32003D0197



Official Journal L 075 , 21/03/2003 P. 0033 - 0033


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tal-21 ta' Ottubru 2002

dwar il-firma, f'isem il-Komunità, u l-applikazzjoni ta' Ftehim fil-għamla ta' Bdil ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja rigward is-sistema ta' eko-punti li trid tiġi applikata għat-traffiku tat-transitu ta' dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja minn ġo l-Awstrija

(2003/197/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 71(1), f'għaqda ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) Il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim fil-għamla ta' Bdil ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li jirrigwarda s-sistema ta' l-eko-punti għalbiex tiġi applikata għat-traffiku fit-transitu ta' dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja minn ġo l-Awstrija.

(2) Bla ħsara għall-konklużjoni possibbli tiegħu f'data iktar tard, il-Ftehim inizjalat fil-25 ta' Jannar 2001 għandu jiġi ffirmat.

(3) Għandha ssir disposizzjoni biex il-Ftehim jiġi applikat proviżorjament mill-1 ta' Jannar ta' l-2002,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Hija hawnhekk approvata f'isem il-Komunità l-firma tal-Ftehim fil-għamla ta' Bdil ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li jirrigwarda s-sistema ta' l-eko-punti li trid tiġi applikata għat-traffiku fit-transitu ta' dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja minn ġo l-Awstrija, bla ħsara għad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tirrigwarda l-konklużjoni tal-Ftehim imsemmi.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jinnomina l-persuna/i mogħtija l-poter li jiffirma/w il-Ftehim f'isem il-Komunità bla ħsara għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 3

Bla ħsara għar-reċiproċità, il-Ftehim riferit fl-Artikolu 1 għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorju mill-1 ta' Jannar 2002, sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni formali tiegħu.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fil-Lussemburgu, fil-21 ta' Ottubru 2002.

Għall-Kunsill

Il-President

P. S. Møller

--------------------------------------------------

Ftehim

fil-għamla ta' Skambju ta' l-Ittri bejn il-Komunità Ewropea u dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li jirrigwarda s-sistema ta' eko-punti li trid tiġi applikata għat-traffiku ta' dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fit-transitu minn ġo l-Awstrija sa mill-1 ta' Jannar 1999

A. Ittra mill-Komunità Ewropea

Brussel, 29 ta' Ottubru 2002

Sinjur,

Għandi l-unur ngħarrfek illi, wara n-negozjati bejn id-Delegazzjoni ta' dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u d-Delegazzjoni tal-Komunità Ewropea, skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(3)(b) tat-Trattat bejn il-Komunità Ewropea u dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fil-qasam tat-trasport, ġie miftiehem dan li ġej:

1. L-Eko-punti (drittijiet tat-transitu) għall-vetturi tqal tal-merkanzija minn dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Meċedonja fit-transitu minn ġo l-Awstrija huma allokati fil-manjiera li ġejja:

għas-sena 1999: | 57401 eko-punti; |

għas-sena 2000: | 55079 eko-punti; |

għas-sena 2001: | 53641 eko-punti; |

għas-sena 2002: | 49549 eko-punti; |

għas-sena 2003: | 44240 eko-punti; |

Huma allokati eko-punti addizzjonali għall-utenti minn dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għar-

"Rollende Landstraße"

sa massimu ta' 50 % tan-numru totali ta' l-eko-punti għas-sena, kif ġej:

għas-sena 1999: | 28700 eko-punti; |

għas-sena 2000: | 27540 eko-punti; |

għas-sena 2001: | 26820 eko-punti; |

għas-sena 2002: | 24775 eko-punti; |

għas-sena 2003: | 22120 eko-punti; |

L-Eko-punti għall-utenti tar-Rollende Landstraße (RoLa) għandhom jiġu allokati mill-awtoritajiet ta' dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq il-bażi ta' eko-punti għal żewġ vjaġġi bit-triq għal kull żewġ vjaġġi ċirkolari magħmula bir-RoLa.

Il-kumpanija Awstrijaka għat-trasport magħqud, Ökombi, trid tipprovdi kull xahar b'mod regolari tagħrif lill-Ministeru tat-Trasport u l-Komunikazzjonijiet ta' dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li jirrigwarda lill-utenti Maċedoni tat-trasport magħqud fit-transitu minn ġo l-Awstrija.

Is-sistema ta' l-eko-punti trid tiġi implimentata mill-1 ta' Jannar 2002.

Il-vjaġġi fit-transitu magħmula fiċ-ċirkostanzi elenkati fl-Anness A jew fuq l-awtorizzazzjoni ta' l-EMCT għandhom ikunu eżentati mis-sistema ta' l-eko-punti.

2. Is-sewwieq ta' vettura tqila tal-merkanzija minn dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fit-territorju ta' l-Awstrija għandu jġorr, u għandu jagħmel disponibbli għall-ispezzjon fuq it-talba ta' l-awtoritajiet tas-sorveljanza, jew:

(a) formola standard mimlija kif mistħoqq jew ċertifikat Awstrijakk li jikkonferma l-ħlas ta' l-eko-punti għall-vjaġġ fil-kwistjoni, immudellat fuq l-Anness B, minn issa 'l quddiem imsejjaħ "l-eko-karta", jew

(b) apparat elettroniku (minn issa 'l quddiem imsejjaħ l-"l-eko-apparat"), imwaħħal mal-vettura bil-magna li jgħin li jiġu ddebitati l-eko-punti b'mod awtomatiku, jew

(ċ) dokumentazzjoni approprjata sabiex turi illi qiegħed isir vjaġġ tat-transitu ħieles mill-eko-punti, kif iddefinit fl-Anness A jew bl-awtorizzazzjoni ta' l-EMCT, jew

(d) dokumentazzjoni approprjata li turi li ma jkunx qiegħed isir vjaġġ, u meta l-vettura jkollha l-eko-apparat imwaħħal magħha, l-eko-apparat ikun ġie ssettjat għal dan il-għan.

