32003D0522



Official Journal L 183 , 22/07/2003 P. 0030 - 0034


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-6 ta' Novembru 2002

tistabbilixxi l-uffiċċju għall-amministrazzjoni ta' benefiċċji u pagamenti għal prerogattivi individwali

(2003/522/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 20 dwar ir-Regoli ta' Proċeduri tal-Kummissjoni [1],

billi:

(1) Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolamenti Finanzjarji applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej [2], hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ "ir-regolament Finanzjarju", jaħseb għal struttura li tistabbilixxi tip ġdid ta' uffiċċju amministrattiv.

(2) Il-linji gwida tat-13 ta' Diċembru 1999 tal-Kummissjoni dwar politika ta' esternalizzazzjoni [3] u l-White Paper dwar riforma amministrattiva [4] għamlu sommarju ta' politika ġdida ta' esternalizzazzjoni bbażata fuq il-viżjoni ta' amministrzzjoni ċċentrata mill-ġdid fuq il-ħidmiet u attivitajiet essenzali tagħha.

(3) Ir-riżultati ta' l-analiżi mwettqa mill-Grupp ta' l-Ippjanar u Kordinament fuq l-esternalizzazzjoni, wara li kkunsidra s-sitwazzjoni fil-Kummissjoni u f'livell interistituzzjonali mifrux fuq għadd ta' oqsma, jenfasizza l-vantaġġi prinċipali li l-ħolqien ta' uffiċċji tal-Kummissjoni jista' jġib u l-oqsma fejn attenzjon speċjali hija meħtieġa, bħal, per eżempju, il-ħtieġa biex jiżguraw li l-ħidmiet fid-diversi siti jkunu konsistenti u li jiddefinixxu d-daqs minimu kritiku ta' kull uffiċċju.

(4) Il-mudell ta' l-uffiċċju magħżul jikkonsisti minn entitajiet amministrattivi li l-għan tagħhom hu li jsostnu l-ħidma ta' dipartimenti l-oħra tal-Kummissjoni u/jew possibbilment istituzzjonijiet oħra tal-Komunità.

(5) L-analiżi mwettqa aktar speċifikament fil-qasam ta' l-amministrazzjoni u l-ħlas ta' drittijiet tistabilixxi l-vantaġġi li jafdaw lil struttura unika t-twettiq ta' deciżjonijiet li jinvolvu appoġġ amministrattiv. Dik l-istruttura hija partikolarment adatta biex tuża b'mod effiċjenti u ekonomiku r-riżorsi filwaqt li ttejjeb il-viżibilità tas-servizzi provduti, waqt li tiċċentra mill-ġdid fuq responsabbiltajiet operattivi effettivi u taġġorna mal-ħtiġiet u t-talbiet ta' l-utenti.

(6) Dan it-tip ta' uffiċċju jirrappreżenta għodda adatta biex jikseb bidla ta' enfasi mixtieqa għal livell interistituzzjonali f'dan il-qasam, li fih xi istutuzzjonijiet oħra tal-Komunità kienu diġà wrew interess.

(7) Bħala uffiċċju amministrattiv għall-Kummissjoni, huwa essenzali li l-Uffiċċju jibqa' marbut b'mod ċar mad-Direttorat Ġenerali skond il-Linjigwida adottati mill-Kummissjoni fit-28 ta' Mejju 2002 [5]. F'dan is-sens, għandu jkun marbut mad-Direttorat Ġenerali għal Persunal u Amministrazzjoni.

(8) Il-ħidmiet u l-operat ta' l-Uffiċċju jeħtieġ ikunu definiti.

(9) Konsistenza fl-amministrazzjoni u ħlas ta' drittijiet għall kull staff tal-Kummissjoni għandhhom jittejbu, għalkemm servizz ibbażat lokalment għandu jinżamm fi Brussel, il-Lussemburgu u f'Ispra.

(10) Skond il-linjigwida tal-Kummissjoni, għandu jiġi stabbilit Kumitat ta' Tmexxija li r-rwol prinċipali tiegħu, skond l-awtorità tal-Kulleġġ tal-Kummissjoni, għandu jkun li jissorvelja l-attivitajiet ta' l-Uffiċċju, jiddefinixxi t-termini tiegħu ta' riferenza u jiżgura li jkunu implimentati kif inhu xieraq. Huwa għalhekk metieġ li jistabbilixxi l-komposizzjoni eżatta tal-Kumitat ta' Tmexxija, skond il-Linjigwida, kif ukoll ħidmietu u organizzazzjoni interna.

