32003D0493



Official Journal L 168 , 05/07/2003 P. 0033 - 0038


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

ta' l-4 ta' Lulju 2003

li timponi kondizzjonijiet speċjali fuq l-importazzjoni tal-ġewż tal-Brażil fil-qoxra li joriġina jew li jkun mibgħut mill-Brażil

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2003/493/KE)

IL-KUMMISJONI TAL-KOMUNITAJIET EWRPOPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipiji u l-ħtiġiet ġenerali tal-liġijiet dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorita` Ewropea tas-Sigurta' ta' l-Ikel u li jistabbilixxi l-proċeduri fil-materji tas-sigurta' fl-ikel [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b) tiegħu,

Billi:

(1) Il-ġewż tal-Brażil fil-qoxra li joriġina fil-Brażil jew kunsinnat minnu ("Brazil nuts") f'ħafna każi nstab li huwa kontaminat b'livelli eċċessivi ta' l-aflatossin B1 u l-aflatossin totali.

(2) Il-Kumitat Xjentifiku ta' l-Ikel innota illi l-aflatossin B1 jista' jikkawża l-kanċer tal-fwied, saħansitra f'livelli baxxi b'mod estrem, u huwa wkoll ġenotossiku.

(3) Ir-Regolament tal-Kummissoni (KE) Nru 466/2001 tat-8 ta' Marzu 2001, li jiffissa l-livelli massimi għal-ċerti kontaminanti fl-oġġeti ta' l-ikel [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 563/2002 [3], jistabbilixxi l-livelli massimi għall-aflatossin BI u l-aflatossin totali fl-oġġetti ta' l-ikel. Dawn il-limiti ġew maqbuża spiss u fil-biċċa l-kbira f'kampjuni tal-ġewż tal-Brażil.

(4) Dawn il-kontaminati jikkostitwixxu tehdida serja għas-saħħa pubblika ġewwa l-Komunita' u huwa għalhekk approprjat li jiġu adottati miżuri protettiva fil-livell Komunitarju.

(5) L-Uffiċċju ta' l-Ikel u Veterinarju ("UIV") tal-Kummissjoni wettaq missjoni fil-Brażil mill-25 ta' Jannar sad-9 ta' Frar 2003 sabiex jistma s-sistemi tal-kontroll fuq il-post għalbiex jipprevjieni l-livelli tal-kontaminazzjoni ta' l-aflatossin fil-ġewż tal-Brażil maħsub għall-esportazzjoni lejn il-Komunità. Fost ħwejjeġ oħra, il-missjoni żvelat illi:

- il-leġislazzjoni nazzjonali tipprovdi proċedura inadegwata tat-teħid tal-kampjuni,

- ma teżisti l-ebda sistema adegwata tat-traċċjabbilta' fil-post fejn għandu x'jaqsam il-ġewż tal-Brażil, jew matul il-katina tal-proċess, jew fejn għandhom x'jaqsmu l-esportazzjoni u ċ-ċertfikazzjoni,

- il-kontroll fuq il-kampjun matul id-dispaċċ lejn il-laboratorju huwa inadegwat,

- uħud mil-laboratorji intitolati li jwettqu l-analiżi bil-għan taċ-ċertifikazzjoni ta' l-esportazzjoni ma jipproduċux riżultati preċiżi u ta' min joqgħod fuqhom,

- fuq uħud miċ-ċertifikati ta' l-aflatossin maħruġa mil-laboratorji privati l-identifikazzjoni tal-lott hija spiss inadegwata biex tgħin garanziji ta' min joqgħod fuqhom fir-relazzjoni bejn il-kampjun, il-lott u ċ-ċertifikat,

- il-kontrolli uffiċjali fuq il-lottijiet imreġġgħin lura huma inadegwati.

Huwa għalhekk approprjat illi l-ġewż tal-Brażil fil-qoxra li joriġina fil-Brażil jew li jiġi kunsinnat minnu jiġi soġġett għal kondizzjonijiet speċjali u stretti sabiex jipprovdi livell għoli ta' protezzjoni għas-saħħa pubblika.

(6) Huwa meħtieġ illi l-ġewż tal-Brażil jiġi miġbur, magħżul, imqandel, proċessat, ippakkjat u trasportat billi jsegwi prattiċi tajba ta' l-iġjene. Huwa wkoll meħtieġ li jiġu stabbiliti l-livelli ta' l-aflatossin B1 u l-aflatossin totali fil-kampjuni meħuda immedjatament qabel id-dispaċċ tiegħu mill-Brażil. It-teħid tal-kampjuni u l-analiżi għandhom jitwettqu skond id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/53/KE tas-16 ta' Lulju 1998 li tistabbilixxi l-metodi tat-teħid tal-kampjuni u l-metodi ta' l-analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti ta' l-ikel [4], kif emendata bid-Direttiva 2002/27/KE tat-13 ta' Marzu 2002 [5].