L-awtoritjiet kompetenti Awstrijaċi għandhom joħorġu l-eko-karta fuq il-ħlas ta' l-ispiża fuq il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' l-eko-punti u l-eko-karti.

3. L-eko-apparati għandhom jiġu ffabbrikati u stallati skond l-ispeċifikazzjonijiet ġenerali tekniċi stabbiliti fl-Anness Ċ. Il-Ministru tat-Trasport u l-Komunikazzjonijiet ta' dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava l-Maċedonja huwa awtorizzat li japprova, jipprogramma u jinstalla l-eko-apparati.

L-eko-apparat għandu jiġi pprogrammat li jkun fih tagħrif dwar il-pajjiż tar-reġistrazzjoni u l-valur tan-NOx tal-vettura bil-magna, kif iddikjarat fid-dokument tal-konformità mal-produzzjoni (KP), kif iddefinit fil-paragrafu 4.

L-eko-apparat għandu jitwaħħal mal-ħġieġa ta' quddiem tal-vettura bil-magna. Għandu jkun ippożizzjonat skond l-Anness S. Ma għandux ikun trasferibbli.

4. Is-sewwieq ta' vettura tqila tal-merkanzija minn dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja irreġistrata fl-1 ta' Ottubru 1990 jew qabel għandu wkoll iġorr, u jipproduċi fuq talba, dokument tal-KP, immudellat fuq l-Anness E, bħala xhieda ta' l-ħruġ tan-Nox ta' din il-vettura. Il-vetturi tqal tal-merkanzija reġistrati għall-ewwel darba qabel l-1 ta' Ottubru 1990 jew li rigward tagħhom ma jiġi prodott l-ebda dokument għandhom jiġu meqjusa li għandhom valur tal-KP ta' 15,8 g/kWh.

5. Il-Ministeru tat-Trasport u l-Komunikazzjonijiet ta' dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja huwa awtorizzat li joħroġ id-dokumenti u l-eko-apparat riferiti fil-paragrafi minn 2 sa 4.

6. Għajr jekk il-vettura tkun qiegħda tuża eko-apparat, in-numru mitlub ta' l-eko-punti għandu jiġi mwaħħal fuq l-eko-karta u kkanċellat. L-eko-punti għandhom jiġu kkanċellati b'firma b'mod illi l-firma testendi għal fuq kemm l-eko-punti u kemm il-formola li jkunu ġew imwaħħla fuqha. Jista' jintuża timbru tal-lastiku minflok firma.

Eko-karta, li tkun iġġorr in-numru mitlub ta' eko-punti, għandha tingħata lill-awtoritajiet tas-sorveljanza ta' l-Awstrija, li jridu jagħtu lura kopja bil-prova tal-ħlas.

Jekk vettura jkollha l-eko-apparat mwaħħal magħha fuq il-konferma li tkun impenjata fi vjaġġ ta' transiru li jeħtieġ l-eko-punti, numru ta' punti ekwivalenti għat-tagħrif dwar il-ħruġ tan-NOx maħżuna fl-eko-apparat tal-vettura għandu jiġi mnaqqas mit-total ta' l-eko-punti allokati għal dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. Dan għandu jsir mill-infrastruttura pprovduta u mħaddma mill-awtoritajiet Awstrijaċi.

Għall-vetturi li jkollhom l-eko-apparati mwaħħla magħhom u jkunu qegħdin jagħmlu vjaġġi bilaterali, dawn iridu jirranġaw l-eko-apparat li juri li qiegħed isir vjaġġ mhux ta' transitu qabel ma jidħlu fl-Awstrija.

Fil-każ meta jintuża eko-apparat u meta tiġi mibdula unità ta' vettura tal-ġbid matul vjaġġ ta' transitu, il-prova tal-ħlas mad-dħul għandha tibqa' valida u għandha tinżamm. Meta l-valur tal-KP ta' l-unità tal-vettura l-ġdida tal-ġbid jaqbeż lil dak indikat fuq il-formola, l-eko-punti addizzjonali mwaħħla fuq karta ġdida għandhom jiġu kkanċellati mat-tluq mill-pajjiż.

7. Il-vjaġġi mingħajr waqfien li jinvolvu l-qsim tal-fruntiera Awstrijaka għal darba waħda bil-ferrovija, sewwa jekk bit-trasport konvenzjonali bil-ferrovija u sewwa jekk f'ħidma ta' trasport magħqud, u l-qsim tal-fruntiera bit-triq qabel jew wara l-qsim bil-ferrovija, għandhom jiġu meqjusa mhux bħala t-transitu tal-merkanzija bit-triq minn ġo l-Awstrija imma bħala vjaġġi bilaterali.

