32003D0335



Official Journal L 118 , 14/05/2003 P. 0012 - 0014


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/335/JHA

tat-8 ta' Mejju 2003

dwar l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-ġenoċidju, id-delitti kontra l-umanità u d-delitti tal-gwerra

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 30, 31 u 34(2)(ċ) tiegħu,

Wara li kkonsidra l-inizjattiva tar-Renju tad-Danimarka [1]

Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi:

(1) It-Tribunali Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja u għar-Rwanda ilhom mis-sena 1995 jinvestigaw, iħarrku u jressqu quddiem il-ġustizzja vjolazzjonijiet tal-liġijiet nazzjonali f'konnessjoni mal-gwerra, il-ġenoċidju u d-delitti kontra l-umanità.

(2) L-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali tas-17 ta' Lulju 1998, li ġie rratifikat mill-Istati Membri kollha ta' l-Unjoni Ewropea, jafferma illi l-iktar delitti serji ta' tħassib għall-komunità intenazzjonali kollha, b'mod partikolari l-ġenoċidju, id-delitti kontra l-umanità u d-delitti tal-gwerra, ma għandhomx jitħallew jgħaddu mingħajt kastig u li trid tiġi żgurata l-prosekuzzjoni effettiva tagħhom billi jitteħdu miżuri fil-livell nazzjonali u billi tittejjeb il-koperazzjoni internazzjonali.

(3) L-Istatut ta' Ruma jfakkar illi huwa d-dmir ta' kull Stat Membru li jeżerċita l-ġurisdizzjoni tiegħu dwar il-kriminalità fuq dawk responsabbli minn dawn id-delitti internazzjonali.

(4) L-Istatut ta' Ruma jenfasizza illi l-Qorti Kriminali Internazzjonali stabbilit taħtu irid ikun kumplimentari għall-ġurisdizzjoni nazzjonali dwar il-kriminalità. L-investigazzjoni effettiva u, meta approprjat, il-prosekuzzjoni tal-ġenoċidju, tad-delitti kontra l-umanità u tad-delitti tal-gwerra għandhom jiġu żgurati mingħajr indħil fil-ġurisdizzjoni tal-Qorti Kriminali Internazzjonali.

(5) L-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-ġenoċidju, tad-delitti kontra l-umanità u tad-delitti tal-gwerra, u l-iskambju tat-tagħrif dwarhom, għandhom jissoktaw ir-responsabbiltà ta' l-awtoritajiet nazzjonali, għajr kif affettwati mil-liġijiet internazzjonali.

(6) L-Istati Membri qegħdin jiġu kkonfrontati fuq bażi regolari minn persuni li kienu involuti f'dawn id-delitti u li qegħdin jippruvaw jidħlu u jirresjiedu fl-Unjoni Ewropea.

(7) L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jridu jiżguraw illi, meta jirċievu tagħrif illi persuna li tkun applikat għal permess tar-residsenza tkun issuspettata li kienet ikkommettiet jew ipparteċipat fit-twettiq ta' ġenoċidju, ta' delitti kontra l-umanità jew ta' delitti tal-gwerra, l-atti rilevanti jistgħu jiġu investigati u, meta ġġustifikati, jiġu mħarrka skond il-liġijiet nazzjonali.

(8) L-awtoritajiet rilevanti ta' l-infurzar tal-liġijiet nazzjonali u ta' l-immigrazzjoni, għalkemm għandhom kompiti u responsabbiltajiet differenti, għandhom jikkoperaw mill-qrib ħafna sabiex jgħinu l-investigazzjoni effettiva u l-prosekuzzjoni ta' dawn id-delitti mill-awtoritajiet kompetenti li jkollhom il-ġurisdizzjoni fil-livell nazzjonali.

(9) L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-awtoritajiet ta' l-infurzar tal-liġi u l-awtoritajiet ta' l-immigrazzjoni jkollhom ir-riżorsi u l-istrutturi approprjati sabiex jippermettu l-koperazzjoni effettiva u l-investigazzjoni effettiva tagħhom u, kif approprjat, il-prosekuzzjoni tal-ġenoċidju, tad-delitti kontra l-umanità u tad-delitti tal-gwerra.

(10) Ir-riżultat b'suċċess ta' l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni effettivi ta' dawn id-delitti jeħtieġ ukoll il-koperazzjoni mill-qrib fil-livell transnazzjonali bejn l-awtoritajiet ta' l-Istati li jagħmlu Parti mill-Istatut ta' Ruma, inklużi l-Istati Membri.

(11) Fit-13 ta' Ġunju 2002, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2002/494/JHA li tistabbilixxi network Ewropew tal-punti tal-kuntatt rigward il-persuni responsabbli mill-ġenoċidju, mid-delitti kontra l-umanità u mid-delitti tal-gwerra [3] L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi jsir użu sħiħ mill-punti tal-kuntatt sabiex tiġi ffaċilitata l-koperazzjoni bejn l-awrtoritajiet kompetanti internazzjonali.

