32003D0421

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-20 ta’ Mejju 2003 dwar is-sospensjoni tal-proċedura ta’ l-eżaminar ta’ l-ostakoli għall-kummerċ, li jikkonsistu fi prattiċi ta’ kummerċ adottati mir-Repubblika tal-Kolombja fejn tidħol l-importazzjoni tal-vetturi.

Official Journal L 143 , 11/06/2003 P. 0033 - 0034
CS.ES Chapter 11 Volume 46 P. 298 - 299
ET.ES Chapter 11 Volume 46 P. 298 - 299
HU.ES Chapter 11 Volume 46 P. 298 - 299
LT.ES Chapter 11 Volume 46 P. 298 - 299
LV.ES Chapter 11 Volume 46 P. 298 - 299
MT.ES Chapter 11 Volume 46 P. 298 - 299
PL.ES Chapter 11 Volume 46 P. 298 - 299
SK.ES Chapter 11 Volume 46 P. 298 - 299
SL.ES Chapter 11 Volume 46 P. 298 - 299


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

ta’ l-20 ta’ Mejju 2003

dwar is-sospensjoni tal-proċedura ta’ l-eżaminar ta’ l-ostakoli għall-kummerċ, li jikkonsistu fi prattiċi ta’ kummerċ adottati mir-Repubblika tal-Kolombja fejn tidħol l-importazzjoni tal-vetturi.

(2003/421/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3286/94 tat-22 ta’ Diċembru 1994 li jistabbilixi l-proċeduri tal-Kommunità fil-qasam tal-politika tal-kummerċ komuni sabiex jassigura li d-drittijiet tal-Kommunità jiġu eżerċitati skond ir-regoli tal-kummerċ internazzjonali, partikolarment dawk stabbiliti taħt l-patroċinju ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ [1], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 356/95(2),u partikolarment l-Artikolu 11 [2] tiegħu,

Billi:

(1) Fis-7 ta’ Lulju 2000 Volkswagen AG irrappurtat ilment skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3286/94 (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejjaħ ir-"Regolament".

(2) Volkswagen AG allegat illi l-esportazzjoni ta’ vetturi mill-Kommunità għar-Repubblika tal-Kolombja huma mfixxkla minn ostakoli għall-kummerċ fis-sens ta’ l-Artikolu 2(1) tar-Regolament.

(3) L-allegat ostakolu għall-kummerċ kien ikkostitwit mill-liġi ġenerali tat-taxxa Kolombjana ta’1996 (kif emendata) (Estatuto Tributario), li tipprovdi għal distinzjoni bejn vetturi mmontati jew manifatturati ġewwa il-Kolombja u dawk manifatturati jew immontati barra mill-Kolombja għall-iskop ta’ l-applikazzjoni tal-VAT. Din il-liġi tistipula li vetturi fil-kategorija li twassal sa 1400 cc li jiġu manifatturati jew immontati ġewwa il-Kolumbja huma suġġetti għal rata ta’ VAT ta’ 20 % ikkumparata mar-rata ta’VAT ta’ 35 % fuq karrozzi importati.

(4) Il-Kummisssjoni iddeċidiet, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv stabbilit mir-Regolament, illi l-ilment fih provi biżżejjed biex jiġġustifika l-bidu ta’ proċedura ta’ eżaminazzjoni. Għalhekk, il-proċedura ta’ eżaminazzjoni bdiet fit-18 ta’ Awissu 2000 [3].

(5) L-investigazzjoni pprovdiet provi biżżejjed biex jiġi stmat illi:

- Ir-Repubblika tal-Kolombja qedgħha fi ksur ta’ l-obbligazzjonijiet tagħha skond l-Artikolu III.2 ta’ GATT 1994. Għalhekk, il-prattika kkontestata mill-ilment dehret li kienet ostakolu għall-kummerċ fis-sens ta’ l-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta’l-ostakoli għall-Kummerċ,

- Il-VAT reġim diskriminatorju hawn fuq imsemmi impost mill-Kolombja fuq karrozzi importati joħloq effetti negattivi fuq il-kummerċ fis-sens ta’ l-Artikolu 2(4) tar-Regolament dwar l-ostakoli għall-Kummerċ.

(6) Għalhekk, b’riżultat tal-proċedura ta’ eżaminazzjoni, ġie misjub illi kien neċessarju li azzjoni titieħħed, fl-interess tal-Komunità, biex jitneħħew l-effetti negattivi fuq il-kummerċ li seħħew b’riżultat ta’ ostakoli għal kummerċ miżmuma mill-Kolombja.

(7) Sabiex tassigura illi d-drittijiet tal-Komunità jiġu eżerċitati taħt ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, deher xieraq illi man-naħa tal-Kolombja teżamina l-possibilta’ ta’ soluzzjoni amikevoli, ukoll b’konsiderazzjoni għas-sitwazzjoni politika u ekonomika diffiċli ġewwa il-Kolombja.

(8) F’Diċembru 2001, il-Kummissjoni Ewropea u l-Kolombja laħħqu ftehim li fih il-Kolombja kkommettit ruħha li ma żżidx id-divrenzal tat-taxxa preżenti rigward karrozzi importati sa 1400 cc u li telimina d-divrenzal tal-VAT hawn fuq imsemmi sa l-1 ta’ Lulju 2005. Taħt dawn il-kondizzjonijiet, il-Kummissjoni kkommettit ruħha illi ma tibdix il-proċeduri ta’WTO fuq sistemazzjoni ta’ kwistjonijiet fir-rigward ta’ l-investigazzjoni dwar miżuri koperti mir-Regolament dwar l-ostakoli għall-Kummerċ. L-arranġament jiddikjara illi baqa’ mingħajr preġudizzju lejn il-posizzjoni legali tal-Komunità Ewropea u l-Kolombja

(9) L-arranġament sar bil-kondizzjoni illi l-Kummissjoni tissospendi l-proċedura ta’ eżaminazzjoni fuq din il-kwistjoni, minn meta il-leġislazzjoni ġiet adottata mill-Parlament Kolombjan biex timplimenta l-ftehim.

(10) Abbozz ta’ liġi li pprovda għal eliminazzjoni gradwali ta’ l’hawn fuq imsemmi divrenzal ta’ VAT kien ippreżentat mill-Gvern Kolombjan lil parlment Kolombjan fl-20 ta’ Mejju 2002 u ġie adottat fis-27 ta’ Diċembru 2002.

(11) Il-proċedura ta’ eżaminazzjoni għandha għalhekk tiġi sospiża.

(12) Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv stabbilit mir-Regolament,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu Waħdieni

Il-proċedura ta’ eżaminazzjoni li tikkonċerna l-ostakoli għall-kummerċ, li tikkonsisti fi prattiċi ta’ kummerċ miżmuma mill-Kolombja b’relazzjoni ma’ l-importazzjoni ta’ vetturi li bdiet fit-18 ta’ Awissu 2000 hi hawnhekk sospiża.

Magħmula fi Brussel, fl-20 ta’ Mejju 2003.

Ghall-Kummissjoni

Pascal Lamy

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 349, 31.12.94, p. 71.

[2] ĠU L 41, 23.02.95, p. 3.

[3] ĠU C 236, 18.08.00, p. 4.

--------------------------------------------------