 10

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta qabel l-20 ta’ Ottubru 2003.

Artikolu 11

Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd sat-30 ta’ Ottubru 2003.

Artikolu 12

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fit-18 ta’ Lulju 2003.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.8.90, pġ 29.

[2] ĠU L 315, tad-19.11.2, pġ 14.

[3] ĠU L 200, tat-30.7.2, pġ 37.

[4] ĠU L 126, ta’ l-20.5.99, pġ 21.

[5] ĠU L 53, tat-28.2.3, pġ 47.

[6] ĠU L 53, tat-28.2.3, pġ 52.

[7] ĠU L 124, ta’ l-20.5.3, pġ 43.

[8] ĠU L 224, tat-18.8.90, pġ 62.

[9] ĠU C 121, tad-29.7.1964, pġ 1977/64.

[10] ĠU L 275, tat-18.11.95, pġ 30.

[11] ħassar kif xieraq

[12] ĠU L 316, ta’ l-1.12.1, pġ 5.

[13] ĠU L 39, tad-9.2.2, pġ 71.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

ŻZoni ta' l-Istati Membri kkonċcernati msemmija fl-Artikoli 1, 2, 3, 5, 6, 7 u 8

1.Il-Belġju | it-territorju Belġ li jinsab bejn: l-awtostrada E40 (A3) mill-fruntiera mal-Ġermanja sa' l-inkroċju ma' N68;N68 fid-direzzjoni tan-Nofsinhar, f'Eupen, li tkompli fl-Aachenerstraße sa' l-inkorċju mal-Paveestraße;il-Paveestraße sa' l-inkroċju mal-Kirchstraße;il-Kirchstraße, li twassal għall-Bergstraße u għan-Neustraße sa' l-inkroċju ma' Olengraben;Olengraben, li twassal għal Haasstraße sa' l-inkroċju mal-Malmedystraße;il-Malmedystraße, li twassal f'N68 fid-direzzjoni tan-Nofsinhar sa' l-inkroċju ma' N62;N62 fid-direzzjoni tal-Punent u tan-Nofsinhar sa' l-inkroċju ma' l-awtostrada E42 (A27);l-awtostrada E42 (A27) sal-fruntiera mal-Ġermanja. |

2.Franza

| it-territorju tad-dipartiment Moselle li jinsab: (i) fit-Tramuntanta tax-xmara Moselle mill-belt ta' Thionville sal-fruntiera tal-Lussemburgu; u (ii) in-naħa tal-lvant ta' l-awtostrada A31 mill-belt ta' Thionville sal-fruntiera mal-Lussemburgu.it-territorju tad-dipartiment Bas-Rhine li jinsab: (i) in-naħa tal-punent tat-triq D 264 minn Wissembourg għal Soultz-sous-Forêts, (ii) tramuntana tat-triq D 28 minn Soultz-sous-Forêts għal Woerth, (iii) lvant tat-triq D 27 minn Woerth għal Lembach, (iv) lvant tat-triq D 3 minn Lembach għall-inkroċju mat-triq D 925, (v) lvant tat-triq D 925 mill-inkroċju tat-triq D 3 għall-fruntiera mal-Ġermanja (Hirschthal), (vi) nofsinhar tal-fruntiera mal-Ġermanja minn Hirschthal għal Wissembourg. |

3.Il-Ġermanja

A.North Rhine-Westphalia

| Fil-Kreis Euskirchen: il-Gemeinde Schleiden, Dahlem, Blankenheim, Bad Muenstereifel, Euskirchen, Hellenthal, Kall; Mechernich, Nettersheim u Zuelpich;Fil-Kreis Rhein-Sieg: il-Gemeinde Rheinbach, Swisttal u Meckenheim;il-Belt ta' Aachen;Fil-Kreis Aachen: Monschau, Stollberg, Simmerath u Roetgen;Fil-Kreis Dueren: Heimbach, Nideggen, Huertgenwald u Langerwehe. |