Il-vjaġġi ta' transitu bla waqfien minn ġo l-Awstrija li jużaw l-istazzjonijiet terminali tal-ferrovija li ġejjin għandhom jitqiesu bħala vjaġġi bilaterali:

Fürnitz, Villach Süd, Sillian, Innsbruck/Hall, Brennersee, Graz.

8. L-eko-punti għandhom ikunu validi bejn l-1 ta' Jannar tas-sena li għaliha jkunu attribwiti u l-31 ta' Jannar tas-sena ta' wara.

9. Il-kontravenzjonijiet għal dan il-Ftehim mis-sewwieq ta' vettura tqila tal-merkanzija tqila minn dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, jew impenn, għandu jiġi mħarrek skond il-leġislazzjoni nazzjonali fis-seħħ.

Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet ta' dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandhom, kull waħda fil-limiti tal-ġurisdizzjoni tal-leġislazzjoni tagħha, jipprovdu lil xulxin l-assistenza amministrattiva fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' dawn il-kontravenzjonijiet, b'mod partikolari billi jiżguraw illi l-eko-karti u l-eko-apparati jintużaw u jiġu mmaniġġjati b'mod korrett.

Jistgħu jitwettqu kontrolli f'post ieħor għajr fuq il-fruntiera, fid-diskrezzjoni ta' l-Istat Membru tal-Komunità Ewropea, b'qies xieraq tal-prinċipju li ma għandux ikun hemm diskriminazzjoni.

10. L-awtoritajiet Awstrijaċi tas-sorveljanza jistgħu, filwaqt li jagħtu konsiderazzjoni mistħoqqa lill-prinċipji tal-proporzjonalità, jieħdu l-miżuri approprjati jekk vettura jkollha mwaħħla fuqha l-eko-apparat u tiġri waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet:

(a) il-vettura jew l-operatur tal-vettura jkunu kkommettew kontravenzjonijiet ripetuti;

(b) ma jifdlux biżżejjed eko-punti fl-allokazzjoni ta' dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja;

(ċ) jkun ġie mbagħbas l-eko-apparat jew ikun ġie mibdul minn parti oħra għajr dawk awtorizzati fil-paragrafu 3;

(d) dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ma tkunx allokat biżżejjed eko-punti lill-vettura għalbiex tagħmel vjaġġ ta' transitu;

(e) il-vettura ma jkollhiex id-dokumentazzjoni skond il-punti (ċ) jew (d) tal-paragrafu 2 sabiex tiġġustifika għaliex l-eko-apparat ikun issettjat għalbiex juri li jkun qiegħed jagħmel vjaġġ mhux ta' transitu fit-territorju Awstrijakk;

(f) meta l-eko-apparat speċifikat fl-Anness Ċ ma jkunx fih biżżejjed eko-punti għalbiex jagħmel vjaġġ ta' transitu.

L-awtoritajiet Awstrijaċi tas-sorveljanza jistgħu, filwaqt li jikkunsidraw il-prinċipju tal-proporzjonalità, jieħdu l-miżuri approprjati jekk vettura ma jkollhiex imwaħħla fuqha l-eko-apparat u tiġri mill-inqas waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a) ma tiġix ippreżentata eko-karta lill-awtoritajiet tas-sorveljanza skond id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim;

(b) tiġi ppreżentata eko-karta li ma tkunx ikkompletata jew ma tkunx korretta, jew meta l-eko-punti ma jkunux imwaħħla b'mod korrett;

(ċ) il-vettura ma jkollhiex id-dokumentazzjoni approprjata għalbiex tiġġustifika li ma teħtieġx l-eko-punti.

11. L-eko-punti stampati li jkunu maħsuba għalbiex jitwaħħlu fuq l-eko-karti għandhom jintgħamlu disponibbli qabel l-1 ta' Novembru tas-sena ta' qabel.

12. Fil-każ tal-vetturi rreġistrati qabel l-1 ta' Ottubru 1990 li jkunu bidlu l-magna minn din id-data, għandu japplika l-valur tal-PK tal-magna l-ġdida. F'dan il-każ iċ-ċertifikat maħruġ mill-awtorità approprjata għandu jsemmi l-bidla tal-magna u jagħti d-dettalji tal-valur il-ġdid tal-KP għall-ħruġ tan-NOx.

13. Vjaġġ għandu jkun eżentat mill-ħlas ta' l-eko-punti jekk jiġu sodisfatti t-tliet kondizzjonijiet li ġejjin:

(i) il-għan waħdieni tal-vjaġġ ikun li jikkunsinna vettura ġdida fjamanta, jew għaqda ta' vetturi, mingħand il-fabbrikanti għal destinazzjoni fi Stat ieħor;

(ii) ma tiġi trasportata l-ebda merkanzija matul il-vjaġġ;

(iii) il-vettura jew l-għaqda tal-vetturi jkollhom il-karti approprjati internazzjonali tar-reġistrazzjoni u l-pjanċi tal-liċenzja għall-esportazzjoni.

14. Vjaġġ ta' transitu għandu jkun eżentat mill-ħlas ta' l-eko-punti jekk ikun il-parti mingħajr tagħbija ta' vjaġġ eżentat mill-eko-punti kif elenkat fl-Anness A u l-vettura ġġorr id-dokumenti xierqa għalbiex turi dan. Din id-dokumentazzjoni xierqa għandha tkun jew:

- polza tat-tagħbija, jew

- eko-karta kompletata li fuqha ma jkunu twaħħlu l-ebda eko-punti, jew

- eko-karta kompletata bl-eko-punti, li jkunu istitwiti mill-ġdid sossegwentement.

