Official Journal L 070 , 14/03/2003 P. 0031 - 0033
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta' Marzu 2003 li tistabbilixxi Summit Tripartit Soċjali għall-Iżvilupp u x-Xogħol (2003/174/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 202 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi: (1) Is-sieħba soċjali huma magħquda fl-implementazzjoni tal-istrateġija kkoordinata għalx-xogħol stabbilita mill-Kunsill Ewropew tal-Lussemburgu ta' l-20 u l-21 ta' Novembru 1997 fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 70/532/KEE tal-Kunsill ta' l-14 ta' Diċembru 1970 li tisstabbilixxi l-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Komunitajiet Ewropej [1]. (2) Il-Kunsill Ewropea ta' Cologne tat-3 u l-4 ta' Ġunju 1999, stabbilixxa djalogu makro-ekonomiku bil-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tal-Kunsill, tal-Kummissjoni, tal-Bank Ċentrali Ewropew u tas-sieħba soċjali. (3) Il-Kunsill Ewropew ta' Lisbona tat-23 u l-24 ta' Marzu 2000 stabbilixxa mira strateġika ġdida għall-għaxar snin li ġejjin u ftiehem li l-akkwist ta' dik il-mira jeħtieġ strateġija ġenerali iddisinjata biex tintegra riformi strutturali, strateġija Ewropea kkordinata tax-xogħol, il-politika ta' protezzjoni soċjali u ta' makro-ekonomija fil-kuntest tal-koordinament tal-istrateġiji ekonomiċi ġenerali tal-Istati Membri. Fil-Komunikazzjoni tagħha "Id-djalogu soċjali Ewropew, forza ta' l-innovazzjoni u l-bidla", il-Kummissjoni saħqet li s-Summit Tripartit Soċjali jista' jikkontribwixxi għad-dibattitu dwar dawn is-suġġetti. (4) Fil-kontribuzzjoni konġunta tagħhom għall-Kunsill Ewropew ta' Laeken tal-14 u 15 ta' Diċembru 2001, is-sieħba soċjali wrew li l-Kumitat Permamenti dwar ix-Xogħol ma kienx wasal għall-integrazzjoni ta' konċentrazzjoni bħal din u li ma kienx laħaq il-ħtieġa ta' koeżjoni u sinerġija bejn il-varji proċessi li fihom kien involut. Għalhekk huma pproponew li dan għandu jkun abolit u forma ġdida ta' konsultazzjoni tripartita għandha għalhekk tkun stabbilita. (5) F'dik il-kontribuzzjoni konġunta, is-sieħba soċjali pproponew li jifformalizzaw il-laqgħat tagħhom mat-Troika fil-livell tal-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern u l-Kummissjoni li, fil-kuntest tal-proċess tal-Lussemburgu, kienet ilha tiltaqa sa mill-1997 lejliet il-Kunsilli Ewropew. Sa minn Diċembru 2000, dawn il-laqgħat kienu magħrufa bħala l-Laqgħat Għolja Soċjali u li kienu jattendu għalihom il-President tal-Kummissjoni u t-Troika tal-Kapijiet ta' Stat u Gvernijiet flimkien mal-Ministri tax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali u s-sieħba soċjali rrappreżentati mill-Unjoni tal-Konfederazzjonijiet Ewropej ta' l-Industriji li Jimpjegaw (UNICE), iċ-Ċentru Ewropew għall-Intrapriżi b'Parteċipazzjoni Pubblika u l-Impriżi ta' Interess Ekonomiku Ġenerali (CEEP), l-Assoċjazzjoni Ewropea ta' l-Impriżi ta' l-Artiġġjanat, żgħar u ta' daqs medju (UEAPME), il-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions (ETUC), il-Eurocardes u l-Confédération européenne des cadres (CEC). (6) Il-Kunsill Ewropew ta' Laeken ħa nota tal-voluntà tajba tas-sieħba soċjali li jiżviluppaw u jtejbu l-koordinazzjoni tal-konċentrazzjoni dwar il-varji aspetti tal-istrateġija ta' Lisbona. Hija qablet li Summit Soċjali jinżamm fil-futur qabel kull laqgħa tal-Kunsill Ewropew tar-rebbiegħa. Dan kien ikkonfermat mill-Kunsill Ewropew ta' Barcellona tal-15 u s-16 ta' Marzu 2002. (7) Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizju għall-organizzazzjoni u l-operazzjoni fid-djalogu soċjali fil-varji Stati Membri. (8) Fil-kuntest tat-tkabbir u l-iżvilupp ta' djalogu soċjali awtonomu, ir-rappreżentanza l-aktar wiesa' possibbli kif ukoll dwar il-leġittimità u l-affettività tal-konsultazzjoni tas-sieħba soċjali huma ta' l-għola importanza. Għal dak il-għan, huwa meħtieġ li jittieħed akkont l-istudju tal-Kummissjoni dwar ir-rappreżentazzjoni tas-sieħba soċjali u l-lista riveduta ta' l-organizzazzjonijiet involuti fid-dimenzjonijiet kollha tad-djalogu soċjali fil-livell Ewropew, u dik il-lista għandha tkun aġġornata, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Stabbiliment Summit Tripartit tal-Iżvilupp u x-Xogħol (minn hawn il-quddiem msejjaħ "il-Summit") huwa b'hekk stabbilit. Artikolu 2 Kompitu Il-kompitu tas-Summit għandu jkun li jassigura, b'konformità