Official Journal L 139 , 06/06/2003 P. 0032 - 0032
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar il-ħatra tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura 2006 (2003/399/KE) IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra Deċiżjoni Numru 1419/1999/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 li jistabbilixxi azzjoni Komunitarja għall-avveniment tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-snin 2005 sa 2019 [1], partikolarment l-Artikolu 2(3) tiegħu, Wara li kkunsidra r-rapport tal-Bord ta’ Selezzjoni rċevut mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni fl-1 ta’ Ottubru 2002, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-Belt ta’ Patras għandha tiġi nominata bħala l-Kapitali Ewropea tal-Kultura 2006. Artikolu 2 Il-Belt ta’ Patras għandha tieħu l-miżuri kollha neċessarji biex tassigura l-implimentazzjoni effettiva ta’ l-Artikolu 1 u 5 tad-Deċizjoni Numru 1419/1999/KE. Magħmula fi Brussel, fis-6 ta’ Mejju 2003. Għall-Kunsill Il-President P. Efthymiou [1] ĠU L 166, ta’ l-1.7.1999, p.1 --------------------------------------------------