(7) Il-Brażil għandu jipprovdi xhieda dokumentata biex takkumpanja kull waħda mill-kunsinni tal-ġewż tal-Brażil, fejn għandhom x'jaqsmu l-kondizzjonijiet tal-ġbir, il-għażla, it-tqandil, il-proċessar, l-ippakkjar u t-trasport, kif ukoll ir-riżultati ta' l-analiżijiet fil-laboratorju tal-kampjuni meħuda mill-kunsinna għal-livelli ta' l-aflatossin B1 u l-aflatossin totali.

(8) Mis-sejbiet tal-missjoni ta' l-UIV, jista' jiġi konkluż illi l-Brażil ma jistax jiżgura bħalissa riżultati analitiċi ta' min joqgħod fuqhom jew jiggarantixxi l-integrita' ta' lott rigward iċ-ċertifikazzjoni tal-kunsinni tal-ġewż tal-Brażil. Għalhekk, kull ċertifikat maħruġ għall-ġewż tal-Brażil joħloq dubji serji rigward il-fiduċja fih. Iktar minn hekk, jista' jiġi konkluż ukoll illi l-kontrolli uffiċjali korrenti fuq il-lottijiet imreġġgħin lura huma inadegwati. Huwa għalhekk approprjat li jiġu imposti kondizzjonijiet stretti fuq ir-ritorn ta' lottijiet li ma jikkonformawx. L-evenwalita' illi dawn il-kondizzjonijiet stretti ma jitħarsux, il-lottijiet sussegwenti li ma jikkonformawx għandhom jiġu meqruda.

(9) Huwa għalhekk meħtieġ illi, sabiex tiġi salvagwardata s-saħħa pubblika, il-lottijiet kollha tal-ġewż tal-Brażil importati fil-Komunita' jiġu soġġetti għat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi għal-livell tagħhom ta' l-aflatossin mill-awtorita kompetenti ta' l-Istat Membru importatur qabel ma jinħarġu fis-suq.

(10) Fl-interess tas-saħħa pubblika, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni rapporti perjodiċi tar-riżultati kollha analitiċi tal-kontrolli uffiċjali kollha mwettqa rigward il-kunsinni tal-ġewż tal-Brażil. Dawn ir-rapporrti għandhom ikunu b'żieda man-notifiki ta' l-obbligi tas-Sistema Rapida ta' l-Allert għall-Ikel u t-Tgħam stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 178/2002.

(11) Il-miżuri provduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet tal-ġewż tal-Brażil fil-qoxra li joriġina fil-Brażil jew kunsinnat minnu

1. L-Istati Membri ma jistgħux jimportaw il-ġewż tal-Brażil fil-qoxra li jidħol fil-kategorija tan-NM bil-kodiċi 08012100 li joriġina fil-Brażil jew kunsinnat minnu ("Brazil nuts"), għajr jekk il-kunsinna tkun akkumpanjata bi:

(a) rapport li jkun fih ir-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u ta' l-analiżi uffiċjali; u

(b) ċertifikat tas-saħħa maħruġ skond il-mudell dikjarat f'L-Anness 1 u kompletat, iffirmat u verifikat minn rappreżentant ta' l-awtorita' kompetenti tal-Ministério da Agricultura, Pecuária e Abastecimento (MAPA) tal-Brażil.

2. Bħala deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta' kunsinni tal-ġewż tal-Brażil li ma jikkonformawx mal-paragrafu 1(a) u (b), li jkunu ħallew il-Brażil qabel il-5 ta' Lulju 2003, sakemm l-operatur jista' juri bit-teħid tal-kampjuni u l-analiżi, skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 98/53/KE, illi l-kunsinni jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 466/2001 rigward il-livelli massimi permessi għall-aflatossin B1 u l-aflatossin totali.

Artikolu 2

It-teħid tal-kampjuni u l-analiżi tal-ġewż tal-Brażil mill-awtorita' kompetenti tal-Brażil

It-teħid tal-kampjuni u l-analiżi tal-ġewż tal-Brażil kif provvdut fl-Artikolu 1(1)(a) iridu jitwettqu skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kummissjoni 98/53/KE.

