32003D0137



Official Journal L 053 , 28/02/2003 P. 0054 - 0057


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-27 ta’ Frar 2003

li temenda d-Deċiżjoni 93/402/KEE f’dak li jirrigwardja l-importazzjoni ta’ laħam frisk mill-Paragwaj

(notifikata permezz ta’ dokument numru K(2003) 677)

(Test b’rilevanza ŻEE)

(2003/137/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE [1] tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterenarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi [2], u partikolarment l-Artikolu 22(1) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1972 dwar il-problemi tal-ispezzjoni tas-saħħa u veterinarji mal-importazzjoni ta’ l-annimali bovini, ovini u kaprini u tal-majjali, ta’ laħam frisk jew prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi (2), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva (KE) 1452/2001 [3], u partikolarment l-Artikolu 16 tagħha,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/402/KEE ta’ l-10 ta’ Ġunju 1993 li tikkonċerna l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni ta’ laħam frisk mill-pajjiżi ta’ l-Amerika t’Isfel [4], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2002/908/KE [5], tapplika għall-Arġentina, l-Brażil, iċ-¬ili, il-Kolumbja, il-Paragwaj u l-Urugwaj.

(2) Skopjatura tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer kienet misjuba f’Ottubru 2002 fil-Paragwaj f’żona li hija biswit iż-żoni li minnhom esportazzjoni lejn il-Komunità huma approvati (żoni approvati mill-Komunità) u hija qrib il-fruntiera mal-Brażil.

(3) Sabiex tkun assessjata s-sitwazzjoni f’dak li jirrigwardja l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fiż-żona li fiha seħħet l-iskopjatura u wkoll fiż-żoni approvati mill-Komunità, spezzjoni mill-Uffiċċju ta’ l-Ikel u Veterenerija (FVO/UIV) kienet twettqet bejn l-4 u l-14 ta’ Frar 2003.

(4) L-ispezzjoni wriet li s-sitwazzjoni ġenerali fil-Paragway f’dak li jirrigwardja l-kontrolli veterenarji fuq qobla u fuq il-produzzjoni tal-laħam ma kienetx twettaq il-ħtiġiet għall-esportazzjoni lejn il-Komunità.

(5) Kien stabbilit li kien hemm numru ta’ defiċjenzi serji u nuqqas ta’ kontrolli fis-sistema kif stabbilita mill-awtoritajiet tal-Paragwaj b’segwiment ta’ spezzjoni aktar qabel mill-FVO sabiex ikun assigurat li biss il-laħam bl-għadam u mmaturat, akwistat minn annimali ġejjin minn żoni approvati mill-Komunità tal-pajjiż ikunu esportati b’konformità mal-ħtiġiet tal-Komunità.

(6) In vista tas-sejbiet tal-ispezzjoni, huwa xieraq li tkun imneħħija l-awtorizzazzjoni tal-Paragwaj li jesporta laħam bl-għadam u laħam maturat frisk tal-bovini lejn il-Komunità.

(7) B’dana kollu, fin-nuqas ta’ evidenza ċara ta’ mard attiv fil-Paragwaj, l-importazzjoni fil-Komunità ta’ laħam tal-bovini, bl-għadam u maturat, għall-konsum uman u laħam bl-għadam u r-raċanċ bħala ikel għall-annimali tad-djar, maqtul, prodott, iċċertifikat u fi trieqtu lejn il-Komunità qanel l-20 ta’ Frar 2003 għandu jkun imħolli. Is-sitwazzjoni għandha tkun reveduta meta l-awtoritajiet tal-Paragwaj ikunu jistgħu jagħtu garanziji suffiċċjenti li d-defiċjenzi misjuba jkun ġew rettifikati u li dawn ikunu pożittivament assessjet minn spezzjoni ulterjuri mill-FVO.

(8) Deċiżjoni 93/402/KEE għandha għalhekk tkun emendata kif xieraq.

(9) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness II tad-Deċiżjoni 93/402/KE huwa mibdul bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jemendaw il-miżuri li huma japplikaw fuq l-importazzjoni sabiex iġibu li dawn ikunu konformi ma din id-Deċiżjoni u għandhom immedjetament jagħtu bidu għall-publiċità xierqa tal-miżuri adottati. Huma għandhom immedjetament jinformaw b’dan lill-Kummissjoni.

Artikolu 3

Dawn il-miżuri għandhom jiġu riveduti fi żmien 12 il-xhar.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-27 ta’ Frar 2003.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 24, tal-31.1.1998, p. 9.

[2] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28.

[3] ĠU L 198, tal-21.7.2001, p. 11.

[4] ĠU L 179, tat-22.7.1993, p. 11.

[5] ĠU L 313, tas-16.11.2002, p. 34

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"

L-ANNESS II

GARANZIJI DWAR IS-SAĦĦA TA' L-ANNIMALI MEĦTIEĠA FUQ IĊ-ĊERTIFIKAZZJONI [1]

HC Konsum uman.

MP 1 = qlub;

2 = fwied;

3 = muskoli masseter;

4 = ilsna.

PF = Destinat għall-industria ta' l-ikel ta' l-annimal tad-djar.

PajjiżTerritorju | Mudell ta' ċertifikat għal-laħam frisk eskluż ir-raċanċ | Mudell taċ-ċertifikat għar-raċanċ |

L-ispeċje | ta' l-annimali bovini | ta' l-ovini | solipiedi |

Bovini | Ovini - kaprini | Porċini | Solipiedi | HC | MP | PF | HC | PF |

1 | 2 | 3 | 4 |

L-Arġentina | AR | – | – | – | D | – | – | – | – | – | – | – | – | D |

AR-1 | A | – | – | D | – | – | – | – | – | F | – | – | D |

AR-3 | B | B | – | D | B | B | B | B | B 6 | B | B | B | D |

Il-Brażil | BR | – | – | – | D | – | – | – | – | – | – | – | – | D |

BR-1 | A | – | – | D | – | – | – | – | – | F | – | – | D |

BR-2 | A | – | – | D | – | – | – | – | – | F | – | – | D |

Iċ-Ċili | CL | B | B | H | D | B | B | B | B | B | B | B | B | D |

Il-Kolumbja | CO | – | – | – | D | – | – | – | – | – | – | – | – | D |

CO-1 | A | – | – | D | – | – | – | – | – | – | – | – | D |

CO-2 | – | – | – | D | – | – | – | – | – | – | – | – | D |

CO-3 | A | – | – | D | – | – | – | – | – | – | – | – | D |

Il-Paragwaj | PY | – | – | – | D | – | – | – | – | – | – | – | – | D |

PY-1 | A | – | – | D | – | – | – | – | – | F | – | – | D |

L-Urugwaj | UY | A | C | – | D | – | – | – | – | – | F | – | G | D |

"

--------------------------------------------------