32003D0127



Official Journal L 050 , 25/02/2003 P. 0027 - 0028


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-24 ta’ Frar 2003

li temenda d-Deċiżjoni 2001/218/KE li teħtieġ li l-Istati Membri temporanjament jieħdu miżuri kontra d-dissiminazzjoni tal-Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (in-nematojdi tal-pini) f’dak li jirrigwardja żoni fil-Portugall, apparti minn dawk li fihom huwa magħruf li ma teżistix

(notifikata permezz ta’ dokument numru K(2003) 581)

(2003/127/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introdużżjoni fil-Komunità ta’ organiżmi li huma ta’ ħsara għall-pjanti jew tal-prodotti tal-pjanti u kontra it-tixrid tagħhom fil-Komunità [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2002/89/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 16(3) tagħha,

Billi:

(1) Il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2001/218/KE tat-12 ta’ Marzu 2001, li teħtieġ li l-Istati Membri jieħdu miżuri addizzjonali kontra d-dissiminazzjoni tal-Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (in-nematojdi tal-pini, PWN) f’dak li jirrigwardja żoni fil-Portugall, apparti minn dawk li fihom huwa magħruf li ma teżistix [3], kif emendata bid-Deċiżjoni 2002/124/KE [4].

(2) Fuq il-bażi ta’ studju ulterjuri mill-Uffiċju ta’ l-Ikel u l-Veterinerija f’April 2002 u nformazzjoni addizzjonali ippreżentata mill-Portugall, jidher li bħala riżultat ta’ l-applikazzjoni ta’ programm ta’ l-eradikazzjoni, it-tixrid tal-PWN għadu xorta waħda llimitat għal żona demarkata fil-Portugall. B’dana kollu, siġar li juru s-sintomi ta’ l-infestazzjoni mill-PWN xorta waħda instabu matul stħarriġ f’dawk iż-żoni.

(3) Fi stħarriġ uffiċjali mwettaq fl-202 mill-Istati Membri l-oħrajn fuq l-injam, il-qoxra iżolata tas-siġar u l-pjanti ta’ Abies Mill., Cedrus Trew, Larix Mill., Picea A. Dietr., Pinus L., Pseudotsuga Carr. u Tsuga Carr., li joriġinaw fil-Portugall, l-ebda mill-kampjuni meħuda w analizzati ma kienu pożittivi għat-testijiet rigward il-preżenza tal-PWN.

(4) Huwa għalhekk meħtieġ għall-Portugall li jibqa jieħu l-miżuri speċifiċi u li jippreżenta pjan ta’ l-eradikazzjoni fin-nofs tal-perijodu sabiex jikkontrolla t-tixrid tal-PWN bil-għan ta’ l-eradikazzjoni tagħha. Jista wkol ikunu meħtieġ għall-Istati Membri l-oħrajn li jibqgħu jadottaw il-miżuri addizzjonali sabiex jipprotieġu t-territorji tagħhom mill-PWN. Ir-riżultati tal-miżuri speċifiċi u ta’ l-implementazzjoni tal-pjan fin-nofs tal-perijodu għandhom ikunu assessjati kontinwament u emendati meta meħtieġ.

(5) Arranġamenti speċjali għandhom isiru dwar il-moviment ta’ laqx miġbura minn siġar mingħajr sintomi jew minn siġar li kienu negattivi fit-testijiet għall-preżenza tal-PWN lejn żoni fil-Portuġall apparti minn dawk fiż-żona demarkata.

(6) Id-dispożizzjonijiet rigward in-notifika tal-istħarriġ għal-PWN imwettaq fl-Istati Membri lejn Stati Membri oħrajn u lill-Kummissjoni għandhom ikunu kklarifikati.

(7) Id-Deċiżjoni 2001/218/KE għandha għalhekk tkun estiża għal perijodu limitat ieħor li jeskadi fil-31 ta’ Marzu 2005 u emendata kif xieraq.

(8) il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2001/218/KEE hija emendata kif ġej:

1. L-Artikolu 2 huwa mmodifikat kif ġej:

(i) fl-ewwel paragrafu "it-28 ta’ Frar 2003" hija mibdula bi "il-31 ta’ Marzu 2005";

(ii) il-paragrafu ġdid li ġej għandu jkun miżjud wara t-tieni paragrafu:

"Il-Portugall għandu jippreżenta sal-15 ta’ Marzu 2003 pjan ta’ nofs il-perijodu dwar l-eradikazzjoni għall-kontroll u t-tixrid tal-PWN bil-għan ta’ l-eradikazzjoni tagħha.";