15. Kull problema li tinħoloq mill-ġestjoni ta' dan ir-reġim ta' eko-punti għandha tiġi ssottomessa lill-Kumitat tat-Trasport Komunitarju/dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja pprovdut bl-Artikolu 22 tal-Ftehim dwar it-Trasport li għandu jistma s-sitwazzjoni u jirrakkomanda l-azzjonijiet approprjati. Kull miżura li trid tittieħed għandha tiġi implimentata minnufih, għandha tkun ta' natura proporzjonata u mhux diskriminatorja.

Inkun obbligat jekk tikkonferma l-qbil tal-Gvern tiegħek dwar il-kontenut ta' din l-ittra.

Sinjur, jekk jogħġbok, aċċetta l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

F'isem il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea

+++++ TIFF +++++

ANNESS A

Il-vjaġġi li għalihom ma huma meħtieġa l-ebda eko-punti

1. It-trasport ta' kultant tal-merkanzija lejn u mill-ajruporti meta jiddawru t-titjiriet.

2. Il-ġarr tal-bagalji fi trailers imwaħħla mal-vetturi tal-passiġġieri, u l-ġarr tal-bagalji minn u lejn l-ajruporti minn vetturi ta' kull kwalità.

3. Il-ġarr tal-kunsinni tal-posta.

4. Il-ġarr ta' vettura jew vetturi li jeħtieġu t-tiswija.

5. Il-ġarr ta' l-iskart u d-dranaġġ.

6. Il-ġarr tal-karkassi tal-bhejjem biex jiġi ddisponut minnhom.

7. Il-ġarr tan-naħal u tal-bajd tal-ħut.

8. It-trasport tal-katavri.

9. Il-ġarr ta' xogħlijiet artistiċi għall-esibizzjonijiet jew għal għanijiet kummerċjali.

10. Il-ġarr ta' kultant ta' l-oġġetti bil-għan tar-reklamar jew edukattiv.

11. Il-ġarr tal-merkanzija mid-ditti tal-ġarr li jippossjedu l-personal u t-tagħmir approprjat.

12. Il-ġarr tat-tagħmir, l-aċċessorji u l-annimali minn u lejn okkażjonijiet teatrali, mużikali, taċ-ċinema, tal-logħob jew taċ-ċirkli, esibizzjonijiet jew fieri, jew lejn jew minn reġistrazzjonijiet tar-radjo, taċ-ċinema jew tat-televiżjoni.

13. Il-ġarr tal-partijiet ta' l-iskambju għall-bastimenti u l-vetturi ta' l-ajru.

14. Il-vjaġġ battal ta' vettura tal-merkanzija mibgħuta sabiex tibdel vettura li jkun ġralha l-ħsara matul it-transitu u t-tkomplija tal-vjaġġ mill-vettura.

15. Il-ġarr ta' għajnuna medika f'emerġenza (b'mod partikolari fil-każ ta' diżastri nazzjonali).

16. Il-ġarr ta' oġġetti ta' valur (p.e. metalli prezzjużi) skurtat mill-pulizija jew servizz ieħor tas-sigurtà.

ANNESS B

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

ANNESS Ċ

L-ispeċifikazjonijiet ġenerali tekniċi ta' l-eko-apparat

Il-vettura b'sinjal tal-komunikazzjoni fuq firxa qasira

Il-(pri)standards u r-rapporti tekniċi rilevanti għad-DSRC

Iridu jiġu ssodisfatti l-ħtiġiet ipprovduti bis-CEN/TC 278 rigward il-komunikazzjoni fuq firxa qasira bejn il-vetturi u l-infrastruttura mal-ġenb tat-triq:

(a) Il-prENV278/Nru 62"saff fiżiku tad-DSRC li juża microwave fi 5,8 GHz";

(b) Il-prENV278/Nru 64"is-saff tad-DSRC li jgħaqqad l-informazzjoni";

(ċ) Il-prENV278/Nru 65"is-saff tad-DSRC ta' l-applikazzjoni".

It-test tat-tip

Il-fornitur ta' l-eko-apparat irid jipprovdi ċertifikati tat-test tat-tip għall-apparat mingħand institut akkreditat tat-testijiet li jikkonferma l-konformità mal-valuri kollha tal-limiti speċifikati fil-I-ETS 200574 korrenti.

Il-kondizzjonijiet tat-tħaddim

L-eko-apparat għas-sistema awtomatika ta' l-eko-punti jrid jiggarantixxi l-funzjonlità meħtieġa fil-kondizzjonijiet li ġejjin tat-tħaddim:

- il-kondizzjonijiet ambjentali: temperatura minn −25 °C sa + 70 °C,

- il-kondizzjonijiet tat-temp: l-eventwalitajiet kollha,

- it-traffiku: numri ta' sriebet, miexja,

- il-marġini tal-veloċità: minn "wieqaf u itlaq" sa 120 km/h.

Il-kondizzjonijiet tat-tħaddim ta' hawn fuq huma l-ħtiġiet minimi sakemm jiġu adottati (pri)standards rilevanti għad-DSRC.

