Official Journal L 099 , 17/04/2003 P. 0060 - 0061
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2003/276/PESK tal-14 ta' April 2003 li tikkonċerna l-implimentazzjoni ta' l-Azzjoni Konġunta 2002/589/PESK fid-dawl tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni Ewpropea għall-qerda ta' l-ammunizzjon għall-armi żgħar u armi ħfief ġewwa l-Albanija IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkonsidra l-Azzjoni Konġunta 2002/589/PESK tat-12 ta' Lulju 2002 fuq il-kontribuzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea biex tiġi kkumbatuta l-akkumulazzjoni destabbilizzata u l-firxa ta' l-armi żgħar u armi ħfief u li tħassar l-Azzjoni Konġunta 1999/34/PESK [1], u partikolarment l-Artikolu 6 tagħha, flimkien mat-tieni inċiż ta' l-Artikolu23(2) tat-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea, Billi: (1) Fil-Posizzjoni Komuni 97/357/PESK ta' 2 ta' Ġunju fuq l-Albanija [2] l-Unjoni Ewropea esprimiet l-intenzzjoni tagħha biex tgħin l-Albanija biex tippromovi l-proċess demokratiku, biex iġib lura l-istabbilità politika u s-sigurtà interna. L-akkumulazzjoni eċċessiva u bla rażan u l-firxa ta' armi zgħar u armi ħfief (AŻAĦ) u l-ammunizzjon tagħhom ħolqu theddidiet għall-paċi u s-sigurtà u naqsu l-prospetti ta' żvilupp sostenibbli; dan hu l-każ akut ta' l-Albanija. (2) Sabiex jintlaħqu l-għanijiet imniżżla fl-Artikolu 1 ta' l-Azzjoni Konġunta 2002/589/PESK, l-Unjoni Ewropea tipprevedi li topera ġewwa l-fora relevanti internazzjonali u f'kuntest reġjonali, kif xieraq, ħalli tagħti dik l-assistenza permezz ta' organizzazzjonijiet internazzjonali, programmi u aġenziji kif ukoll arranġamenti reġjonali. (3) Il-Ministeru tad-Difiża Albaniż iddentifika ammont kbir ta' ammunizzjon ta' AŻAĦ, dak li kien fadal aktar għall-bżonnijiet tagħhomj ew miksub lura mill-pubbliku. Ħafna mill-ammunizzjon huwa ppakkjat ħażin u maħżun f'postijiet u kondizzjonijiet mhux tajba. (4) L-Aġenzija Fornitriċi u Manutenzjoni tan-NATO (NAMSA), taħt it-termini tal-Fond tas-Sħubija għal Paċi, qiegħda tieħu ħsieb proġett immirat għall-konsolidazzjoni u żmilitarizzazzjoni tal-fdal ta' ammunizzjon ta' l-AŻAĦ, li jammonta għal total ta' 11665 tunnelata, fuq perjodu ta' erba' snin. (5) Il-Kummissjoni qablet li tkun fdata bl-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni. (6) Għaldaqstant l-Unjoni Ewropea hija ntiża li toffri għajnuna finanzjarja għall-proġett tan-NAMSA skond it-Titolu II ta' l-Azzjoni Konġunta 2002/589/PESK. (7) Il-Kummissjoni tassigura stampa kemm jista' jkun ċara tal-kontribuzzjoni ta' l-UE għall-proġett, inklużi b'miżuri xierqa meħuda minn NAMSA, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 1. L-Unjoni Ewropea għandha tikkontribwixxi għall-qerda tal-fdal ta' l-ammunizzjon ta' l-AŻAĦ fl-Albanija. 2. Għal dan il-għan, l-Unjoni Ewropea għandha tipprovdi appoġġ finanzjarju lil-proġġett tan-NAMSA mmirat għall-konsolidazzjoni u żmilitarizzazzjoni tal-fdal ta' l-ammunizzjon ta' l-AŻAĦ. 3. Il-Kummissjoni għandha tiġi fdata bl-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tikkonkludi ftehim finanzjarju man-NAMSA fuq il-kondizzjonijiet għall-użu tal-kontribuzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea, li għandu jkun fil-forma ta' għotja. Fost affarijiet oħra, din l-għotja għandha tintuża' biex tkopri, għall-perjodu ta' 12-il xahar, pagi, spejjeż ta' l-ivjaġġar, provvisti u t-tagħmir meħtieġ għall-qerda tal-fdal ta' l-ammunizzjon ta' l-AŻAĦ ġewwa l-Albanija. Il-ftehim finanzjarju ser jistipula li in- NAMSA għandha tassigura l-viżibilità tal-kontribuzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea għall-proġġett, xierqa għad-daqs tiegħu. Artikolu 2 1. Ir-referenza finanzjarja għall-għan riferut fl-Artikolu 1 għandha tammonta għall-EUR 820000. 2. L-amministrazzjoni tan-nefqa finanzzjata bl-ammont speċifikat fil-paragrafu 1 għandu jkun suġġett għall-proċeduri u r-regoli tal-Komunità li jgħoddu għall-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewpropea. Artikolu 3 Il-Kummisjoni għandha tressaq rapporti regolari fuq l- implimentazzjoni ta' din id- Deċiżjoni lill-korpi relevanti tal-Kunsill, skond l-Artikolu 9(1) ta' l-Azzjoni Konġunt a 2002/589/PESK. Din l-informazzjoni tkun ibbażata partikolarment fuq rapporti regolari li jiġu provduti min-NAMSA taħt ir-relazzjonijiet kuntrattwali tagħha mal-Kumissjoni, kif stipulat fl-Artikolu 1. Artikolu 4 1. Din id-Deċiżjoni għandha tiġi fis-seħħ fid-data ta' l-adozzjoni tagħha. Għandha teskadi tnax-il xahar wara li l-ftehim finanzjarju bejn il-Kummisjoni u n-NAMSA jiġi konkluż. 2. Din id-deċiżjoni għandha tiġi riveduta għaxar xhur wara d-data ta' l-adozzjoni tagħha. Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Magħmula fil-Lussemburgu, fl-14 ta' April 2003. Għall-Kunsill Il-President A. Giannitsis [1] ĠU L 191, tad-19.7.2002, p. 1. [2] ĠU L 153, tal-11.6.1997, p. 4. --------------------------------------------------