(12) Fil-Posizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/443/CFSP tal-11 ta' Ġunju 2001 dwar il-Qorti Kriminali Internazzjonali [4], l-Istati Membri ddikjaraw illi d-delitti taħt il-ġurisdizzjoni tal-Qorti Kriminali Internazzjonali huma ta' tħassib għall-Istati Membri kollha, li huma ddeterminati li jikkoperaw fil-prevenzjoni ta' dawn id-delitti u sabiex iġibu fit-tmiem il-ħelsien mill-kastiġ ta' min jipperpetwa dawn il-kastigi,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-mira

Il-mira ta' din id-Deċiżjoni hija li żżid il-koperazzjoni bejn l-unitajiet nazzjonali sabiex tiġi mmassimizzata l-kapaċità ta' l-aworitajiet ta' l-infurzar tal-liġi fl-Istati Membri differenti sabiex jikkoperaw b'mod effettiv fil-kamp ta' l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-persuni li jkunu kkommettaw jew ipparteċipaw fit-twettiq tal-ġenoċidju, tad-delitti kontra l-umanità u tad-delitti tal-gwerra kif iddefiniti fl-Artikoli 6, 7 u 8 ta' l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali tas-17 ta' Lulju 1998.

Artikolu 2

It-tagħrif lill-awtoritajiet ta' l-infurzar tal-liġi

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex l-awtoritajiet ta' l-infurzar tal-liġi jkunu mgħarrfa meta jiġu stabbilii l-fatti li jqajmu s-suspett illi applikant għar-residenza jkun ikkommetta d-delitti riferiti fl-Artikolu 1 li jistgħu jwasslu għall-prosekuzzjoni fi Stat Membru jew fil-qrati kriminali internazzjonali.

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri mħtieġa sabiex jiżguraw illi l-awtoritajiet rilevanti ta' l-infurzar tal-liġi u ta' l-immigrazzjoni jkunu kapaċi jiskambjaw it-tagħrif, li jkunu jeħieġu sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom b'mod effettiv.

Artikolu 3

L-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni

1. L-Istati Membri għandhom jgħinu lil xulxin fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tad-delitti riferiti fl-Artikolu 1 skond kull ftehim interazzjonali u l-liġijiet nazzjonali rilevanti.

2. Meta, f'konnessjoni mal-proċessar ta' applikazzjoni għal permess tar-residenza, l-awtoritajiet ta' l-immigrazzjoni jsiru jafu l-fatti li jqajmu suspett illi l-applikant ikun ipparteċipa fid-delitti riferiti fl-Artikolu 1, u meta joħroġ illi l-applikant ikun talab il-permess li jirresjiedi fi Stat Membru ieħor minn qabel, l-awtoritajiet ta' l-infurzar tal-liġi jistgħu japplikaw lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-infurzar tal-liġi fl-Istat Membru ta' l-aħħar bil-ħsieb li jiksbu t-tagħrif rilevanti, inkluż it-tagħrif lill-awtoritajiet ta' l-immigrazzjoni.

3. Safejn u sakemm l-awtoritajiet ta' l-infurzar tal-liġi fi Stat Membru jsiru safu illi persuna ssuspettata bid-delitti riferiti fl-Artikolu 1 tkun fi Stat Membru ieħor, għandhom jgħarrfu lill-awtoritajiet kompetenti l-Istat Membru ta' l-aħħar bis-suspetti tagħhom u r-raġunijiet għalihom. Dan it-tagħrif għandu jiġi pprovvdut skond kull ftehim internazzjonali u l-liġijiet nazzjonali rilevanti.

Artikolu 4

L-Istrutturi

L-Istati Membri għandhom jikkonsidraw il-ħtieġa li jistabbilixxu jew jinnominaw unitajiet speċjalisti fi ħdan l-awtoritajiet kompetenti ta' l-infurzar tal-liġi bir-responsabbiltà partikolari li jinvestigaw u, kif approprjat, jipprosegwu d-delitti fil-kwistjoni.

Artikolu 5

Il-Kordinament u l-laqgħat perjodiċi

1. L-Istati Membri għandhom jikkordinaw l-isforzi li jkunu għaddejjin sabiex jinvestigaw u jħarrku lill-persuni ssuspettati li jkunu kkommettew jew ipparteċipaw fit-twettiq ta' ġenoċidju, delitti kontra l-umanità jew delitti tal-gwerra.

2. Fuq l-inizjattiva tal-Presidenza, il-punti tal-kuntatt innominati skond l-Artikolu tad-Deċiżjoni 2002/494/JHA, għndhom jiltaqgħu f'intervalli regolari taż-żmien bil-ħsieb li jiskambjaw it-tagħrif dwar espejenzi, prattiċi u metodi. Dawn il-laqgħat jistgħu jsiru f'għaqda mal-laqgħat fi ħdan in-Network Ġudizzjarju Ewropew u, jiddependi miċ-ċirkonstanzi, jistgħu jiġu mistiedna wkoll ir-rappreżentanti mit-Tribunali Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja u għar-Rwanda u korpi internazzjonali oħra biex jieħdu sehem f'dawn il-laqgħat.

Artikolu 6

Il-konformità mal-leġislazzjoni dwar il-protezzjoni ta' l-informazzjoni

Kull tip ta' skambju tat-tagħrif jew kull tip tal-proċessar ta' l-informazzjoni personali skond din id-Deċiżjoni għandhom isiru bil-konformità sħiħa tal-ħtiġiet li joħorġu mill-leġislazzjoni internazzjonali u domestika li japplikaw għall-protezzoni ta' l-informazzjoni.

Artikolu 7

L-implimentazzjoni

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni sa t-8 ta' Mejju 2005.

Artikolu 8

L-applikazzjoni territorjali

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-Ġibiltà.

Artikolu 9

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, fit-8 ta' Mejju 2003.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Chrisochoïdis

[1] ĠU C 223, tad-19.9.2002, p. 19.

[2] Opinjoni tas-17 ta' Diċembru 2002 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU L 167, tas-26.6.2002, p. 1.

[4] ĠU L 155, tat-12.6.2001, p. 19.

--------------------------------------------------