L-eko-apparat jista' jirreaġixxi biss għas-sinjali tal-microwave speċifiċi għall-applikazzjonijiet tiegħu.

L-eko-apparat

L-identifikazzjoni

Kull eko-apparat irid ikollu numru waħdieni ta' l-identifikazzjoni. B'żieda man-numru taċ-ċifri meħtieġa sabiex jagħmluh jingħaraf mill-oħrajn, dan in-numru jrid ikun fih ukoll somma ta' kontrolli għall-verifika ta' l-integrità.

L-istallazzjoni

L-eko-apparat għandu jkun iddisinjat għalbiex jitwaħħal fuq in-naħa ta' ġewwa tal-ħġieġa ta' quddiem tat-trakk jew ta' l-unità tal-ġbid. Għandu jkun installat hekk li ma jkunx jista' jinqala' għal kollox minn mal-vettura.

Id-dikjarazzjoni tat-transitu

L-eko-apparat irid ikollu l-faċilità għall-inputs sabiex iddikjara vjaġġ eżenti mill-ħlas ta' l-eko-punti.

Il-faċilità trid tkun tidher biċ-ċar fuq l-eko-apparat għall-għanijiet tal-kontroll; alternattivament, irid ikun possibbli li l-eko-apparat jiġi mqiegħed f'pożizzjoni inizjali ddefinita. Fil-każijiet kollha, irid jiġi żgurat illi jitqies biss l-istat mal-waqt tad-dħul għalbiex jivvaluta s-sistema.

L-għoti tal-marki minn fuq in-naħa ta' barra

Kull eko-apparat irid ikun ukoll jista' jiġi identifikat biċ-ċar ma' l-ispezzjon bil-għajn. Għal dan il-fini, in-numru waħdieni ta' identifikazzjoni msemmi hawn fuq irid ikun applikat b'mod li ma jistax jitħassar fuq il-wiċċ ta' l-apparat.

Għandu jiġi mwaħħal ma' l-eko-apparat għoti ta' marka li ma jistax jinqala' u li ma jistax jitħassar fil-għamla ta' stickers imħejjija. Dan l-għoti tal-marka jrid juri n-numru ta' l-eko-punti għal kull vettura individwali (5, 6, … 16).

Dawn l-istickers ma jridux ikunu jistgħu jiġu mbagħbsa; irid ikollhom saħħa mekkanika u jirreżistu d-dawl u t-temperatura. Irid ikollhom saħħa qawwija tat-twaħħil u kull attentat li jitneħħew jista' jirriżulta fil-qerda tagħhom.

L-integrità

Il-kaxxa tagħhom trid tkun mibnija b'mod hekk li jiġi eskluż kull tbagħbis tal-komponenti ta' ġewwa u sussegwentement tkun tista' tiġi mikxufa kull interferenza.

Il-memorja

L-eko-apparat irid ikollha kapaċità ta' memorja biżżejjed għall-informazzjoni li ġejja:

- in-numru ta' l-identifikazzjoni,

- l-informazzjoni dwar il-vettura:

- il-valur tal-KP,

- l-informazzjoni dwar it-transazzjoni:

- l-identifikazzjoni tal-post fuq il-fruntiera,

- id-data/il-ħin,

- l-istat tal-prospett tal-vjaġġ,

- it-tagħrif dwar l-imblukkaġġ (jiġi elenkat bħala pprojbit),

- l-informazzjoni dwar l-istat:

- it-tbagħbis,

- l-istat tal-batterija,

- l-istat ta' l-aħħar komunikazzjoni.

Irid ikun hemm riserva tal-memorja ta' mill-inqas 30 %.

ANNESS D

Il-ħtiġiet għall-istallazzjoni ta' l-eko-apparat

+++++ TIFF +++++

L-eko-apparat għandu jkun lokat fuq il-ġenb ta' ġewwa tal-ħġieġa ta' quddiem ġewwa ż-żona mmarkata (kif murija bl-istampa hawn fuq) fejn id-dimensjonijiet ikunu kif ġej:

il-x = 100 ċm

il-y = 80 ċm.

ANNESS E

+++++ TIFF +++++

B. Ittra minn dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

Skopje, 12 ta' Diċembru 2002

Sinjur,

Għandi l-unur li nirriferik għall-ittra tiegħek Nru SGS2/8274 tad-29 ta' Ottubru 2002, fiha tgħarrafni illi, wara n-negozjati bejn id-delegazzjoni tar-Repubblika tal-Maċedonja u d-delegazzjoni tal-Komunità Ewropea, skond il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Maċedonja u l-Komunità Ewropea fil-qasam tat-trasport, ġie miftiehem dan li ġej:

Għandi l-unur ngħarrfek illi, wara n-negozjati bejn id-Delegazzjoni ta' dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u d-Delegazzjoni tal-Komunità Ewropea, skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(3)(b) tat-Trattat bejn il-Komunità Ewropea u dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fil-qasam tat-trasport, ġie miftiehem dan li ġej:

"1. L-Eko-punti (drittijiet tat-transitu) għall-vetturi tqal tal-merkanzija minn dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Meċedonja fit-transitu minn ġo l-Awstrija huma allokati fil-manjiera li ġejja:

għas-sena 1999: | 57401 eko-punti; |

għas-sena 2000: | 55079 eko-punti; |

għas-sena 2001: | 53641 eko-punti; |

għas-sena 2002: | 49549 eko-punti; |

għas-sena 2003: | 44240 eko-punti; |

Huma allokati eko-punti addizzjonali għall-utenti minn dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għar-