(11) Huwa meħtieġ li jistabbilixxi regoli għall-ħatra ta' staff ta' l-Uffiċċju u biex jiżgura li r-regoli u proċeduri li japplikaw għall-Uffiċċju jkunu l-istess bħal dawk li japplikaw għall-Kummissjoni.

(12) Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi, rigward l-Uffiċċju, is-setgħat mogħtija mir-Regolamenti ta' l-i staff meta taħtar awtorità u l-Kondizzjonijiet ta' impieg ta' impjegati oħra fuq l-awtorità awtorizzata biex tikkonkludi l-kuntratti.

(13) I l-prinċipji li jirregolaw ir-responsabbiltajiet tad-Direttur ta' l-Uffiċċju, sew rigward l-i staff ta' l-Uffiċċju u rigward l-attivitajiet tiegħu, għandhom jiġu stabbiliti.

(14) Id-Direttur ta' l-Uffiċċju għandu jkun meħtieġ li jippreżenta lill-Kumitat tat-Tmexxija l-iskopijiet tiegħu, kif ukoll ir-rapporti regolari li jirriżultaw u r-rapport ta' tmexxija ta' kull sena.

(15) Ħtiġiet finanzjarji jirreferu għat-Titlu V tat-Tieni Parti tar-Regolament Finanzjarju biex japplikaw għall-Uffiċċju, skond il-prinċipju ġenerali li l-persuna responsabbli biex tinnegozja t-talbiet għall-approprijazzjonijiet mad-Direttorat Ġenerali tal-Budget għandu jkun l-uffiċjal li jagħti l-awtorità mid-delegazzjoni, u għall-assigurazzjonijiet li għandhom jingħataw rigward ir-regoli ta' l-accounting u metodi li għandhom jiġu applikati mill-uffiċċju.

(16) Id-Direttorat Ġenerali li miegħu huwa marbut l-Uffiċċju għandu jgħin lill-Kumitat tat-Tmexxija, ikun responsabbli biex iżomm kuntatti regolari ma' l-Uffiċċji kollha u jiżgura li t-tmexxija ta' l-Uffiċċju differenti tkun konsistenti. Dik ir-regola tkun partikolarment importanti biex tiżgura li l-fażi transitorja timxi sewwa.

(17) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Settembru 2002 tikkostitwixxi Ittra Supplimentari u ta' Emenda ta' l-abbozz preliminari tal-Budget għall-2003 u toħloq struttura, bħal budget biex jiġi stabbilit l-Uffiċċju,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

KAPITOLU I

TWAQQIF, SKOP, ĦIDMIET U POST

Artikolu 1

Twaqqif

Għandu jitwaqqaf Uffiċċju għall-amministrazzjoni u l-ħlas ta' drittijiet individwali, hawnhekk iżjed "il quddiem imsejjaħ" l-Uffiċċju.

Id-Direttorat Ġenerali li miegħu jkun marbut l-Uffiċċju għandu jkun id-Direttorat Ġenerali għall-Persunal u Amministrazzjoni.

L-Uffiċċju għandu jopera mill-1 ta' Jannar 2003.

Artikolu 2

Għan

1. L-Uffiċċju għandujistabilixxi, jagħmel stima u jħallas id-drittijiet u remunerazzjoni ta' l-i staff impjegat mill-istituzzjonijiet tal-Komunità, u ta' staff barrani, kif stabbilit bl-Artikolu 3 u fuq il-bażi tar-Regolamenti ta' l-i Staff u l-Annessi tagħhom u Disposizzjonijiet ta' Implimentazzjoni Ġenerali.

2. L-Uffiċċju għandu jwettaq l-iskop tiegħu skond ir-regoli amministrattivi fis-seħħ fil-Kummissjoni.

3. Waqt li taġixxi fuq l-inizjattiva tad-Direttorat Ġenerali għall-Persunal u l-Amministrazzjoni jew fuq proposta mill-Uffiċċju bi ftehim mad-Direttorat Ġenerali, il-Kummissjoni għandha tadotta regoli ġodda jew, kif inhu xieraq, l-emendi meħtieġa.

