Official Journal L 066 , 11/03/2003 P. 0049 - 0050
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-10 ta’ Marzu 2003 temenda d-Deċiżjoni 1999/466/KE li tistabilixxi l-istatut uffiċjali ħieles mill-bruċellosi tal-merħla bovini ta’ xi Stati Membri jew reġjuni ta’ l-Istati Membri (mgħarraf fid-dokument numru K(2003) 731) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (2003/164/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 fuq problemi ta’ saħħa ta’ l-annimali li jaffettwaw kummerċ ta’ annimali bovini u majjali fil-Komunità [1], kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nr 1226/2002 [2], u partikolarment bl-Anness A (II)(7) tiegħu, Billi: (1) l-Italja ressqet lill-Kummissjoni dokumentazzjoni li turi konformità mal-kondizzjonijiet kollha li hemm imsemmija fl-Aness A (II)(7) tad-Direttiva 64/432/KEE, u b’mod partikolari juri li, ikkalkulat fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena, iktar minn 99.8 % tal-merħla tal-bovini tar-Reġjun ta’ Emilja-Romanja huma uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi tal-bovini għal ta’ l-inqas fl-aħħar ħames snin konsekuttivi u li kull animal bovin hu identifikat skond il-leġislazzjoni tal-Kommunità. (2) Dan ir-Reġjun għandu jkun għalhekk iddikjarat uffiċjalment ħieles mill-bruċellosi skond id-Direttiva 64/432/KEE. (3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/466/KE [3], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2002/588/KE [4], għandha għalhekk tkun emendata kif suppost. (4) Dawn il-miżuri msemmija f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Food Chains u s-Saħħa ta’ l-Annimali, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-Anness II mad-Deċiżjoni 1999/466/KE hu mibdul bit-test li hemm fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussel, fl-10 ta’ Marzu 2003. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU C 121, tad-29.7.1964, p. 1977/64. [2] ĠU L 179, tad-9.7.2002, p. 13. [3] ĠU L 181, tas-16.7.1999, p. 34. [4] ĠU L 187, tas-16.7.2002, p. 52. -------------------------------------------------- L-ANNESS L-ANNESS II REĠJUNI TA’ STATI MEMBRI DDIKJARATI UFFIĊJALMENT LI HUMA ĦIELSA MILL-BRUĊELLOSI TAL-BOVINI Gran Brittanja (ir-Renju Unit) Provinċja ta’ Bolzano (l-Italja) Reġjun ta’ Emilja Romanja (l-Italja) il-Gżejjer ta’ Pico, Graciosa, Flores u Corvo (Reġjuni Awtonomi ta’ Azores, Portugall).” --------------------------------------------------