"Rollende Landstraße"

sa massimu ta' 50 % tan-numru totali ta' l-eko-punti għas-sena, kif ġej:

għas-sena 1999: | 28700 eko-punti; |

għas-sena 2000: | 27540 eko-punti; |

għas-sena 2001: | 26820 eko-punti; |

għas-sena 2002: | 24775 eko-punti; |

għas-sena 2003: | 22120 eko-punti; |

L-Eko-punti għall-utenti tar-Rollende Landstraße (RoLa) għandhom jiġu allokati mill-awtoritajiet ta' dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq il-bażi ta' eko-punti għal żewġ vjaġġi bit-triq għal kull żewġ vjaġġi ċirkolari magħmula bir-RoLa.

Il-kumpanija Awstrijaka għat-trasport magħqud, Ökombi, trid tipprovdi kull xahar b'mod regolari tagħrif lill-Ministeru tat-Trasport u l-Komunikazzjonijiet ta' dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li jirrigwarda lill-utenti Maċedoni tat-trasport magħqud fit-transitu minn ġo l-Awstrija.

Is-sistema ta' l-eko-punti trid tiġi implimentata mill-1 ta' Jannar 2002.

Il-vjaġġi fit-transitu magħmula fiċ-ċirkostanzi elenkati fl-Anness A jew fuq l-awtorizzazzjoni ta' l-EMCT għandhom ikunu eżentati mis-sistema ta' l-eko-punti.

2. Is-sewwieq ta' vettura tqila tal-merkanzija minn dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fit-territorju ta' l-Awstrija għandu jġorr, u għandu jagħmel disponibbli għall-ispezzjon fuq it-talba ta' l-awtoritajiet tas-sorveljanza, jew:

(a) formola standard mimlija kif mistħoqq jew ċertifikat Awstrjakk li jikkonferma l-ħlas ta' l-eko-punti għall-vjaġġ fil-kwistjoni, immudellat fuq l-Anness B, minn issa 'l quddiem imsejjaħ "l-eko-karta", jew

(b) apparat elettroniku (minn issa 'l quddiem imsejjaħ l-"l-eko-apparat"), imwaħħal mal-vettura bil-magna li jgħin li jiġu ddebitati l-eko-punti b'mod awtomatiku, jew

(ċ) dokumentazzjoni approprjata sabiex turi illi qiegħed isir vjaġġ tat-transitu ħieles mill-eko-punti, kif iddefinit fl-Anness A jew bl-awtorizzazzjoni ta' l-EMCT, jew

(d) dokumentazzjoni approprjata li turi li ma jkunx ikun qiegħed isir vjaġġ, u meta l-vettura jkollha l-eko-apparat imwaħħal magħha, l-eko-apparat ikun ġie ssettjat għal dan il-għan.

L-awtoritjiet kompetenti Awstrijaċi għandhom joħorġu l-eko-karta fuq il-ħlas ta' l-ispiża fuq il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' l-eko-punti u l-eko-karti.

3. L-eko-apparati għandhom jiġu ffabbrikati u stallati skond l-ispeċifikazzjonijiet ġenerali tekniċi stabbiliti fl-Anness Ċ. Il-Ministru tat-Trasport u l-Komunikazzjonijiet ta' dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava l-Maċedonja huwa awtorizzat li japprova, jipprogramma u jinstalla l-eko-apparati.

L-eko-apparat għandu jiġi pprogrammat li jkun fiha tagħrif dwar il-pajjiż tar-reġistrazzjoni u l-valur tan-NOx tal-vettura bil-magna, kif iddikjarat fid-dokument tal-konformità mal-produzzjoni (KP), kif iddefinit fil-paragrafu 4.

L-eko-apparat għandu jitwaħħal mal-ħġieġa ta' quddiem tal-vettura bil-magna. Għandu jkun ippożizzjonat skond l-Anness S. Ma għandu tkun trasferibbli.

4. Is-sewwieq ta' vettura tqila tal-merkanzija minn dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja irreġistrata fl-1 ta' Ottubru 1990 jew qabel għandu wkoll iġorr, u jipproduċi fuq talba, dokument tal-KP, immudellat fuq l-Anness E, bħala xhieda ta' l-ħruġ tan-Nox ta' din il-vettura. Il-vetturi tqal tal-merkanzija reġistrati għall-ewwel darba qabel l-1 ta' Ottubru 1990 jew li rigward tagħhom ma jiġi prodott l-ebda dokument għandhom jiġu meqjusa li għandhom valur tal-KP ta' 15,8 g/kWh.

5. Il-Ministeru tat-Trasport u l-Komunikazzjonijiet ta' dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja huwa awtorizzat li joħroġ id-dokumenti u l-eko-apparat riferiti fil-paragrafi minn 2 sa 4.

6. Għajr jekk il-vettura tkun qiegħda tuża eko-apparat, in-numru mitlub ta' l-eko-punti għandu jiġi mwaħħal fuq l-eko-karta u kkanċellat. L-eko-punti għandhom jiġu kkanċellati b'firma b'mod illi l-firma testendi għal fuq kemm l-eko-punti u kemm il-formola li jkunu ġew mwaħħla fuqha. Jista' jintuża timbru tal-lastiku minflok firma.