Il-Kumitat ta' Tmexxija ta' l-Uffiċċju għandu jfassal id-dettalji ta' dik il-proċedura flimkien mad-Direttorat Ġenerali għall-Persunal u l-Amministrazzjoni.

4. L-Uffiċċju jista' jaġixxi fuq talba ta' u f'isem il-korp ieħor jew aġenzija stabbilita skond jew fuq il-bażi tat-Trattati u bil-kunsesns tal-Kumitat ta' Tmexxija.

Artikolu 3

Ħidmiet

1. L-Uffiċċju għandu jistabbilixxi, jagħmel stima u jħallas id-drittijiet li ġejjin:

(a) salarji u allowances;

(b) spejjeż ta' l-assenjament;

(ċ) drittijiet ta' l-esperti;

(d) mard u kopertura ta' assigurazzjoni kontra inċident;

(e) pensjonijiet;

(f) benefiċċju ta' qgħat;

(g) drittijiet finanzjarji oħra bħal self għal bini.

2. L-Uffiċċju jista' jwettaq servizzi addizzjonali bi ħlas skond il-proċedura stabbilita bl-Artikolu 7(8).

Artikolu 4

Post

L-Uffiċċju għandu jkollu s-sit tiegħu fi Brussel.

Żewġ units ta' l-Uffiċċju għandu jkolhom is-sit tagħhom fil-Lussemburgu u f'Ispra rispettivament.

KAPITOLU II

KUMITAT TA' TMEXXIJA

Artikolu 5

Termini ta' riferenza

Il-Kumitat ta' tmexxija għandu jaġixxi skond delega mill-Kummissjoni, lil min għandu jagħti rendikont ta' għemilu skond it-termini ta' riferenza u skond l-awtorità tal-membru inkarigat tal-persunal u amministrazzjoni.

Artikolu 6

Komposizzjoni

1. Il-Kumitat ta' Tmexxija għandu jkun jikkonsisti minn:

(a) is-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni;

(b) id-Direttorat Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għall-Persunal u Amministrazzjoni;

(ċ) id-Direttorat Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għall-Budget;

(d) id-Direttorat Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għad-Traduzzjoni;

(e) id-Direttorat Ġenerali għaċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka;

(f) żewġ rappreżentanti ta' l-i staff;

(g) rappreżentant ta' istituzzjonijiet oħra tal-Komunità.

2. Il-President tal-Kumitat ta' Tmexxija għandu jkun id-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għal Persunal u l-Amministrazzjoni.

3. Is-Segretarju Ġenerali ta' kull Direttorat Ġenerali jista' jaħtar ħaddieħor floku, bil-konduzzjoni li hu/hi jkun uffiċjal ta' grad A1 fl-istess servizz.

4. Iż-żewġ rappreżentanti ta' l-i staff għandhom jinħatru mill-Kumitat ta' l-i Staff. Huma għandhom jieħdu parti f'deċiżjonijiet li jirrigwardaw l-amministrazzjoni, organizzazzjonijiet jew l-operat ta' l-uffiċċju. Din id-disposizzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għal proċeduri eżistenti għal djalogu soċjali.

5. Ir-rappreżentant ta' l-istituzzjonijiet l-oħra tal-Komunità għandhom jinħatru mill-Grupp ta' Kapijiet ta' l-Amministrazzjoni. Dan ir-rappreżentant jista' ma jivvotax biss fuq kwistjonijiet amministrati interistituzzjonalment.

6. Il-Kumitat ta' Tmexxija jista' jistieden esperti biex jgħinu fit-twettiq ta' dmirijietu.

Artikolu 7

Dmirijiet

1. Waqt li jaġixxi fuq proposta mid-Direttur ta' l-Uffiċċju, hawnhekk iżjed 'il quddiem imsemmija "id- Direttur", il-Kumitat ta' Tmexxija għandu japprova, skond il-proċeduri eżistenti fil-Kummissjoni, l-istruttura organizzattiva ta' l-Uffiċċju.

