32003D0517



Official Journal L 181 , 19/07/2003 P. 0043 - 0044


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tal-15 ta' Lulju 2003

dwar id-data statistika li għandha tintuża għal l-aġġustament tal-formula għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew

(2003/517/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 107(6) tiegħu u l-Artikolu 29.2 tal-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Centrali (ESCB) u tal-Bank Centrali Ewropew (BĊE) anness miegħu (hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjaħ "l-Istatut"),

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew [3],

Billi:

(1) Skond id- Deċiżjoni 98/382/KE [4], il-Kunsill adotta regoli fuq id-data statistika li għandha tintuża għad-determinazzjoni ta' l-iskema inizjali tas-sottoskrizzjoni għall-kapital tal-BĊE.

(2) Skond l-Artikolu 29.3 ta' l-Istatut, il-weighting tal-banek ċentrali nazzjonali fil-formula tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE għandhom jiġu emendati kull ħames snin.

(3) Meta wieħed jew iżjed pajjiżi jsiru Stati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, il-banek ċentrali nazzjonali tagħhom isiru membri tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (ESCB) u sottoskritti tal-kapital tal-BĊE. L-ippeżar tal-banek ċentrali nazzjonali fil-formula tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE għandhom jiġu emendati kif jixraq.

(4) Huwa neċessarju li jiġu stabbiliti regoli għall-proviżjoni tad-data statistika sabiex tintuża għall-aġġustamenti tal-weighting tal-banek ċentrali nazzjonali fil-formula tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE.

(5) In-natura ta', u s-sorsi għad-data li għandha tintuża u l-metodu tal-kalkolu ta' l-ippeżar tal-banek ċentrali nazzjonali fil-formula tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE għandhom jiġu definiti.

(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nr 2223/96/KE tal-25 ta' Ġunju 1996 fuq is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità [5] jipprovdi metodoloġija fuq standards, definizzjonijiet, klassifikazzjonijiet u regoli tal-kontabilità komuni intenzjonati għall-użu tal-kompilazzjoni ta' kontijiet u tabelli fuq bażi komparabbli għall-għan tal-Komunità u jipprovdi għal programm għat-trażmissjoni għall-għanijiet tal-Komunità tal-kontijiet u tat-tabelli ikkompilati skond dak ir-Regolament f'dati preċiżi. Dak ir-Regolament jieħu in konsiderazzjoni l-aktar standards u żviluppi riċenti fil-metodoloġija ta' l-istatistika u d-definizzjonijiet li hemm fih għandhom għaldaqstant jiġu wżati għall-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni.

(7) Billi l-formula għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE tiddetermina l-ishma rispettivi tal-banek ċentrali nazzjonali fil-kapital ta' l-BĊE u fil-qsim tar-riservi esterni, kif ukoll l-ippeżar tal-voti tagħhom fil-Kunsill Governattiv tal-BĊE għad-deċiżjonijiet kollha li għandhom jittieħdu permezz ta' voti ippeżati (skond l-Artikolu 10.3 ta' l-Istatut) u d- distribuzzjoni bejniethom tad-dħul monetarju ta' l-ESCB, huwa importanti li l-kalkolu tal-wieghting f'din il-formula titwettaq b'mod preċiż. Il-Kummissjoni għaldaqstant għandha tikkonsulta l-kumitati relevanti dwar id-data fuq il-popolazzjoni u dwar il-prodott gross domestiku bi prezzijiet tas-suq kurrenti,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Suġġett

Id-data statistika li għandha tintuża għall-aġġustament tal-weighting tal-banek ċentrali nazzjonali fil-formula tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandha tiġi ipprovduta mill-Kummissjoni skond ir-regoli stabbiliti f'din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Popolazzjoni

1. "Popolazzjoni" għandha tfisser il-popolazzjoni totali kif definita fir-Regolament (KE) Nr 2223/96 miġbura bħala l-medja tas-sena u magħduda sa' l-eqreb eluf ta' nies.

2. Għall-aġġustament tal-weighting assenjat lill-banek ċentrali nazzjonali skond l-Artikolu 29.3 ta' l-Istatut, id-data dwar il-popolazzjoni għandha tittieħed għas-sena ta' qabel ta' l-aħħar li tiġi qabel is-sena li tiġi aġġustata l-formula.

Artikolu 3

Prodott gross domestiku bi prezzijiet tas-suq kurrenti

1. "Il-prodott gross domestiku bi prezzijiet tas-suq" għandu jfisser il-prodott gross domestiku bi prezzijiet tas-suq kurrenti kif definit fir-Regolament (KE) Nr 2223/96 għal sena kalendarja u espress fil-munita nazzjonala bl-akbar preċiżjoni disponibbli sabiex jippermetti il-kompilazzjoni ta' l-ishma bil-preċiżjoni meħtieġa.

