32003D0502



Official Journal L 170 , 09/07/2003 P. 0029 - 0029


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-23 ta' Ġunju 2003

li tissospendi il-proċedura ta' eżaminazzjoni li jikkonċerna l-ostakolu għal-prattiċi ta' kummerċ miżmum mil-Kanada f'relazzjoni ma ċertu indikazzjonijiet geografiċI għal-imbejjed

(2003/502/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) No 3286/94 tat-22 ta' Diċembru 1994 li jistabilixxi proċeduri tal-komunità fil-kamp ta' poliza kummerċjail komuni biex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-komunità ta' regoli ta' kummerċ internazzjonali b' mod partikolari dawk stabbiliti taħt l-awspiċju ta' l-Organizzazzjoni tal-Kummerċ dinji [1], kif emendat bir-Regolament (KE) No 356/95 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 11 u 14 ta' dan,

billi:

(1) Fis-6 ta' Diċembru 2001 CIVB (Conseil Interprofessionel du Vin de Bordeaux) daħħal ilment skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) No 3286/94 (hawnhekk iżjed ‘il quddiem ir-Regolament).

(2) CIVB talab li l-bejgħ tal-komunità fil-Bordeaux u Màdoc fil-Kanada huma mfixkla min-numru ta' ostakli għal-kummerċ fit-tifsira ta' l-Artikolu 2(1) tar-Regolament ez: "prattika adottata jew mantenuta min pajjiż terż u fir-rispett ta' liema kummerċ internazzjonali jistabilixxi dritt għal azzjoni"

(3) L-ostaklu alleġat jirriżulta mill-emendament C-57 lejn l-Att ta'Trejdmark Kanadjan, li jċaħħad l-indikazzjonijiet ġeografiċI Bordeaux u Màdoc min-protezzjoni bażiku kif skond fil-ħtiġiet tal-protezzjoni stabbiliti mil-Ftehim WTO fuq aspetti li għandhom x'jaqsmu mad-drittijiet tal-projetà intelletwali (TRIPS) għal-indikazzjonijiet għal-inbejjed.

(4) Il-Kummissjoni iddeċidiet li l-ilment kien fih evidenza suffiċjenti li jiġġustifika il-bidu ta' proċeduri ta' eżaminazzjoni. Avviż korrispondenti kien ippublikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropea [3].

(5) L-investigazzjoni ikkonfermat it-talba legali ta' min qed jilmenta li l-emendament C-57 lejn l-Att tad-Trejdmarks Kanadjan jmur kontra l-Artikoli 23.1 u 2 kif ukoll Artiklu 24.3 (dak li jissejjaħ il-klawsola stabbli) tat-TRIPS u li ksur tal-liġI bħal dan ma jistax jiġi ġustifikat fuq il-bażi ta' eċċezjonijiet taħt l-Artikolu 24.6 ta' TRIPS.

(6) Il-proċedura ta' ezaminazzjoni tikkonferma ukoll li inbejjed Bordeaux għandhom biċċa konsiderevoli mis-suq fil-Kanada, li kien strettament konness ma l-isem tal-prodott Bordeaux/Màdoc. Jekk assi bħal dan ma jkunx protett kif suppost, possessuri ta' l-infikazzjonijiet ġeografiċI Bordeaux u Màdoc setgħu jaraw li l-posizzjoni tas-suq fil-Kanada kienet serjament mnaqqas. Dan il-preġudizzju jista eventwalment jirriżulta f'riżultati negattivi għall-kummerċ għal proċeduri ta' inbejjed "Bordeaux u Màdoc". Jista jkun għalhekk konkluż li l-Emendament C-57 jhedded li jikkawża effetti ta' kummerċ negattiv għal min qed jilmenta, fil-Ftehim ta' l-Artikolu 2(4) u 10(4) tar-Regolament.

(7) Fit-12 ta' Frar 2003, il-Kumitat ta'Parir stabbilit bir-Regolament ikkonsidrat ir-rapport finali fuq il-proċeduri ta' eżaminazzjoni.

(8) Fl-24 ta' April 2003, il-Kummissjoni bdiet Ftehim bilaterali mal-Kanada fuq kummerċ f'inbejjed u spirit, li la darba jidħol fis-seħħ, jgħin lil-protezzjoni ta' l-interessi tal-komunità f'dan il-qasam. B' mod partikolari, dan il-Ftehim jipprovdi għal-eliminazzjoni definittiva ta' l-ismijiet mniżżla bħala "ġeneriċi" fil-Kanada, li jinkludi "Bordeaux", "Màdoc u""Medoc" bid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

(9) Madankollu, il-proċedura ma tistax tkun mitmuma sakemm id-denominazzjonijiet "Bordeaux", "Màdoc" u "Medoc" huma effettivament eliminati mil-lista ta' ġeneriċI ta' l-emendament C-57.

(10) Il-Kummissjoni tikkonsidra għalhekk li huwa xieraq li tiġI sospiża l-proċedura.

(11) Il-miżuri li hemm provdut għalihom f'din id-deciżjoni huwa bi qbil ma l-opinjoni tal-Kumitat ta' Parir

IDDEĊIDIET DAN LI ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-proċedura ta' ezaminazzjoni li tikkonċerna ostakoli fil-kummerċ, li tikkonsisti fi prattiċI ta' kummerċ mantenut mil-Kanada f'relazzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbejjed, huwa għalhekk sospiż.

Magħmul fi Brussel, 23 Ġunju 2003.

Għall-Kummissjoni

Pascal Lamy

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 349, 31.12.1994, p. 71.

[2] ĠU L 41, 23.02.1995, p. 3.

[3] ĠU C 124, 25.05.2002, p. 6.

--------------------------------------------------