2. Waqt li jaġixxi fuq proposta mid-Direttur, il-Kumitat ta' Tmexxija għandu japprova r-regoli li jirregolaw l-operat u l-organizzazzjoni ta' l-Uffiċċju u jista', jekk ikun meħtieġ, jipproponi emendi għal dawn ir-regoli, b'mod partikolari biex jiżgura konsistenza operattiva bejn l-Uffiċċji amministrattivi responsabbli lejn id-Direttorat Ġenerali għal Persunal u Amministrazzjoni.

3. Waqt li jaġixxi fuq proposta mid-Direttur, il-Kumitat ta' Tmexxija għandu jistabbilixxi linjigwida għall-attivitajiet ta' l-Uffiċċju.

4. Qabel il-31 Jannar kull sena, il-Kumitat ta' Tmexxija għandu jadotta l-programm ta' xogħol tad-Direttur. Il-programm tax-xogħol għandu jinkludi, b'mod partikolari, il-qafas finanzjarju, il-kopertura ta' rapporti regolari u riżultati mistennija (ibbażati fuq skopijiet operattivi u indikaturi ta' prestazzjoni). Il-Kumitat ta' Tmexxija jista' jagħmel aġġustamenti tad-dettalji tal-programm tax-xogħol.

5. Il-Kumitat ta' Tmexxija għandu japprova l-estimi ta' dak li jdaħħal u jonfoq l-Uffiċċju u kull aġġustamenti meħtieġa għal pjan ta' organizzazzjoni.

6. Fl-ewwel tliet xhur ta' kull sena, il-Kumitat ta' Tmexxija għandu jfassal u jressaq quddiem il-Kulleġġ tal-Kummissjoni opinjoni fuq l-attivitajiet kollha u t-tmexxija ta' l-Uffiċċju, fuq il-bażi tar-rapporti ppreżentati mid-Direttur skond l-Artikolu 13.

7. Rigward il-proċeduri biex jinħatru senior managers u middle managers, il-Kumitat ta' Tmexxija għandu jaġixxi skond l-Artikolu 14.

8. Il-Kumitat ta' Tmexxija għandu japprova t-tip ta' servizzi addizzjonali bi ħlas li l-Uffiċċju jista' jwettaq skond l-Artikolu 2(4) u l-Artikolu 3 u t-termini u kondizzjonijiet li skond dawn jista' jwettaqhom. Waqt li jaġixxi fuq proposta tad-Direttur, il-Kumitat ta' Tmexxija għandu jistabbilixxi t-tip ta', u r-rati li jiġu skambjati għal, servizzi li l-Uffiċċju jista' jwettaq għall-istituzzjonijiet, u l-allokazzjoni tad-dħul li jinkiseb minnhom fil-budget ta' l-Uffiċċju.

9. Il-Kumitat ta' Tmexxija għandu jiddeċiedi fuq kull kwistjoni ta' prinċipju li taffettwa l-operat ta' l-Uffiċċju li ma jkunux previsti espressament f'din id-Deċiżjoni.

Artikolu 8

Organizzazzjoni interna

Il-Kumitat ta' Tmexxija għadnu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura. Dawn ir-regoli għandhom, b'mod partikolari, ikopru s-suġġetti li ġejjin:

(a) laqgħat: il-frekwenza ta' u l-proċedura biex jitlaqqgħu u jiġu organizzati l-laqgħat;

(b) segretarjat: ir-rwol u r-rabta organizzattiva;

(ċ) ir-regoli biex jitressqu dokumenti.

Artikolu 9

Votazzjoni

Meta l-Kumitat ta' Tmexxija jieħu deċiżjoni, kull membru intitolat biex jivvota għandu jkollu vot wieħed. Meta l-voti jiġu pari, il-President għandu jkollu l-vot deċiżiv.

Id-deċiżjonijiet kollha għandhom jittieħdu b'maġġoranza sempliċi.

KAPITOLI III

ID-DIRETTUR

Artikolu 10

Ħatra

1. l-Uffiċċju għandu jiġi amministrat minn Direttur (grad A1 jew A2) maħtur mill-Kummissjoni wara li l-Kumitat Konsultattiv dwar Ħatriet tinħariġlu opinjoni favorevoli skond l-Artikolu 14(1).