L-analiżi jrid jitwettaq mil-laboratorju uffiċjali tal-kontroll għall-analiżi ta' l-aflatossini tal-ġewż tal-Brażil, il-Laboratório de Controle de Qualidade de Segurança Alimentar (LACQSA) ta' Belo Horizonte, il-Brażil.

Artikolu 3

Il-kodiċi u l-punti tad-dħul fil-Komunità għall-kunsinni tal-ġewż tal-Brażil

1. Kull kunsinna tal-ġewż tal-Brażil għandha tiġi identifikata b'kodiċi, li jikkorrispondi mal-kodiċi fir-rapport u ċ-ċertifikat tas-saħħa kif provdut fl-Artikolu 1(1)(a) u (b).

2. Il-kunsinni tal-ġewż tal-Brażil jistgħu jiġu importati fil-Komunità biss permezz ta' wieħed mill-punti tad-dħul elenkati f'L-Anness 2.

Artikolu 4

L-obbligi fuq l-Istati Membri rigward l-importazzjonijiet tal-ġewż tal-Brażil mill-Brażil

1. L-awtoritajiet kompetenti f'kull wieħed mill-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-ġewż tal-Brażil ikun bla ħsara għall-kontrolli dokumentarji sabiex jiġi żgurat illi jitħarsu l-ħtiġiet ta' l-Artikolu 1(1).

2. L-awtoritajiet kompetenti f'kull wieħed mill-Istati Membri għandhom jindaħlu li jieħdu l-kampjuni u janalizzaw kull kunsinna tal-ġewż tal-Brażil għall-aflatossin B1 u l-aflatossin totali qabel ma tinħareġ fis-suq mill-punt tad-dħul fil-Komunita.

3. L-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni kull tliet xhur rapport tar-riżultati analitiċi kollha tal-kontrolli uffiċjali fuq il-kunsinni tal-ġewż tal-Brażil, kif provvdut fil-paragrafu2. Dan ir-rapport għandu jiġi sottomess matul ix-xahar li jiġi wara kull kwart tas-sena [6].

4. Kull kunsinna tal-ġewż tal-Brażil li trid tiġi ssoġġettata għat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi għandha tiġi miżmuma qabel il-ħruġ fis-suq mill-punt tad-dħul tagħha fil-Komunità għal perjodu massimu taż-żmien ta' 15-il jum tax-xogħol.

L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru importatur għandu joħroġ dokument uffiċjali ta' akkumpanjament li jistabbilixxi illi l-kunsinna ġiet issoġġettata għat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi uffiċjali mill-Istat Membru u li jindika r-riżultati ta' l-analiżi.

Artikolu 5

Il-qsim ta' kunsinna

Fil-każ li kunsinna tiġi maqsuma, kopji tar-rapport u taċ-ċertifikat tas-saħħa kif provvdut fl-Artikolu 1(1)(a) u (b) għandhom u d-dokument ta' akkumpanjament kif provvdut f'Artiklu 4(4) għandhom jakkumpanjaw kull parti tal-kunsinna maqsuma. Dawn il-kopji jridu jkunu attestati mill-awtorit kompetenti ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun inqasmet il-kusinna.

Artikolu 6

Il-kunsinni tal-ġewż al-Brażil li ma jikkonformawx mal-livelli massimi għall-aflatossin B1 u l-aflatossin totali

Il-kunsinni tal-ġewż tal-Brażil li ma jikkonformawx mal-livelli massimi għall-aflatossin B1 u l-aflatossin totali, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 466/2001 jistgħu jintbagħtu lura lejn il-pajjiż ta' l-oriġini biss meta, għal kull kunsinna individwali interessata li ma tikkonformax, il-Ministério da Agricultura, Pecuária e Abastecimento - (MAPA) jipprovdi dan li ġej bil-miktub:

(a) ftehim espliċitu għar-ritorn tal-kunsinna interessata, u fejn jindika l-kodiċi tal-kunsinna;

(b) impenn li l-kunsinna mibgħuta lura titqiegħed taħt il-kontroll uffiċjali mid-data ta' meta tasal' il quddiem;

(ċ) indikazzjoni konkreta ta':

(i) id-destinazzjoni tal-kunsinna mibgħuta lura;

(ii) it-trattament maħsub għall-kunsinna mibgħuta lura; u

(iii) it-teħid tal-kampjuni u l-analiżi maħsuba li jitwettqu fuq il-kunsinna mibgħuta lura.

