32003D0151



Official Journal L 059 , 04/03/2003 P. 0026 - 0027


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-3 ta’ Marzu 2003

li temenda Deċiżjoni 92/452/KEE li tistabbilixxi lista ta’ gruppi ta’ ġbir ta’ embrijuni u gruppi ta’ produzjoni ta’ embrijuni approvati f’pajjiżi terzi għall-esportazjoni ta’ embrijuni tal-bovini lejn il-Komunità f’dak li jirrigwardja l-Kanada u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika

(notifikata permezz ta’ dokument numru K(2003) 658)

(Test b’rilevanza ŻEE)

(2003/151/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta’ Settembru 1989 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li tirregola l-kummerċ intra-Komunitarju fil-, u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ embrijuni ta’ annimali domestiċi tal-ispeċje tal-bovini [1], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/113/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 8 tagħha,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/452/KEE [3], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2003/12/KE [4], tipprovdi li l-Istati Membri għandhom jimportaw biss embrijuni minn pajjiżi terzi ta’ minn fejn dawn ikunu ġew miġbura, pproċesati u maħżuna minn grupp tal-ġbir ta’ l-embrijuni elenkat f’dik id-Deċiżjoni. Il-Kanada u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika kienu talbu li emendi għandhom isiru għal dawk il-listi f’dak li jirrigwardja d-dħul għal dawk il-pajjiżi.

(2) Il-Kanada u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika kienu pprovdew garanziji rigward il-konformità mar-regoli xierqa stabbiliti fid-Direttiva 89/556/KEE u l-grupp tal-ġbir ikkonċernati kienu ġew uffiċċjalment approvati għall-esportazzjoni lejn il-Komunità mis-servizzi veterenarji ta’ dawk il-pajjiżi.

(3) Id-Deċiżjoni 92/452/KEE għandha għalhekk tkun emendata kif xieraq.

(4) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness ta’ Deċiżjoni 92/452/KE huwa emendat kif ġej:

1. Fil-filliera għall-Kanada, il-grupp Nru E 728 huwa mibdul b’dan li ġej:

"CA | | Central Canadian Genetics Ltd | | Central Canadian Genetics Ltd 202 Dufferin Ave. Selkirk, Manitoba R1A 1B9 | Dr Jack Reeb Dr Richard Hodges" |

2. Din il-filliera li ġejja hija miżjuda rigward il-gruppi tal-Istati Uniti ta’ l-Amerika:

"US | | 02TX107 E 1482 | | Ovagenix Rt. 2 Box 437 Hearne, TX 77859 | Dr Stacy Smitherman" |

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mis-7 ta’ Marzu 2003.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-3 ta’ Marzu 2003.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 302, 19.10.89, p. 1.

[2] ĠU L 23, 24.02.94, p. 53.

[3] ĠU L 250, 29.08.92, p. 40.

[4] ĠU L 7, tal-11.1.2003, p. 84.

--------------------------------------------------