32003D0253(01)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2002 li tikkonċerna l-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 għall-modifika tal-konċessjonijiet fir-rigward taċ-cereali msemmija fl-Iskeda KE CXL anness mal-GATT 1994

Official Journal L 095 , 11/04/2003 P. 0036 - 0037
CS.ES Chapter 11 Volume 46 P. 169 - 170
ET.ES Chapter 11 Volume 46 P. 169 - 170
HU.ES Chapter 11 Volume 46 P. 169 - 170
LT.ES Chapter 11 Volume 46 P. 169 - 170
LV.ES Chapter 11 Volume 46 P. 169 - 170
MT.ES Chapter 11 Volume 46 P. 169 - 170
PL.ES Chapter 11 Volume 46 P. 169 - 170
SK.ES Chapter 11 Volume 46 P. 169 - 170
SL.ES Chapter 11 Volume 46 P. 169 - 170


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tad-19 ta’ Diċembru 2002

li tikkonċerna l-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 għall-modifika tal-konċessjonijiet fir-rigward taċ-cereali msemmija fl-Iskeda KE CXL anness mal-GATT 1994

(2003/253/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 133 flimkien ma’ l-ewwel sentenenza ta’ l-ewwel sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1) Fis-26 ta’ Lulju 2002, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tibda n-negozjati taħt l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 bil-ħsieb li timmodifika ċerti konċessjonijiet għaċ-cereali. Għaldqastant, il-Komunità Ewropea nnotifikat lill-WTO fis-26 ta’Lulju 2002 dwar l-intenzjoni tagħha biex timmodifika ċerti konċessjonijiet fl-Iskeda KE CXL.

(2) In-Negozjati tmexxew mill-Kummissjoni b’konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 133 tat-Trattat u fil-qafas tad-direttivi dwar in-negozjati maħruġa mill-Kunsill.

(3) Il-Kummissjoni nnegozjat mal-Kanada, il-Membru tal-WTO li għandu interess sostanzjali fil-fornimenti, Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri.

(4) Il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada għandu għalhekk jiġi approvat.

(5) Sabiex jiġi żgurat li l-Ftehim jista’ jiġi applikat fl-intier tiegħu mill-1 ta’ Jannar 2003 u sakemm jiġi emendat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta’ Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali [1], il-Kummissjoni għandha tiġi awtorizzata biex tadotta derogi temporanji minn dak ir-Regolament.

(6) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-deċiżjoni għandhom jiġu addottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li jippresskrivu l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta’ l-implimentazzjoni mogħi lill-Kummissjoni [2],

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 għall-modifika tal-konċessjonijiet fir-rigward għaċ-cereali msemmija fl-Iskeda KE CXL anness mal-GATT 1994 huwa hawnhekk approvat fl-isem tal-Komunità.

It-test ta’ dan il-Ftehim huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Safejn huwa meħtieġ sabiex jippermetti l-applikazzjoni sħiħ ta’ dan il-Ftehim mill-1 ta’ Jannar 2003, il-Kummissjoni tista’ tidderoga mir-Regolament (KEE) Nru 1766/92, skond il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 3(2) ta’ din id-Deċiżjoni, sakemm dak ir-Regolament huwa emendat imma mhux iktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2003.

Artikolu 3

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-¬ereali mwaqqaf mill-Artikolu 23 tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw.

Il-perjodu taż-żmien preskritt fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi jkun ta’ xahar wieħed.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

Artikolu 4

Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jinnomina l-persuna li għandha l-poter li tiffirma l-Ftehim sabiex torbot il-Komunità.

Magħmul fi Brussel, fid-19 ta’ Diċembru 2002.

F’isem il-Kunsill

Il-President

M. Fischer Boel

[1] ĠU L 181, 01.07.92, p. 21. ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1666/2000 (ĠU L 193, 29.07.00, p. 1).

[2] ĠU L 184, 17.07.99, p. 23.

--------------------------------------------------