Madankollu, jekk il-kondizzjonijiet provvduti fil-punti (a), (b) u (ċ) ma jitħarsux mill-Ministério da Agricultura, Pecuária e Abastecimento - (MAPA), il-kunsinni kollha sussegwenti li ma jikkonformawx mal-livelli massimi għall-aflatossin B1 u l-aflatossin totali, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 466/2001, għandhom jiġu meqruda mill-Istat Membru importatur.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi rivista l-iktar tard sa l-1 ta' Mejju 2004, sabiex jiġi smat jekk il-kondizzjonijiet speċjali provduti f'L-Artikoli 1, 2, 3 u 4 jipprovdux livell suffiċjenti ta' protezzjoni tas-saħħa pubblika ġewwa l-Komunita'. Ir-rivista għandha tistma' wkoll jekk ikunx hemm ħtieġa ssoktata sabiex jittieħdu l-kampjuni u tiġi analizzatakull kunsinna mill-awtorit kompetnti ta' l-Istat Membru importatur, kif provdut fl-Artikolu 4(2).

Artikolu 8

L-applikabbilta

Din id-Deċiżjoni għandha tibda tapplika mill-1 ta' Jannar 2003.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni. Għandhom jgħarrfu bihom lill-Kummissjoni.

Artikolu 9

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-4 ta' Lulju 2003.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 31, ta' l-1.2.2002, p. 1.

[2] ĠU L 77, tad-16.3.2001, p. 1.

[3] ĠU L 86, tat-3.4.2002, p. 5.

[4] ĠU L 201, tas-17.7.1998, p. 93.

[5] ĠU L 75, tas-16.3.2002, p. 44.

[6] F'April, Lulju, Ottubru u Jannar.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

Lista tal-punti tad-dħul li minnhom il-ġewż tal-Brażil li joriġina fil-Brażil jew jiġi kunsinnat minnu jista’ jiġi importat ġewwa l-Komunità

L-Istat Membru | Il-Punt tad-Dħul |

Il-Belġju | Antwerpen, Zeebrugge, Brussel/Bruxelles, Aalst |

Id-Danimarka | Il-portijiet u l-jruporti kollha Daniżi |

Il-Ġermanja | HZA Lörrach-ZA Weil am Rhein-Autobahn, HZA Stuttgart- ZA Flughafen, HZA München- ZA München - Flughafen, HZA Hof- Schirnding-Landstraße, HZA Weiden -ZA Furth imWald-Schafberg, HZA Weiden - ZA Waidhaus-Autobahn, Bezirksamt Reinickendorf vonBerlin, Abteilung Finanzen, Wirtschaft und Kultur, Veterinär- und Lebensmittelaufsichts-amt, Grenzkontrollstelle, HZA Frankfurt (Oder) - ZA Autobahn, HZA Cottbus- ZA Forst-Autobahn, HZA Bremen- ZA Neustädter Hafen, HZA Bremen - ZA Bremerhaven, HZAHamburg-Hafen-ZA Waltershof, HZA Hamburg-Stadt, HZA Itzehoe-ZA Hamburg-Flug-hafen, HZA Frankfurt-am-Main-Flughafen, HZA Braunschweig-Abfertigungsstelle, HZAHannover-Abfertigungsstelle, HZA Oldenburg-ZA Stade, HZA Dresden - ZA Dresden-Friedrichstadt, HZA Pirna - ZA Altenberg, HZA Löbau - Zollamt Ludwigsdorf-Autobahn,HZA Koblenz - ZA Hahn-Flughafen, HZA Oldenburg-ZA Wilhelmshaven, HZA Bielefeld -ZA Eckendorfer Straße Bielefeld, HZA Erfurt - ZA Eisenach, HZA Potsdam - ZA Ludwigs-felde, HZA Potsdam - ZA Berlin-Flughafen Schönefeld, HZA Augsburg - ZA Memmingen,HZA Ulm - ZA Ulm (Donautal), HZA Karlsruhe - ZA Karlsruhe, HZA Berlin - ZA Drei-linden, HZA Gießen- ZA Gießen, HZA Gießen - ZA Marburg, HZA Singen - ZA Bahnhof, HZA Lörrach-ZA Weil am Rhein - Schusterinsel, HZA Hamburg-Stadt -ZA Oberelbe, HZA Hamburg-Stadt - ZA Oberelbe - Abfertigungsstelle Billbrook, HZA Hamburg-Stadt -ZA Oberelbe - Abfertigungsstelle Großmarkt, HZA Potsdam - ZA Berlin – Flughafen Schönefeld, HZA Düsseldorf - ZA Düsseldorf Nord |

