Official Journal L 135 , 03/06/2003 P. 0025 - 0026
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Mejju 2003 li temenda d-Deċiżjoni 92/452/KEE li tistabbilixxi listi ta’ gruppi approvati għall-ġbir ta’ embrijoni u gruppi approvati għall-produzzjoni ta’ embrijoni f’pajjiżi terzi għall-esportazzjoni ta’ embrijoni ta’ bovini lejn il-Komunità fir-rigward ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika (notifikata bid-dokument numru K(2003) 1643) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2003/391/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta’ Settembru 1989 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi, u l-importazzjoni minn, pajjiżi terzi ta’ embrijoni ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċi tal-bovini [1], kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru. 806/2003 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha, Billi: (1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/452/KEE [3], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2003/151/KE [4], tipprovdi li Stati Membri għandhom jimportaw embrijoni minn pajjiżi terzi biss jekk ġew miġbura, ipproċessati u maħżuna minn grupp ta’ ġbir ta’ embrijoni mniżżel f’dik id-Deċiżjoni. L-Istati Uniti ta’ l-Amerika talbet li jsiru emendi lil dik il-lista dwar id-dħul għal dak il-pajjiż. (2) L-Istati Uniti ta’ l-Amerika pprovda garanziji dwar konformità mar-regoli approprijati stabbiliti fid-Direttiva 89/556/KEE u l-gruppi ta’ kollezzjoni kkonċernati li ġew uffiċjalment approvati għal esportazzjoni lejn il-Komunità mis-servizzi veterinarji ta’ dak il-pajjiż. (3) Id-Deċiżjoni 92/452/KEE għandha għalhekk tiġi emendata kif xieraq. (4) Il-miżuri provvduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali, ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-Anness mad-Deċiżjoni 92/452/KEE hu emendat kif ġej: 1. il-filliera li ġejja rigward il-gruppi ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika hi mħassra: "US | | 96NY089 E1062 | | Toole Veterinary Clinic 388 Erieville Road Erieville, NY | Dr. Robert Toole" | 2. il-filliera li ġejja dwar il-gruppi ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika hi miżjuda: "US | | 02CA106 E752 | | Lander Veterinary Clinic 2930 Lander Ave. Turlock, CA 95380 | Dr. Larry Lanzon" | Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mis-6 ta’ Ġunju 2003. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-23 ta’ Mejju 2003. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 302, tad-19.10.89, p. 1. [2] ĠU L 122, tas-16.5.3, p. 1. [3] ĠU L 250, tad-29.8.92, p. 40. [4] ĠU L 59, ta’ l-4.3.3, p. 26. --------------------------------------------------