2. Għall-aġġustament ta' l-ippeżar sssenjat lill-banek ċentrali nazzjonali skond l-Artikolu 29.3 ta' l-Istatut, id-data dwar il-prodott gross domestiku bi prezzijiet tas-suq kurrenti għandha tittieħed għall-ħames snin ta' qabel is-sena ta' qabel ta' l-aħħar qabel is-sena li fiha tiġi aġġustata l-formula.

Artikolu 4

Rati ta' kambju

1. Ir-rati tal-kambju annwali għall-konverżjoni tal-prodott gross domestiku bi prezzijiet tas-suq kurrenti għandhom ikunu l-medja aritmetika tar-rati tal-kambju ta' kuljum għall-ġranet tax- xogħol kollha f' sena kalendarja.

2. Ir-rati tal-kambju ta' kuljum għandhom ikunu r-rati ta' referenza ta' l-ECU qabel l-1999 kif ikkompilati mill-Kummissjoni. Dawn ikunu r-rati ta' referenza tal-euro minn l-1999 ‘il quddiem kif ikkompilati mill-BĊE.

Artikolu 5

Kalkolu u eżattezza

1. Is-sehem ta' Stat Membru fil-popolazzjoni tal-Komunità għandu jkun is-sehem tiegħu fil-popolazzjoni totali ta' l-Istati Membri, espress bħala persentaġġ.

2. Is-sehem ta' Stat Membru fil-GDP bi prezzijiet tas-suq kurrenti fil-Komunità għandu jkun is-sehem tiegħu fil-GDP totali bi prezzijiet kurrenti ta' l-Istati Membri fuq ħames snin, espress bħala persentaġġ.

3. L-ippeżar ta' bank ċentrali nazzjonali fil-formula tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BCE għandu jkun il-medja aritmetika ta' l-ishma, ta' l-Istat Membru ikkonċernat, fil-popolazzjoni u fil-GDP bi prezzijiet tas-suq kurrenti tal-Komunità.

4. L-istadji varji fil-kalkolu għandhom jużaw ċifri suffiċjenti sabiex jiżguraw l-eżattezza. L-ippeżar tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE għandhom jiġu espressi sa erba' postijiet deċimali.

Artikolu 6

Informazzjoni tal-Kumitati

Rigward id-data dwar il-popolazzjoni, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat tal-Programm ta' l-Istatistika stabbilit bl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom tad-19 ta' Ġunju 1989 li jistabbilixxi Kumitat fuq il-Programmi ta' l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej [6].

Rigward id-data dwar il-PGD bi prezzijiet tas-suq kurrenti, il-Kummissjoni għandha tinforma l-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/130/KEE, Euratom tat-13 ta' Frar 1989 dwar l-armonizzazzjoni tal-kompilazzjoni tal-prodott gross domestiku nazzjonali bi prezzijiet tas-suq [7].

Artikolu 7

Stati Membri Ġodda

Meta wieħed jew iżjed pajjiżi jsiru Stati Membri u l-banek ċentrali nazzjonali tagħhom jsiru parti mill-ESCB, il-perjodi ta' referenza li għandhom jintużaw għad-data statistika dwar il-popolazzjoni u l-prodott gross domestiku bi prezzijiet tas-suq kurrenti għandhom ikunu identiċi għal dawk użati għall-aħħar aġġustamenti kwinkwennjali kif definit fl-Artikoli 29.1 u 29.3 ta' l-Istatut.

Artikolu 8

Proviżjoni tad-data

Id-data dwar il-popolazzjoni, il-prodott gross domestiku bi prezzijiet tas-suq kurrenti u r-rati tal-kambju annwali msemmijin f'din id-Deċiżjoni għandhom jiġu ipprovduti mill-Kummissjoni lill-BĊE għall-Istati Membri kollha separatament mhux iktar tard minn xahrejn qabel id-data li fiha l-aġġustament ta' l-ippeżar tal-banek ċentrali nazzjonali fil-formula tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE jidħol fis-seħħ.

Magħmulha fi Brussel, fil-15 ta' Lulju 2003.

F'isem il-Kunsill

Il-President

G. Tremonti

[1] Il-Proposta ta' l-14 ta' Marzu 2003 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[2] L-Opinjoni mwassla fit- 3 ta' Lulju 2003 (għada mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU C 102, tad-29.4.2003, p. 11.

[4] ĠU L 171, tas-17.6.1998, p. 33.

[5] ĠU L 310, tat- tat- 30.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nr 359/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 58, tat- tat- 28.2.2002, p. 1).

[6] ĠU L 181, tat- tat- 28.6.1989, p. 47.

[7] ĠU L 49, tal-21.2.1989, p. 26.

--------------------------------------------------