32003D0240



Official Journal L 089 , 05/04/2003 P. 0016 - 0016


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

ta’ l-24 ta’ Marzu 2003

li temenda d-Deċiżjoni 2000/45/KE rigward il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti ta’ l-eko-tikketta Komunitarja lill-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ

(inotifikata fid-dokument numru C(2003) 218)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2003/240/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWRPOPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 dwar skema riveduta ta’ l-għoti ta’ l-eko-tikketta Komunitarja [1], u b’mod partikolari it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Bord Ewropew ta’ l-Ittikkettjar Ekoloġiku

Billi:

(1) Skond ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 l-eko-tikketta Komuntarja tista’ tingħata lil prodott li jippossjiedi l-karattersitiċi li jippremettulu li jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għat-titjib fejn għandhom x’jaqsmu aspetti ambjentali ta’ importanza prinċipali.

(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1980/200 jistabbilixxi illi l-kriterji speċifiċi ta’ l-eko-tikketta għandhom jiġu stabbiliti skond il-gruppi tal-prodotti.

(3) Jippovdi wkoll illi r-rivista tal-kriterji ta’ l-eko-tikketta, kif ukoll il-ħtiġiet ta’ l-istima u l-verifika li għandhom x’jaqsmu mal-kriterji, għandhom isiru fiż-żmien mistħoqq qabel it-tmiem tal-perjodu taż-żmien tal-validità tal-kriterji speċifikati għal kull grupp ta’ prodotti.

(4) Wara r-rivista tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/45/KE [2], huwa xieraq illi jiġi mtawwal il-perjodu taż-żmien tal-validità ta’ dawn il-kriterji ekoloġiċi għal perjodu taż-żmien ta’ tliet snin.

(5) Id-Deċiżjoni 2000/45/KEE għandha tiġi emendata kif jixraq.

(6) Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE)Nru 1980/2000,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2000/45/KE jiġi mibdul b’dan li ġej:

"L-Artikolu 3

Id-definizzjoni tal-grupp tal-prodotti u l-kriterji għall-grupp tal-prodotti għandhom ikunu validi mid-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni sat-30 ta’ Novembru 2005. Madankollu, jekk sa din id-data ma tkunx għadha ġiet adottata deċiżjoni ġdida li tistabbilixi d-definizzjoni tal-grupp tal-prodotti u l-kriterji għal dan il-grupp ta’ prodotti, il-perjodu taż-żmien tal-validità għandu minflok itemm jew fit-30 ta’ Novembru 2006 jew id-data ta’ l-adozzjoni tad-deċiżjoni l-ġdida, liema minnhom tiġi l-iktar kmieni."

L-Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-24 ta’ Marzu 2003.

Għall-Kummissjoni

Margot Wallström

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 237, tal-21.9.2000, p. 1.

[2] ĠU L 16, tal-21.1.2000, p. 74.

--------------------------------------------------