Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Torka fuq prekursuri u sustanzi kimiċi frekwentament użati fl-iffabbrikar illeċitu tad-drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi.
Official Journal L 064 , 07/03/2003 P. 0028 - 0029
CS.ES Chapter 11 Volume 46 P. 112 - 113
ET.ES Chapter 11 Volume 46 P. 112 - 113
HU.ES Chapter 11 Volume 46 P. 112 - 113
LT.ES Chapter 11 Volume 46 P. 112 - 113
LV.ES Chapter 11 Volume 46 P. 112 - 113
MT.ES Chapter 11 Volume 46 P. 112 - 113
PL.ES Chapter 11 Volume 46 P. 112 - 113
SK.ES Chapter 11 Volume 46 P. 112 - 113
SL.ES Chapter 11 Volume 46 P. 112 - 113
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Torka fuq prekursuri u sustanzi kimiċi frekwentament użati fl-iffabbrikar illeċitu tad-drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi. (2003/155/KE) IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 133 u l-ewwel sentenza ta’ l-Artikolu 300(2), u l-Artikolu 300(4) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Billi: (1) Fil-5 ta’ April 2001, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja Ftehim mat-Turkija fuq prekursuri u sustanzi kimiċi frekwentament użati fl-iffabbrikar illeċitu ta’ drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi, hawnhekk iżjed ’il quddiem Imsejjaħ "il-Ftehim". (2) Il-Komunità għandha ssaħħaħ il-kontrolli fuq il-ġarr ta’ prekursuri lejn it-Turkija, hekk kif dawn qed jerġgħu jidħlu fil-Komunità fil-forma ta’ eroina jew sustanzi psikotropiċi jew narkotiċi oħrajn. (3) Huwa xieraq li l-Kunsill jawtorizza lill-Kummissjoni, b’konsultazzjoni ma’ kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill, biex japprova emendi f’isem il-Komunità fejn skond il-Ftehim dawn jiġu adottati mill-Grupp Konġunt ta’ Verifika. Madankollu, din l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-emendi għall-Annessi tal-Ftehim sakemm din l-emenda tikkonċerna sustanzi li huma diġà koperti mill-leġislazzjoni tal-Komunità fuq drogi prekursuri u sustanzi kimiċi. (4) Il-Ftehim għandu jkun approvat, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Torka fuq prekursuri u sustanzi kimiċi frekwentament użati fl-iffabbrikar illeċitu tad-drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi huwa hawnhekk approvat f’isem il-Komunità. It-test ta’ dan il-Ftehim huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 1. Il-Komunità għandha tkun rappreżentata fil-Grupp Konġunt ta’ Verifika previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim mill-Kummissjoni, assistit mir-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri. 2. Il- Kummissjoni hija awtorizzata biex tapprova, f’isem il-Komunità, emendi għall-Annessi mal-Ftehim adottat mill-Grupp Kon[unt ta’ Verifika taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10 tal-Ftehim. Il-Kummissjoni għandha tassisti fit-twettiq ta’ dan il-kompitu b’kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill u inkarigat biex jistabbilixxi posizzjoni komuni. 3. L-Awtorizzazzjoni msejħa fil-paragrafu 2 għandha tkun limitata għas-sustanzi li huma diġà koperti mill-leġislazzjoni relevanti tal-Komunità fuq drogi prekursuri u sustanzi kimiċi. Artikolu 3 Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat biex jinnomina l-persuni awtorizzati biex jiffirmaw il-Ftehim. Artikolu 4 Il-President tal-Kunsill għandu jwettaq, f’isem il-Komunità, l-iskambju ta’ l-istrumenti previsti fl-Artikolu 12 tal-Ftehim [1]. Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Magħmul fi Brussel, fis-16 ta’ Diċembru 2002. F’isem il-Kunsill Il-President M. Fischer Boel [1] Id-data tal-bidu fis-seħħ tal-Ftehim se jkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. --------------------------------------------------