32003D0485



Official Journal L 164 , 02/07/2003 P. 0014 - 0016


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-27 ta’ Ġunju 2003

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/159/KE dwar l-approvazzjoni proviżorja ta’ pjanijiet residwi ta’pajjiżi terzi skond id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE

(notifikata bid-dokument numru K(2003) 1973)

(Test b’relevanza għall-FEE)

(2003/485/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri biex jiġu kontrollati ċerti sustanzi u r-residwi tagħhom f’annimali ħajjin u f’prodotti ta’ l-annimali u li jħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE [1], partikolarment l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1972 dwar is-saħħa u l-problemi tal-kontrolli veterinarji ma’ l-importazzjoni ta’ annimali bovini, nagħaġ u mogħoż u ħnieżer, laħam frisk jew prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi [2], kif emendat bir-Regolament (KE) Numru 1452/2001 [3], partikolarment l-Artikolu 3 tiegħu,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/159/KE tat-8 ta’ Frar 2000 dwar l-approvazzjoni proviżorja ta’ pjanijiet residwi ta’pajjiżi terzi skond id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE [4], kif emendata bid-Deċiżjoni 2003/16/KE [5] li jniżżel il-pajjiżi terzi li taw pjan, li jniżżel il-garanziji offruti mill-pajjiżi terzi fir-rigward tal-kontrolli ta’ gruppi u residwi ta’sustanzi skond l-Anness I tad-Direttiva 96/23/KE.

(2) Certi pajjiżi terzi ippreżentaw pjanijiet ta’ kontroll tar-residwi lill-Kummissjoni għall-prodotti u speċi li ma kienux oriġinarjament fl-Anness tad-Deċiżjoni 2000/159/KE. L-evalwazzjoni ta’ dawn il-pjanijiet ta’ kontroll u l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa mill-Kummissjoni provdiet garanziji suffiċjenti għall-kontroll tar-residwi f’dawn il-pajjiżi terzi għall-prodotti jew speċi indikati. Dawn il-prodotti u speċi għandhom jiġu miżjuda fl-Anness tad-Deċiżjoni 2000/159/KE għal dawn il-pajjiżi.

(3) Certi pajjiżi terzi ma preżentawx pjanijiet għall-kontrolli tar-residwi jew ma preżentawx bizzejjed garanziji fil-qasam tal-kontroll tar-residwi lill-Kummissjoni għall-prodotti u speċi oriġinarjament indikati fl-Anness tad-Deċiżjoni 2000/159/KE. Dawn il-Prodotti u speċi għandhom jitħassru fl-Anness tad-Deċiżjoni 2000/159/KE għal dawn il-pajjiżi.

(4) Id-Deċiżjoni 2000/159/KE għandha, għalhekk, tiġi emendata kif xieraq.

(5) Il-miżuri previsti f’din id-Deċżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Food Chain u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2000/159/KE huwa emendat kif ordnat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

L-Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmulha fi Brussel, fis-27 ta’ Ġunju 2003.

Ghall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 125, tat-23.5.96, p. 10.

[2] ĠU L 302, tal-31.12.72, p. 28.

[3] ĠU L 198, tal-21.7.1, p. 11.

[4] ĠU L 51, ta' l-4.2.00, p. 30.

[5] ĠU L 7, tal-11.1.3, p. 91.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

L-Anness tad-Deċizjoni 2000/159/KE huwa emendat kif ġej.

Il-linji li jikkonċernaw l-Olanda Antilles, l-Arġentina, l-Bulgarija, il-Belize, Iċ-Cile, il-Ħonduras, il-Kenya, l-Latvja, l-Filippini, l-Istat Uniti, L-Urugwaj, is-Serbja u Montenegro u l-Afrika tÌsfel huma mibdulin bil-linji korrispondenti:

Kodiċi ISO2 | Pajjiż | Bovini | Nagħaġ/mogħoż | Ħnieżer | Ekwini | Tiġieġ | Akwa-kultura | Ħalib | Bajd | Fenek | selvaġġina selvaġġa | laħam tas-selvaġġina mrobbija | Għasel |

AN | l-Olanda Antilles | | | | | | | | | | | | |

AR | l-Arġentina | X | X | X | X | X | X | X | X | X | X | X | X |

BG | il-Bulgarija | X | X | X | X | X | X | X | | | X | X | X |

BZ | Il-Belize | | | | | | X | | | | | | X |

CL | Iċ-Cile | X | X | X | X | X | X | | | | X | X | X |

HN | il-Ħonduras | | X | | | | | | | | | | |

KN | Il-Kenya | | | | | | | | | | | | X |

LV | il-Latvja | X | X | X | | X | X | X | X | X | X | X | X |

PH | Il-Fillippini | | | | | | | | | | | | |

US | L-Istati Uniti | X | X | X | X | X | X | X | X | X | X | X | |

UY | L-Urugwaj | X | X | | X | | X | X | | X | X | X | X |

YU | Serbja u Montenegro | X | X | X | X | | | | | | | | X |

ZA | L-Afrika tÌsfel | X | X | X | | X | X | X | | X | X | X | X |

--------------------------------------------------