Official Journal L 082 , 29/03/2003 P. 0040 - 0041
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Marzu 2003 dwar in-nuqqas t’inklużjoni ta’ l-acephate fl-L-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti ta’ protezzjoni għall-pjanti li jkun fihom din is-sostanza attiva (notifikata minn dokument numru K(2003) 868) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (2003/219/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-tqegħid ta’ prodotti ta’ protezzjoni għall-pjanti fis-suq [1], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/5/KE [2], u b’mod partikolari r-raba’ sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 8(2) tagħha, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 li jippreskrivi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ l-ewwel stadju tal-programm ta’ xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE dwar it-tqegħid ta’ prodotti ta’ protezzjoni għall-pjanti fis-suq [3], kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KE) Nru 2266/2000 [4], u b’mod partikolari l-Artikolu 7(3A)(b) tagħha, Billi: (1) L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE ħasbet għal li l-Kummissjoni twettaq programm ta’ xogħol għall-eżaminazzjoni ta’ sostanzi attivi użati fil-prodotti ta’ protezzjoni għall-pjanti li diġà kienu qiegħdin fis-suq fil-15 ta’ Lulju 1993. Regoli dettaljati għat-twettiq ta’ dan il-programm kienu stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 3600/92. (2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 933/94 tas-27 t’April 1994 li jippreskrivi s-sustanzi attivi ta’ prodotti ta’ protezzjoni għall-pjanti u li jinnomina l-Istati Membri tar-rapportaġġ għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 [5], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2230/95 [6], innominat is-sustanzi attivi li għandhom jiġu stmati fil-framework tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92, innominat Stat Membru biex jaġixxi ta’ relatur f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-istima ta’ kull sustanza u identifikat il-produtturi ta’ kull sustanza attiva li jagħti notifika fil-ħin dovut. (3) L-acephate huwa wieħed mid-89 sustanza attiva nominati mir-Regolament (KE) Nru 933/94. (4) Skond l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92, l-Italja, billi hija l-Istat Membru nominat relatur, tagħat fit-30 ta’ Settembru 1996 lill-Kummissjoni r-rapport ta’ l-istima tagħha ta’ l-informazzjoni mogħtija lilha min-notifikaturi skond l-Artikolu 6(1) ta’ dak ir-Regolament. (5) Meta rċeviet ir-rapport ta’ l-Istat Membru rapportuer, il-Kummissjoni impenjat ruħha li twettaq konsultazzjonijiet ma’ esperti ta’ l-Istati Membri kif ukoll man-notifikatur prinċipali (Tomen France SA) kif previst fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92. (6) Ir-rapport ta’ stima preparat mill-Italja ġie rivedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti fuq il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali. Deher li l-informazzjoni mogħtija ma kinitx biżżejjed biex tistabilixxi jekk, taħt il-kondizzjonijiet ta’ użu proposti, prodotti ta’ protezzjoni għall-pjanti li jkun fihom is-sustanzi attivi konċernati kinux ser jissodisfaw jew le il-kondizzjonijiet ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE. Għaldaqstant, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/134/KE ta’ l-14 ta’ Frar 2001 dwar id-deċiżjoni fuq l-inklużjoni possibbli ta’ ċerti sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE [7] ħalliet lin-notifikatur li jlesti l-inkartament tiegħu sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2001 għal medda limitata ta’ użi rappreżentattivi. Meta rċeviet l-informazzjoni addizzjonali, ir-reviżjoni kienet iffinalizzata fit-28 ta’ Ġunju 2002 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għall-acephate, skond l-Artikolu 7(6) tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92. (7) Stimi magħmula fuq il-bażi ta’ informazzjoni mogħtija ma urewx li jista’ jkun mistenni li, taħt il-kondizzjonijiet ta’ użu proposti, prodotti ta’ protezzjoni għall-pjanti li fihom l-acephate jissodisfaw b’mod ġenerali il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mas-sigurtà tal-konsumaturi potenzalment esposti għall-acephate u f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-impatt possibbli tiegħu fuq organismi li mhux immirat lejhom. (8) L-Acephate m’għandux għaldaqstant jiġi inkluż fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. (9) Miżuri għandhom jittieħdu biex jiżguraw li awtorizzazzjonijiet eżistenti għal prodotti ta’ protezzjoni għall-pjanti li fihom l-acephate jiġu rtirati fi żmien ċertu perjodu u ma jiġux imġedda u li l-ebda awtorizzazzjonijiet għal prodotti ta’ din ix-xorta ma jingħataw. (10) Kull perjodu ta’ żmien fuq ir-riħ għar-rimi, ħażna, tpoġġija fuq is-suq u l-użu ta’ ħażniet eżistenti ta’ prodotti ta’ protezzjoni għall-pjanti li jkun fihom l-acephate permessi mill-Istati Membri, skond l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE għandhom ikunu limitati għal perjodu ta’ mhux aktar minn 12-il xahar biex iħallu ħażniet eżistenti jiġu użati f’mhux aktar minn staġun ta’ tkabbir wieħed ieħor. (11) Din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax kull azzjoni li l-Kummissjoni tista’ tieħu fi stadju aktar ‘il quddiem għal din is-sustanza attiva ġewwa l-framework tad-Direttiva tal-Kunsill 79/117/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1978 li tipprojbixxi it-tqegħid fuq is-suq u l-użu ta’ prodotti ta’ protezzjoni għall-pjanti li jkun fihom ċerti sustanzi attivi [8], kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja. (12) Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-acephate mhux inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE. Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi: (a) Awtorizzazzjonijiet għal prodotti ta’ protezzjoni għall-pjanti li jkun fihom l-acephate jiġu rtirati fi żmien perjodu ta’ sitt xhur mid-data t’adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni; (b) Mid-data t’adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni l-ebda awtirizzazzjoni għal prodotti ta’ protezzjoni għall-pjanti li jkun fihom l-acephate ma jingħataw jew jiġu mġedda taħt id-deroga prevista fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE. Artikolu 3 Kull perjodu ta’ żmien fuq ir-riħ mogħti mill-Istati Membri skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE, għandu jkun qasir kemm jista’ jkun u mhux itwal minn 18-il xahar mid-data t’adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fil-25 ta’ Marzu 2003. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1. [2] ĠU L 8, ta’ l-14.1.2003, p. 7. [3] ĠU L 366, tal-15.12.1992, p. 10. [4] ĠU L 259, tat-13.10.2000, p. 27. [5] ĠU L 107, tat-28.4.1994, p. 8. [6] ĠU L 225, tat-22.9.1995, p. 1. [7] ĠU L 49, ta’ l-20.2.2001, p. 13. [8] ĠU L 33, tat-8.2.1979, p. 36. --------------------------------------------------