32003D0106

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 2002 li tikkonċerna l-approvazzjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-Proċedura għall-Kunsens Infurmat bil-Quddiem għal ċerti kemikali u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali

Official Journal L 063 , 06/03/2003 P. 0027 - 0028
CS.ES Chapter 11 Volume 46 P. 91 - 92
ET.ES Chapter 11 Volume 46 P. 91 - 92
HU.ES Chapter 11 Volume 46 P. 91 - 92
LT.ES Chapter 11 Volume 46 P. 91 - 92
LV.ES Chapter 11 Volume 46 P. 91 - 92
MT.ES Chapter 11 Volume 46 P. 91 - 92
PL.ES Chapter 11 Volume 46 P. 91 - 92
SK.ES Chapter 11 Volume 46 P. 91 - 92
SL.ES Chapter 11 Volume 46 P. 91 - 92


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tad-19 ta' Diċembru 2002

li tikkonċerna l-approvazzjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-Proċedura għall-Kunsens Infurmat bil-Quddiem għal ċerti kemikali u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali

(2003/106/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 175(1), b'konnesjoni ma' l-Artikolu 300(2), l-ewwel paragrafu, l-ewwel sentenza, u l-Artikolu 300(3) l-ewwel subparagrafu tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi:

(1) Il-Kummissjoni ipparteċipat f'isem il-Komunità fin-negozjati tal-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-Proċedura għall-Kunsens Infurmat bil-Quddiem għal ċerti kemikali u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali, b'konformità mal-mandatt għall-innegozzjar mogħti mill-Kunsill.

(2) Mal-konklużjoni tan-negozjati, il-Konvenzjoni kienet iffermata f'isem il-Komunit, ġewwa Rotterdam, fil-11 ta' Settembru 1998.

(3) Il-Konvenzjoni hija pass importanti għat-titjib tal-regolazzjoni internazzjonali tal-kummerċ ta' ċerti kimiki u pestiċidi perikolużi sabiex tkun imħarsa is-saħħa umana u l-ambjent mil-ħsara potenzali u sabiex tħeġġeġ l-użu ambjentalment tajjeb ta' tali sustanzi.

(4) Il-Konvenzjoni hija miftuħha għar-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni mill-Istati u mill-organizzazzjonijiet reġjonali ta' l-integrazzjoni ekonomika,

(5) Skond it-termini tal-Konvenzjoni, organizzazzjoni reġjonali ta' l-integrazzjoni ekonomika għandha tiddikjara fl-istrument tar-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni tagħha il-limitu tal-kompetenza tagħha fir-rigward tal-materji rregolati bil-Konvenzjoni.

(6) Fit-28 ta' Jannar 2003, ir-Regolament (KE) 304/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkonċerna l-esportazzjoni u l-importazzjoni tal-kemikali perikolużi [3], kien ġie adottat.

(7) B'konsegwenza, il-Komunit'tista tapprova il-Konvenzjoni,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-Proċedura għall-Kunsens Infurmat bil-Quddiem għal ċerti kemikali u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali, iffermata fil-11 ta' Settembru 1998, hija b'dan approvata f'isem il-Komunità Ewropea.

It-test tal-Konvenzjoni huwa elenkat fl-Anness A, hawn taħt.

Artikolu 2

1. Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina lill-persuna jew lill-persuni li jkollhom l-poter li jiddepositaw l-istrument ta' l-approvazzjoni f'isem il-Komunità mas-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, b'konformità ma l-Artikolu 25(1) tal-Konvenzjoni.

2. Il-persuna jew il-persuni mogħtija il-poter li jiddepositaw l-istrument ta' l-approvazzjoni għandhom fl-istess waqt jiddepositaw id-dikjarazzjoni tal-kompetenza kif elenkata fl-Anness B ta' din id-Deċiżjoni, kif huwa meħtieġ bl-Artikolu 25(3) tal-Konvenzjoni.

Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' Diċembri 2002.

Għall-Kunsill

Il-President

L. Espersen

[1] ĠU C 126 E, tat-28.5.2002, p. 274.

[2] L-Opinjoni tal-24 ta' Ottubru 2002 (għadha mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] Ara il-p.1 ta' dan il-Ġurnal.

--------------------------------------------------