mat-Trattat u b'attenzjoni xierqa għall-poteri tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità, li hemm konċeertazzjoni kontinwa bejn il-Kunsill, il-Kummissjoni u s-sieħba soċjali. Dan ikun jiffaċilita lis-sieħba soċjali fil-livell Ewropew li jikkontribwixxu, fil-kuntest tad-djalogu soċjali tagħhom, il-varji komponenti tal-istrateġija ekonomika u soċjali integrata, inkluża d-dimenzjoni tal-iżvilupp sostenibbli kif maħruġa mill-Kunsill Ewropew ta' Lisbona f'Marzu 2000 u ssupplementata mill-Kunsill Ewropew ta' Göteborg f'Ġunju 2001. Għal dak il-għan, għandu jħejji ix-xogħol tal-bidu ta' u d-diskussjonijiet bejn il-Kunsill, il-Kummissjoni u s-sieħba soċjali fil-fora differenti tal-konċentrazzjoni dwar materji ekonomiċi, soċjali u ta' xogħol. Artikolu 3 Sħubija 1. Is-Summit għandu jikkonsisti mill-Presidenza tal-Kunsill u ż-żewġ Presidenzi sussegwenti, il-Kummissjoni u s-sieħba soċjali, irrappreżentati fl-għola livell. Il-Ministri minn dawk it-tlett Presidenzi u l-Kummissjarju, responsabbli għal-Affarijiet tax-Xogħol u Soċjali għandhom ikunu preżenti. Skond l-aġenda, Ministri oħrajn minn dawk it-tlett Presidenzi u Kummissarji oħrajn jistgħu wkoll ikunu mistiedna biex jieħdu sehem. 2. Ir-rappreżentanti tas-sieħba soċjali għandhom ikunu maqsuma f'żewġ delegazzjonijiet ta' l-istess daqs li jkunu jinvolvu 10 rappreżentanti tal-ħaddiema u 10 rappreżentanti ta' min iħaddem, jingħata każ tal-ħtieġa biex tkun assigurata parteċipazzjoni bilanċjata bejn l-irġiel u n-nisa. Kull deleganazzjoni għandha tikkonsisti minn rappreżentanti ta' l-organizzazzjonijiet Ewropej matul l-industrija jew li jirrappreżentaw l-interessi ġenerali jew l-interessi aktar speċifiċi tal-personal ta' superviżjoni u maniġerjali u ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju fil-livell Ewropew. Il-koordinazzjoni teknika għandha tkun ipprovduta mid-delegazzjoni tal-ħaddiema tal-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions (ETUC) u tad-delegazzjoni ta' min iħaddem mill-Unjoni Ewropea tal-Konfederazzjonijiet Industrijali u ta' min Iħaddem (UNICE). Il-ETUC u l-UNICE għandhom jassiguraw li l-opinjonijiet espresi mill-organizzizzajonijiet speċifiċi u settorjali jkunu meqjusa bis-sħiħ fil-kontribuzzjonijiet tagħhom u għandhom, meta xieraq, jinkludu r-rappreżentanti minn uħud minn dawk l-organizzazzjonijiet fid-delegazzjonijiet tagħhom. Artikolu 4 Preparazzjoni 1. L-aġenda tas-Summit għandu jkun iddeterminat b'mod konġunt mill-Presidenza tal-Kunsill, il-Kummissjoni u l-organizzazzjonijiet li jirrapreżentaw lill-ħaddiema u lil min iħaddem tul l-industrija kollha li jieħdu sehem fix-xogħol tas-Summit matul il-laqgħat preparatorji. 2. Is-suġġetti fuq l-aġenda għandhom ikunu diskussi mill-laqgħa tal-Kunsill fil-formazzjoni tiegħu ta' "Xogħol, l-Istrateġija Soċjali u l-Affarijiet tal-Konsumatur". 3. Is-Segretarjat tas-Summit għandu jkun ipprovdut mill-Kummissjoni. Partikolarment, dan ta' l-aħħar għandu jassigura d-distribuzzjonu puntwali tad-dokumenti. Għal-iskopijiet tat-tħejjija u l-orgaizzazzjoni tal-laqgħat, is-segretarjat tas-Summit għandu jqis li jseħħu l-kuntatti xierqa mal-ETUC u l-UNICE, li għandhom ikunu responsabbli għall-koordinazzjoni tad-delegazzjonijiet rispettivi tagħhom. Artikolu 5 Operat 1. Is-Summit għandu jiltaqa' mill-inqas darba fis-sena. Għandha tinżamm laqgħa qabel il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew li ssir fir-rebbiegħa. 2. Is-Summit għandu tkun taħt il-presidenza konġunta tal-President tal-Kunsill u tal-President tal-Kummissjoni. 3. Il-laqgħat tas-Summit għandhom jissejħu fuq bażi konġunta mill-presidenti bl-inizjattiva tagħhom stess, b'konsultazzjoni mas-sieħba soċjali. Artikolu 6 Informazzjoni Il-presidenti konġunti għandhom iħejju sommarju tad-diskussjonijiet tas-Summit sabiex jinformaw lill-formazzjoniet relevanti tal-Kunsill u lill-pubbliku ġenerali. Artikolu 7 Tħassir Id-Deċiżjoni 1999/207/KE hija b'hekk imħasra mid-data ta' l-ewwel laqgħa tal-Summit. Artikolu 8 Dħul fis-seħħ Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Marzu 2003. Magħmula fi Brussel, fis-6 ta' Marzu 2003. Għall-Kunsill Il-President D. Reppas [1] ĠU L 273, tas-17.12.1970, p. 25. Id-Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 1999/207/KE (ĠU L 72, tat-18.3.1999, p. 33). --------------------------------------------------