32003D0378



Official Journal L 130 , 27/05/2003 P. 0027 - 0028


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-23 ta’ Mejju 2003

li temenda d-Deċiżjoni 2002/300/KE li tistabbilixxi lista ta’ żoni approvati fir-rigward tal-Bonamia ostreae u/jew tal-Marteilia refringens

(notifikata permezz ta’ dokument numru K(2003) 1639)

(Test b’rilevanza ŻEE)

(2003/378/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 li tikkonċerna l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw it-tqegħid fis-suq ta’ l-annimali u prodotti ta’ l-akwakultura [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 98/45/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 5 tagħha,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/300/KE [3] tistabbilixxi ż-żoni fl-Irlanda meqjusa bħala ħielsa mill-marda tal-Bonamia ostrea u/jew tal-Marteilia refringens.

(2) L-awtorità veterinatja kompetenti fl-Irlanda informat lill-Kummissjoni u lill-Istati Memri l-oħrajn bis-sejbien tal-Bonamia ostrea fil-Kanal Achill, żona preċedentament meqjusa bħala ħielsa. Din iż-żona għalhekk ma tistax aktar tibqa meqjusa bħala ħielsa fir-rigward tal-Bonamia ostrea.

(3) Id-Deċiżjoni 2002/300/KEE għandha għalhekk tkun emendata kif xieraq.

(4) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2002/300/KE huwa mibdul bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-23 ta’ Mejju 2003.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 46, tad-19.2.1991, p. 1.

[2] ĠU L 189, tat-3.7.1998, p. 12.

[3] ĠU L 103, tad-19.4.2002, p. 24.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"

L-ANNESS

ŻONI APPROVATI GĦAL WAĦDA JEW AKTAR MILL-MARD TAL-MOLUSKOLI BONAMIA OSTREA U MARTEILIA REFRINGENS

1.A. Iż-żoni fl-Irlanda approvati fir-rigward ta’ B. ostreae

- il-kosta kollha ta’ l-Irlanda bl-eċċezzjoni ta’ dawn il-ħames żoni li ġejjin:

- Il-Port ta’ Cork,

- Il-Bajja ta’ Galway,

- Il-Port ta’ Ballinakill,

- Il-Bajja ta’ Clew,

- Il-Kanal ta’ Achill.

1.B. Iż-żoni fl-Irlanda approvati fir-rigward ta’ M. refringens

- il-kosta kollha ta’ l-Irlanda.

2.A. Żoni fir-Renju Unit, fiċ-Channel Islands u fl-Isle of Man approvati fir-rigward tal-B. ostreae

- il-kosta kollha tal-Gran Brittanja, bl-eċċezzjoni ta’ dawn iż-żoni li ġejjin:

- il-kosta ta’ nofs-in-nhar ta’ Cornwall minn Lizard dal-Ponta Start,

- iż-żona ta’ madwar l-estwarju Solent, minn Portand Bill sa Selsey Bill,

- iż-żona ta’ matul il-kosta f’Essex minn Shoeburyness sal-ponta Landguard,

- il-kosta kollha ta’ l-Irlanda ta’ Fuq,

- il-kosta kollha ta’ Guernsey u Herm,

- iż-żona tal-Istati ta’ Jersey: iż-żona tikkonsisti miż-żona kostali inter-marea u immedjata bejn il-medja tal-marka tal-baħar l-aktar għoli fuq il-Gżira ta’ Jersey u linja mmaġinarja miġbuda tlett mili nawtiċi mill-medja tal-baħar l-aktar baxx tal-Gżira ta’ Jersey. Iż-żona tinsab fil-Golf Normano-Breton, fin-naħa ta’ nofs-in-nhar tal-Kanal Ingliż,

- il-kosta kollha ta’ l-Isle of Man.

2.B. Żoni fir-Renju Unit, fiċ-Channel Islands u fl-Isle of Man approvati fir-rigward ta’ M. refringens

- il-kosta kollha tal-Gran Brittanja,

- il-kosta kollha ta’ l-Irlanda ta’ Fuq,

- il-kosta kollha ta’ Guernsey u Herm,

- iż-żona tal-Istati ta’ Jersey: iż-żona tikkonsisti miż-żona kostali inter-marea u immedjata bejn il-medja tal-marka tal-baħar l-aktar għoli fuq il-Gżira ta’ Jersey u linja mmaġinarja miġbuda tlett mili nawtiċi mill-medja tal-baħar l-aktar baxx tal-Gżira ta’ Jersey. Iż-żona tinsab fil-Golf Normano-Breton, fin-naħa ta’ nofs-in-nhar tal-Kanal Ingliż,

- il-kosta kollha ta’ l-Isle of Man.”

"

--------------------------------------------------