32003D0360

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta’ Marzu 2003 li tikkonċerna il-konklużjoni ta’ Ftehim f’forma ta’ tpartit t’ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam li jemenda il-Memorandum ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u il-Gvern tal-Vjetnam fuq il-prevenzjoni ta’ frodi fin-negozju ta’ prodotti ta’ xedd tas-saqajn.

Official Journal L 124 , 20/05/2003 P. 0033 - 0033
CS.ES Chapter 11 Volume 46 P. 217 - 217
ET.ES Chapter 11 Volume 46 P. 217 - 217
HU.ES Chapter 11 Volume 46 P. 217 - 217
LT.ES Chapter 11 Volume 46 P. 217 - 217
LV.ES Chapter 11 Volume 46 P. 217 - 217
MT.ES Chapter 11 Volume 46 P. 217 - 217
PL.ES Chapter 11 Volume 46 P. 217 - 217
SK.ES Chapter 11 Volume 46 P. 217 - 217
SL.ES Chapter 11 Volume 46 P. 217 - 217


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tas-17 ta’ Marzu 2003

li tikkonċerna il-konklużjoni ta’ Ftehim f’forma ta’ tpartit t’ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam li jemenda il-Memorandum ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u il-Gvern tal-Vjetnam fuq il-prevenzjoni ta’ frodi fin-negozju ta’ prodotti ta’ xedd tas-saqajn.

(2003/360/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment l-Artikolu 133 tiegħu, flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkonsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) Il-Kummissjoni nnegozjat mar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, f’isem il-Komunità, Ftehim bilaterali f’forma ta’ tpartit t’ittri, li jemenda il-Memorandum ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Vjetnam fuq il-prevenzjoni ta’ frodi fin-negozju ta’ prodotti ta’ xedd tas-saqajn [1] inizjalat fl-4 t’Awissu 1999 u proviżorjament fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2000.

(2) Il-Ftehim f’forma ta’ tpartit t’ittri għandu jkun approvat f’isem il-Kommunità,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu Waħdu

Il-Ftehim f’forma ta’ tpartit t’ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Vjetnam li jemenda il-Memorandum ta’ Ftehim fuq il-prevenzjoni ta’ frodi fin-negozju ta’ prodotti ta’ xedd tas-saqajn bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Vjetnam huwa hawnhekk approvat f’isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Brussel, fis-17 ta’ Marzu 2003.

F’isem il-Kunsill

Il-President

G. Drys

[1] ĠU L 1, 04.01.2000, p. 13.

--------------------------------------------------