B.Rhineland-Palatinate:

| Il-Kreise: Ahrweiler, Bad Dürkheim, Bernkastel-Wittlich, Bitburg-Prüm, Cochem-Zell, Daun, Donnersbergkreis u Südliche Weinstraße;Fil-Kreis Trier-Saarburg: iż-żona li qiegħdha fil-lvant tax-xmara Saar;Fil-Kreis Mayen-Koblenz: iż-żona li qiegħdha fil-punent tax-xmara Rhein;l-Ibliet ta': Alzey, Landau, Kaiserslautern, Neustadt an der Weinstraße, Pirmasens, Speyer u Trier;Fil-Belt ta' Koblenz: iż-żona li qiegħdha fil-punent tax-xmara Rhein;Fil-Kreis Birkenfeld: il-Gemeinde Baumholder u Truppenübungsplatz Baumholder, Birkenfeld, Rhaunen; fil-Gemeinde Herrstein: il-muniċipalitajiet ta' Allenbach, Bruchweiler, Kempfeld, Langweiler, Sensweiler u Wirschweiler;Fil-Kreis Rhein-Hunsrück-Kreis: il-Gemeinde Boppard, Verbandsgemeinde Emmelshausen, Kastellaun, Kirchberg; in the Gemeinde Rheinböllen: il-muniċipalitajiet ta' Benzweiler, Kisselbach, Liebshausen u Steinbach; il-Gemeinde Simmern u St. Goar-Oberwesel;Fil-Kreis Alzey-Worms: il-muniċipalitajiet ta' Stein-Bockenheim, Wonsheim, Siefersheim, Wöllstein, Gumbsheim, Eckelsheim, Wendelsheim, Nieder-Wiesen, Nack, Erbes-Büdesheim, Flonheim, Bornheim, Lonsheim, Bermersheim vor der Höhe, Albig, Bechenheim, Offenheim, Mauchenheim, Freimersheim, Wahlheim, Kettenheim, Esselborn, Dintesheim, Flomborn, Eppelsheim, Ober-Flörsheim, Hangen-Weisheim, Gundersheim, Bermersheim, Gundheim, Framersheim, Gau-Heppenheim, il-Gemeinde Monsheim u Alzey;Fil-Kreis Bad Kreuznach: il-muniċipalitajiet ta' Becherbach, Reiffelbach, Schmittweiler, Call-bach, Meisenheim, Breitenheim, Rehborn, Lettweiler, Odernheim a. Glan, Oberhausen a. d. Nahe, Duchroth, Hallgarten, Feilbingert, Hochstätten, Niederhausen, Norheim, Bad Münster a. Stein-Ebernburg, Altenbamberg, Fürfeld, Tiefenthal, Neu-Bamberg u Frei-Laubersheim;Fil-Kreis Germersheim: il-Gemeinde Lingenfeld, Bellheim u Germersheim;Fil-Kreis Kaiserslautern: il-Gemeinde Weilerbach, Otterbach, Otterberg, Enkenbach-Alsen-born, Hochspeyer, Kaiserslautern-Süd, Landstuhl, Bruchmühlbach-Miesau; the municipalities Hütschenhausen, Ramstein-Miesenbach, Steinwenden u Kottweiler-Schwanden;Fil-Kreis Kusel: il-muniċipalitajiet ta' Odenbach, Adenbach, Cronenberg, Ginsweiler, Hohenöllen, Lohnweiler, Heinzenhausen, Nussbach, Reipoltskirchen, Hefersweiler, Relsberg, Einöllen, Oberweiler-Tiefenbach, Wolfstein, Kreimbach-Kaulbach, Rutsweiler a.d. Lauter, Roth-selberg, Jettenbach u Bosenbach;Fil-Kreis Ludwigshafen: il-Gemeinde Dudenhofen, Waldsee, Böhl-Iggelheim, Schifferstadt, Römerberg u Altrip;Fil-Kreis Südwestpfalz: il-Gemeinde Waldfischbach-Burgalben, Rodalben, Hauenstein, Dahner-Felsenland, Pirmasens-Land, Thaleischweiler-Fröschen; il-muniċipalitajiet ta' Schmit-shausen, Herschberg, Schauerberg, Weselberg, Obernheim-Kirchenarnbach, Hettenhausen, Saalstadt, Wallhalben u Knopp-Labach. |

C.Saarland

| Fil-Kreis Merzig-Wadern: il-Gemeinde Mettlach, Merzig, Beckingen, Losheim, Weiskirchen u Wadern;Fil-Kreis Saarlouis: il-Gemeinde Dillingen, Bous, Ensdorf, Schwalbach, Saarwellingen, Nalbach, Lebach, Schmelz u Saarlouis;Fil-Kreis Sankt Wendel: il-Gemeinde Nonnweiler, Nohfelden u Tholey. |

4.il-Lussemburgu: | it-territorju kollu tal-Lussemburgu. |

--------------------------------------------------