2. Id-Direttur għandu jinħatar għal perjodu ta' tliet snin, li jista' jiġi estiż għal perjodu ieħor ta' mhux aktar minn sentejn.

3. Il-Kulleġġ tal-Kummissjoni jista' jiddeċiedi, wara li jieħu l-opinjoni tal-Kumitat ta' Tmexxija, li jneħħi lid-direttur u jaħtar Direttur temporanju.

Artikolu 11

Setgħat

Id-Direttur għandu jkun l-awtorità li jaħtar għall-Uffiċċju u l-awtorità li tikkonkludi kuntratti, skond ir-regoli fis-seħħ fil-Kummissjoni, fil-limiti tas-segħat mogħtija lilu jew lilha mill-Kummissjoni.

Artikolu 12

Dmirijiet

1. Qabel il-31 ta' Diċembru ta' kull sena, id-Direttur għandu jippreżenta lill-Kumitat ta' Tmexxija l-programm ta' xogħol tiegħu/tagħha għas-sena ta' wara, li l-kontenut tiegħu għandu jkun approvat mill-Kumitat.

2. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għat-tmexxija sewwa ta' l-Uffiċċju. Fl-ambitu ta' responsabbiltà definita mill-Kulleġġ tal-Kummissjoni, hu jew hi għandhom jaġixxu bl-awtorità tal-Kulleġġ. Id-Direttur għandu jiżgura wkoll l-operat konsistenti taċ-ċentri differenti ta' l-Uffiċċju u għandu joqgħod attent b'mod speċjali li l-i staff li jkun jaħdem fl-Uffiċċju jkunu trattati ugwalment fl-aspetti kollha, irrispettivament mill-post fejn ikunu assenjati. Id-Direttur għandu jirrapporta lill-Kumitat ta' Tmexxija fuq il-prestazzjoni ta' dmirijietu/ha u għandu jibgħat miegħu wħud mis-suġġerimenti jew dawn kollha għat-tmexxija sewwa ta' l-Uffiċċju.

3. Id-Direttur għandu jibgħat il-proposti tiegħu/tagħha lill-Kumitat ta' Tmexxija skond l-Artikolu 7(1), (2), (3) u (8).

4. Id-Direttur għandu jgħarraf lill-Kumitat ta' Tmexxija bil-ħatriet skond l-Artikolu 14(3).

Artikolu 13

Rapportaġġ

Id-Direttur għandu jippreżenta lill-Kumitat ta' Tmexxija:

1. pjan regolari ta' l-operat, ta' l-istruttura u ta' kemm jitlaqqa' ta' spiss għandhom jiġu stabbiliti mill-Kumitat ta' Tmexxija;

2. rapport ta' tmexxija ta' kull sena fl-ewwel tliet xhur ta' kull sena wara s-sena li tkun qed tiġi evalwata, li l-istruttura tiegħu tkun stabbilita mill-Kumitat ta' Tmexxija.

KAPITOLU IV

L-I STAFF TA' L-UFFIĊĊJU

Artikolu 14

Senior u middle management ta' l-Uffiċċju

1. Waqt li taġixxi fuq proposta mill-Kumitat tat-Tmexxija, il-Kummissjoni għandha tfassal avviż ta' vakanza għall-post ta' Direttur ta' l-Uffiċċju. Il-Kumitat ta' Tmexxija għandu jifforma opinjoni għall-Kummissjoni dwar l-applikanti magħżula mill-Kumitat Konsultattiv dwar in-Nomini (KKN).

2. Qabel ma l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjoni finali tagħha, il-Kumitat ta' Tmexxija għandu joħroġ opinjoni fuq l-applikanti magħżula mill-KKN skond il-proċeduri applikabbli fil-Kummissjoni għal postijiet ta' senior (grad A2 u middle (grade A3) management.

3. Il-Kumitat ta' Tmexxija għandu jkun informat mid-Direttur bil-ħatriet għal postijiet oħra ta' middle management (gradi A4 sa A5), li għandhom isiru skond ir-regoli u l-proċeduri fis-seħħ fil-Kummissjoni.

Artikolu 15

Proċeduri

1. Il-proċeduri u prattiċi amministrattivi kollha relatati mat-tmexxija ta' l-i staff għandhom jitwettqu bl-istess termini u kondizzjonijiet bħal dawk ta' l-uffiċjali u impjegati oħra tal-Kummissjoni.