2. L-Artikolu 4 huwa mmodifikat kif ġej:

(i) fl-ewwel paragrafu, "ta’ kull sena" hija mdaħħla bejn "twettieq uffiċċjali" u "stħarriġ għall-PWN";

(ii) it-tieni paragrafu huwa mibdul bi:

"Mingħajr preġudizzjonu għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2000/29/KE meta r-riżultati tal-istħarriġ li hemm provvediment dwaru fl-ewwel paragrafu jindika l-eżistenza tal-PWN f’żoni ta’ fejn preċedentament ma kienetx magħrufha, ir-riżultati ta’ stħarriġ bħal dak għandhom ikunu nnotifikati lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Novembru 2003 u l-15 ta’ Novembru 2004 rispettivament.";

3. fl-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 5, il-kliem "20 km ma" huma mibdula bi "20 km-wisa’";

4. fl-Artikolu 6, "il-15 ta’ Ottubru 2002" tiġi mibdula bi "l-15 ta’ Jannar 2004 u l-15 ta’ Jannar 2005 rispettivament";

5. l-Anness huwa emendat kif ġej:

(i) Il-punt 2 (b)(ii) huwa mibdul b’dan li ġej:

"(ii) akwistat minn siġar apparti minn dawk referuti fis-subparagrafu (i) għandhom ikunu uffiċċjalment ittestjati għall-preżenza tal-PWN u tal-Monochamus spp.; jekk il-preżenza tal-PWN jew tal-Monochamus spp. tkun ikkonfermata, l-injam għandu jkun suġġett għad-dispożizzjonijiet referuti fis-subparagrafu (i); jekk il-preżenza tal-PWN u tal-Monochamus spp. hija miċħudha, l-injam jista jkun imċaqlaq taħt kontroll uffiċċjali lejn impjant tal-ipproċċessar għal użu ulterjuri bħala injam tal-kostruzzjoni, jew permezz ta’ deroga, imċaqlaq f’żoni fil-Portugall, apparti milli ż-żoni demarkati, taħt kontroll uffiċċjali lejn impjanti approvati tal-ipproċċessar notifikati lill-Kummissjoni, fejn l-injam jew il-laqx magħmul minn injam bħal dak, fil-perijodu ta’ bejn l-1 ta’ Novembru u l-1 ta’ April, għandu jkun jew:

- fil-każ ta’ laqx, sabiex ikun użat għal skopijiet industrijali fi ħdan l-impjant approvat tal-ipproċċesar, jew

- fil-każ ta’ injam:

- ikun ittrattat bis-sħana f’tali mod li t-temperatura minima tal-qalba ta’ l-injam ta’ 56 °C għal 30 minuta tkun ġiet milħuqha. Aktar moviment ta’ injam bħal dan ittrattat bis-sħana jista jkun imħolli meta l-injam ikun akkumpanjat mill-passaport tal-pjanta, jew

- ikunu miġjub laqx u ffumigat sabiex tkun assigurata l-libertà minn PWN ħajjin. Aktar moviment ta’ injam iffumigat bħal dan jista jkun imħolli meta dan ikun akkumpanjat mill-passaport tal-pjanta, jew

- ikun miġjub f’laqx u wżat għal skopijiet industrijali ġewwa dan l-impjant, jew

- ikun imċaqlaq taħt kontroll uffiċċjli lejn impjant, fejn l-injam ikun jew:

- ittrattat bis-sħana f’tali mod li t-temperatura minima tal-qalba ta’ l-injam ta’ 56 °C għal 30 minuta tkun ġiet milħuqha, jew

- ikunu miġjub laqx u ffumigat sabiex tkun assigurata l-libertà min-nematojdi ħajjin ta’ l-injam tal-pini, jew

- miġjub laqx u wżat għal skopijiet industrijali.";

(ii) fil-punt 2(c)(ii), it-tieni nċiż huwa mibdul b’dan li ġej:

"— uffiċċjalment ittestjat għall-preżenza tal-PWN u tal-Monochamus spp.; jekk il-preżenza tal-Monochamus spp. tkun ikkonfermata, l-injam għandu jkun suġġett għad-dispożizzjonijiet referuti fi (i); jekk il-preżenza tal-PWN u tal-Monochamus spp. tkun miċħudha, l-injam jista jkun imċaqlaq taħt kontroll uffiċċjaili lejn impjant tal-ipproċċessar għal użu ulterjuri bħala injam tal-kostruzzjoni, jew".

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-24 ta’ Frar 2003.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 169, ta’ l-10.7.2000, p. 1.

[2] ĠU L 355, tat-30.12.2002, p. 45.

[3] ĠU L 81, tal-21.3.2001, p. 34.

[4] ĠU L 45, tal-15.2.2002, p. 56.

--------------------------------------------------