Eko-karta, li tkun iġġorr in-numru mitlub ta' eko-punti, għandha tingħata lill-awtoritajiet tas-sorveljanza ta' l-Awstrija, li jridu jagħtu lura kopja bil-prova tal-ħlas.

Jekk vettura jkollha l-eko-apparat mwaħħla magħha fuq il-konferma li tkun impenjata fi vjaġġ ta' transiru li jeħtieġ l-eko-punti, numru ta' punti ekwivalenti għat-tagħrif dwar il-ħruġ tan-NOx maħżuna fl-eko-apparat tal-vettura għandu jiġi mnaqqas mit-total ta' l-eko-punti allokati għal dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. Dan għandu jsir mill-infrastruttura pprovduta u mħaddma mill-awtoritajiet Awstrijaċi.

Għall-vetturi li jkollhom l-eko-apparati mwaħħla magħhom u jkunu qegħdin jagħmlu vjaġġi bilaterali, dawn iridu jirranġaw l-eko-apparat li juri li qiegħed isir vjaġġ mhux ta' transitu qabel ma jidħlu fl-Awstrija.

Fil-każ meta jintuża eko-apparat u meta tiġi mibdula unità ta' vettura tal-ġbid matul vjaġġ ta' transitu, il-prova tal-ħlas mad-dħul għandha tibqa' valida u għandha tinżamm. Meta l-valur tal-KP tal-unità tal-vettura l-ġdida tal-ġbid jaqbeż lil dak indikat fuq il-formola, l-eko-punti addizzjonali mwaħħla fuq karta ġdida għandhom jiġu kkanċellati mat-tluq mill-pajjiż.

7. Il-vjaġġi mingħajr waqfien li jinvolvu l-qsim tal-fruntiera Awstrijaka għal darba waħda bil-ferrovija, sewwa jekk bit-trasport konvenzjonali bil-ferrovija u sewwa jekk f'ħidma ta' trasport magħqud, u l-qsim tal-fruntiera bit-triq qabel jew wara l-qsim bil-ferrovija, għandhom jiġu meqjusa mhux bħala t-transitu tal-merkanzija bit-triq minn ġo l-Awsrija imma bħala vjaġġi bilaterali.

Il-vjaġġi ta' transitu bla waqfien minn ġo l-Awstrija li jużaw l-istazzjonijiet terminali tal-ferrovija li ġejjin għandhom jitqiesu bħala vjaġġi bilaterali:

Fürnitz, Villach Süd, Sillian, Innsbruck/Hall, Brennersee, Graz.

8. L-eko-punti għandhom ikunu validi bejn l-1 ta' Jannar tas-sena li għaliha jkunu attribwiti u l-31 ta' Jannar tas-sena ta' wara.

9. Il-kontravenzjonijiet għal dan il-Ftehim mis-sewwieq ta' vettura tqila tal-merkanzija tqila minn dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, jew impenn, għandu jiġi mħarrek skond il-leġislazzjoni nazzjonali fis-seħħ.

Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet ta' dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandhom, kull waħda fil-limiti tal-ġurisdizzjoni tal-leġislazzjoni tagħha, jipprovdu lil xulxin l-assistenza amministrattiva fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' dawn il-kontravenzjonijiet, b'mod partikolari billi jiżguraw illi l-eko-karti u l-eko-apparati jintużaw u jiġu mmaniġġjati b'mod korrett.

Jistgħu jitwettqu kontrolli f'post ieħor għajr fuq il-fruntiera, fid-diskrezzjoni ta' l-Istat Membru tal-Komunità Ewropea, b'qies xieraq tal-prinċipju li ma għandux ikun hemm diskriminazzjoni.

10. L-awtoritajiet Awstrijaċi tas-sorveljanza jistgħu, filwaqt li jagħtu konsiderazzjoni mistħoqqa lill-prinċipji tal-proporzjonalità, jieħdu l-miżuri approprjati jekk vettura jkollha mwaħħla fuqha l-eko-apparat u tiġri waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet:

(a) il-vettura jew l-operatur tal-vettura jkunu kkommettew kontravenzjonijiet ripetuti;

(b) ma jifdlux biżżejjed eko-punti fl-allokazzjoni ta' dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja;

(ċ) jkun ġie mbagħbas l-eko-apparat jew ikun ġie mibdul minn parti oħra għajr dawk awtorizzati fil-paragrafu 3;

(d) dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ma tkunx allokat biżżejjed eko-punti lill-vettura għalbiex tagħmel vjaġġ ta' transitu;

(e) il-vettura ma jkollhiex id-dokumentazzjoni skond il-punti (ċ) jew (d) tal-paragrafu 2 sabiex tiġġustifika għaliex l-eko-apparat ikun ssettjat għalbiex juri li jkun qiegħed jagħmel vjaġġ mhux ta' transitu fit-territorju Awstrijakk;

(f) meta l-eko-apparat speċifikat fl-Anness Ċ ma jkunx fih biżżejjed eko-punti għalbiex jagħmel vjaġġ ta' transitu.