2. Skond l-Artikolu 4 tar-Regolamenti ta' l-iStaff, postijiet vakanti fl-Uffiċċju għandhom jiġu notifikati lill-i staff ta' l-istituzzjonijiet la darba l-awtorità li taħtar tiddeċiedi li l-post għandu jimtela.

3. Skond l-Artikolu 90 tar-Regolamenti ta' l-i Staff, talbiet u lmenti relatati mat-twettiq tas-setgħat mogħtija lid-direttur skond l-Artikolu 11 ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu ppreżentati lid-Direttorat Ġenerali għal Persunal u Amministrazzjoni. Kull appell f'dawn l-oqsma għandu jsir kontra l-Kummissjoni bħala tali.

KAPITOLU V

DISPOSIZZJONIJIET FINANZJARJI

Artikolu 16

Materji finanzjarji

1. Għandu japplika Titolu V tat-Tieni Parti tar-Regolamenti Finanzjarji.

2. Waqt li taġixxi fuq proposta mill-Kumitat ta' Tmexxija, il-Kummissjoni għandha, rigward l-approprijazzjoniet tal-budget li għandhom jitwettqu mill-Uffiċċju bħala parti ta' ħidmietha, tiddelega s-setgħat ta' uffiċjali li jagħtu l-awtorità lid-Direttur u tistabbilixxi l-limiti u kondizzonijiet li japplikaw għal dik id-delega ta' setgħat.

KAPITOLU VI

KORDINAZZJONI U EVALWAZZJONI

Artikolu 17

Kordinazzjoni

1. Il-unit għal kordinazzjoni sabbilit fid-Drettorat Ġenerali għal Persunal u Amministrazzjoni għandu jkollu x-xogħlijiet li ġejjin:

(a) jgħin lill-Kumitat ta' Tmexxija biex jipprepara u jsegwi l-laqgħat tiegħu u jgħin lill-president tal-Kumitat fl-immonitorjar regolari ta' relazzjonijiet mad-Direttur;

(b) jgħin lid-Direttur fit-twettiq ta' dmirijietu jew dmirijietha, waqt li jirrispetta l-kompetenzi u prerogattivi ta' dan ta' l-aħħar, b'mod partikolari f'relazzjonijiet mad-Direttur Ġenerali għall-Persunal u Amministrazzjoni;

(ċ) jiżgura l-konsistenza ta' l-operat ta' l-Uffiċċju rigward l-uffiċċji amministrattivi oħra tad-Direttorat Ġenerali għal Persunal u Amministrazzjoni u mal-bqija tal-Kummissjoni, b'mod partikolari rigward l-organizzazzjoni u politika tagħhom ta' l-i staff;

(d) jiżgura li r-regoli u prattiċi fis-seħħ fil-Kummissjoni fil-qasam tal-politika ta' l-i staff ikunu applikati konsistentement u b'mod uniformi fl-Uffiċċju.

2. Bħala parti minn ħidmietu, il-unit ta' kordinazzjoni għandu jirrapporta lill-Kumitat ta' Tmexxija fuq talba ta' dan ta' l-aħħar.

Artikolu 18

Evalwazzjoni

Il-President u l-Kumitat ta' Tmexxija għandhom ifornu lill-Kulleġġ tal-Kummissjoni, skond l-awtorità tal-membru inkarigat mill-persunal u amministrazzjoni, mhux aktar tard minn sitt xhur wara t-tmiem tat-tielet sena ta' operat ta' l-Uffiċċju, analiżi komprensiva ta' l-operat ta' l-Uffiċċju matul dak il-perjodu. Din l-analiżi tista' tinkludi proposti għal emendi ta' din id-Deċiżjoni fejn ikunu xieraq.

Magħmul fi Brussel, fis-6 ta' Novembru 2002.

Ghall-Kummissjoni

Neil Kinnock

Viċi-President

[1] ĠU L 308, 08.12.00, p. 26.

[2] ĠU L 248, 16.09.02, p. 1.

[3] SEC(1999) 2051, p. 7.

[4] COM(2000) 200 finali.

[5] SEC(2002) 618 finali.

--------------------------------------------------