Il-Greċja | Athina, Pireas, Elefsis, Aerodromio ton Athinon, Thessaloniki, Volos, Patra, Iraklion tis Kritis, Aerodromio tis Kritis, Euzoni, Idomeni, Ormenio, Kipi, Kakavia, Niki, Promahonas, Pithio, Igoumenitsa, Kristalopigi |

Spanja | Algeciras (Puerto), Alicante (Aeropuerto, Puerto), Almeria (Aeropuerto, Puerto), Asturias (Aeropuerto), Barcelona (Aeropuerto, Puerto, Ferrocarril), Bilbao (Aeropuerto, Puerto), Cadiz (Puerto), Cartagena (Puerto), Castellon (Puerto), Ceuta (Puerto), Gijón (Puerto), Huelva (Puerto), Irun (Carretera), La Coruña (Puerto), La Junquera (Carretera) Las Palmas de Gran Canaria (Aeropuerto, Puerto), Madrid (Aeropuerto, Ferrocarril), Malaga (Aeropuerto, Puerto), Marin (Puerto), Melilla (Puerto), Murcia (Ferrocarril), Palma de Mallorca (Aero- puerto, Puerto), Pasajes (Puerto), San Sebastián (Aeropuerto), Santa Cruz de Tenerife (Puerto), Santander (Aeropuerto, Puerto), Santiago de Compostela (Aeropuerto), Sevilla (Aeropuerto, Puerto), Tarragona (Puerto), Tenerife Norte (Aeropuerto), Tenerife Sur (Aero- puerto), Valencia (Aeropuerto, Puerto), Vigo (Aeropuerto, Puerto), Villagarcia (Puerto), Vitoria (Aeropuerto), Zaragoza (Aeropuerto) |

Franza | Marseille (Bouches-du-Rhône), Le Havre (Seine-Maritime), Rungis MIN (Val-de-Marne), Lyon Chassieu CRD (Rhône), Strasbourg CRD (Bas-Rhin), Lille CRD (Nord), Saint-Nazaire Montoir CRD (Loire-Atlantique), Agen (Lot-et-Garonne), Port de la Pointe des Galets Réunion |

L-Irlanda | Dublin Port and Airport, Cork Port and Airport, Shannon Airport |

L-Italja | Ufficio Sanità Marittima ed Aerea di Ancona Ufficio Sanità Marittima ed Aerea di Bari Ufficio Sanità Marittima ed Aerea di Genova Ufficio Sanità Marittima di Livorno Ufficio Sanità Marittima ed Aerea di Napoli Ufficio Sanità Marittima di Ravenna Ufficio Sanità Marittima di Salerno Ufficio Sanità Marittima ed Aerea di Trieste Dogana di Fernetti-Interporto Monrupino (Trieste) Ufficio di Sanità Marittima di La Spezia Ufficio Sanità Marittima ed Aerea di Venezia Ufficio Sanità Marittima ed Aerea di Reggio Calabria |

Il-Lussemburgu | Centre Douanier, Croix de Gasperich, Lussemburgu |

L-Istat Membru | Il-Punt tad-Dħul |

L-Olanda | Il-portijiet u l-ajruporti kollha u l-istazzjonijiet kollha fuq il-fruntiera |

L-Awstrija | HZA Feldkirch, HZA Graz, Nickelsdorf, Spielfeld, HZA Wien, ZA Wels, ZA Kledering, ZA Flughafen Wien, HZA Salzburg, ZA Klingenbach/Zweigstelle Sopron, ZA Karawanken-tunnel, ZA Villach |

Il-Portugall | Lisboa, Leixões |

Il-Finlandja | L-Uffiċċji tad-Dwana Finlandiżi kollha |

L-Isvezja | Göteborg, Ystad, Stockholm, Helsingborg, Karlskrona, Karlshamn, Landvetter, Arlanda |

Ir-Renju Unit | Belfast, Channel Tunnel Terminal, Dover, Felixstowe, Gatwick Airport, Goole Grange-mouth, Harwich, Heathrow Airport, Heysham, Hull, Immingham, Ipswich, King’s Lynn, Leith, Liverpool, London (including Tilbury, Thamesport and Sheerness), ManchesterAirport, Manchester Container Port, Manchester (including Ellesmere Port), Medway, Middlesborough, Newhaven, Poole, Shoreham, Southampton, Stansted Airport. |

--------------------------------------------------