L-awtoritajiet Awstrijaċi tas-sorveljanza jistgħu, filwaqt li jikkunsidraw il-prinċipju tal-proporzjonalità, jieħdu l-miżuri approprjati jekk vettura ma jkollhiex imwaħħla fuqha l-eko-apparat u tiġri mill-inqas waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a) ma tiġix ippreżentata eko-karta lill-awtoritajiet tas-sorveljanza skond id-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim;

(b) tiġi ppreżentata eko-karta li ma tkunx ikkompletata jew ma tkunx korretta, jew meta l-eko-punti ma jkunux imwaħħla b'mod korrett;

(ċ) il-vettura ma jkollhiex id-dokumentazzjoni approprjata għalbiex tiġġustifika li ma teħtieġx l-eko-punti..

11. L-eko-punti stampati li jkunu maħsuba għalbiex jitwaħħlu fuq l-eko-karti għandhom jintgħamlu disponibbli qabel l-1 ta' Novembru tas-sena ta' qabel.

12. Fil-każ tal-vetturi rreġistrati qabel l-1 ta' Ottubru 1990 li jkunu bidlu l-magna minn din id-data, għandu japplika l-valur tal-PK tal-magna l-ġdida. F'dan il-każ iċ-ċertifikat maħruġ mill-awtorità approprjata għandu jsemmi l-bidla tal-magna u jagħti d-dettalji tal-valur il-ġdid tal-KP għall-ħruġ tan-NOx.

13. Vjaġġ għandu jkun eżentat mill-ħlas ta' l-eko-punti jekk jiġu sodisfatti t-tliet kondizzjonijiet li ġejjin:

(i) il-għan waħdieni tal-vjaġġ ikun li jikkunsinna vettura ġdida fjamanta, jew għaqda ta' vetturi, minn għand il-fabbrikanti għal destinazzjoni fi Stat ieħor;

(ii) ma tiġi trasportata l-ebda merkanzija matul il-vjaġġ;

(iii) il-vettura jew l-għaqda tal-vetturi jkollhom il-karti approprjati internazzjonali tar-reġistrazzjoni u l-pjanċi tal-liċenzja għall-esportazzjoni.

14. Vjaġġ ta' transitu għandu jkun eżentat mill-ħlas ta' l-eko-punti jekk ikun il-parti mingħajr tagħbija ta' vjaġġ eżentat mill-eko-punti kif elenkat fl-Anness A u l-vettura ġġorr id-dokumenti xierqa għalbiex turi dan. Din id-dokumentazzjoni xierqa għandha tkun jew:

- polza tat-tagħbija, jew

- eko-karta kompletata li fuqha ma jkunu twaħħlu l-ebda eko-punti, jew

- eko-karta kompletata bl-eko-punti, li jkunu istitwiti mill-ġdid sussegwentement.

15. Kull problema li tinħoloq mill-ġestjoni ta' dan ir-reġim ta' eko-punti għandha tiġi ssottomessa lill-Kumitat tat-Trasport Komunitarju/dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja pprovdut bl-Artikolu 22 tal-Ftehim dwar it-Trasport li għandu jistma s-sitwazzjoni u jirrakkomanda l-azzjonijiet approprjati. Kull miżura li trid tittieħed għandha tiġi implimentata minnufih, għandha tkun ta' natura proporzjonata u mhux diskriminatorja.

Inkun obbligat jekk tikkonferma l-qbil tal-Gvern tiegħek dwar il-kontenut ta' din l-ittra."

Għandi l-unur li nikkonferma illi l-Gvern tiegħi jaqbel mal-kontenut ta' l-ittra tiegħek. L-ittra tiegħek u din l-ittra għandhom jikkostitwixxu l-firma ta' dan il-ftehim bejn ir-Repubblika tal-Maċedonja u l-Komunità Ewropea.

Madankollu, niddikjara illi r-Repubblika tal-Maċedonja ma taċċettax id-denominazzjoni wżata għall-pajjiż tiegħi fl-ittra tiegħek meta għandha l-veduta illi l-isem kostituzzjonali għall-pajjiż tiegħi huwa r-Repubblika tal-Maċedonja.

Sinjur, jekk jogħġbok, aċċetta l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

F'isem il-Gvern tar-Repubblika tal-Maċedonja

+++++ TIFF +++++

C. Ittra mill-Komunità Ewropea

Brussel, 5 ta' Marzu 2003

Sinjur,

Għandi l-unur li nagħraf l-irċevuta ta' l-ittra tiegħek bid-data tat-12 ta' Diċembru 2002.

Il-Komunità Ewropea tinnota illi l-Skambju ta' l-Ittri bejn il-President tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u l-Ministru tat-Trasport u l-Komunikazzjoniet tal-pajjiż tiegħek, filwaqt li jaqblu, skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(3)(b) tal-Ftehim fil-qasam tat-trasport iffirmat fid-29 ta' April 1997, dwar il-metodu tal-kalkolu u r-regoli u l-proċeduri ddettaljati għall-ġestjoni u l-kontroll ta' l-eko-punti bejn il-Partijiet Kontrattanti, u fil-linja tad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 11 u l-Artikolu 14(2) tal-Protokoll Nru 9 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni (1994) ta' l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja ma' l-Unjoni Ewropea li jirregola s-sistema ta' l-eko-punti li tapplika fil-Komunità, ġie kompletat.

Dan ma jistax jiġi interpretat bħala aċċettazzjoni jew għarfien mill-Unjoni Ewropea, f'kull għamla jew forma, ta' kull isem ieħor għajr "dik li qabel kienet it-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja".

Sinjur, jekk jogħġbok, aċċetta l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

F'isem il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------