Id-Deċiżjoni tal-kunsill tas-6 ta' Frar 2003 li tikkonċerna l-konkluzjoni tal-ftehim dwar il-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Ukrajna
Official Journal L 036 , 12/02/2003 P. 0031 - 0031
CS.ES Chapter 11 Volume 46 P. 42 - 42
ET.ES Chapter 11 Volume 46 P. 42 - 42
HU.ES Chapter 11 Volume 46 P. 42 - 42
LT.ES Chapter 11 Volume 46 P. 42 - 42
LV.ES Chapter 11 Volume 46 P. 42 - 42
MT.ES Chapter 11 Volume 46 P. 42 - 42
PL.ES Chapter 11 Volume 46 P. 42 - 42
SK.ES Chapter 11 Volume 46 P. 42 - 42
SL.ES Chapter 11 Volume 46 P. 42 - 42
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta' Frar 2003 li tikkonċerna l-konkluzjoni tal-ftehim dwar il-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Ukrajna (2003/96/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunitajiet Ewropej, l-aktar it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 170, f'rabta ma', l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2), u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Billi: (1) Ftehim ta' Sħubija u koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom min-naħa, u l-Ukrajna min-naħa l-oħra [3], ġie ffirmat fis-16 ta' Ġunju 1994 u daħal fis-seħħ fl-1ta' Marzu 1998. (2) Fil-11ta' Diċembru 1999 fil-Kunsill Ewropew ta' Helsinki, ġiet adottata Strateġija Komuni tal-Kunsill Ewropew (1999/877/CFSP) fuq l-Ukrajna [4]. (3) Il-Komunitajiet Ewropej u l-Ukrajna qed imexxu programmi RTD speċifiċi fl-oqsma ta' l-interess komuni. Fuq il-bażi ta' esperjenza mgħoddija, iż-żewġ naħat esprimew ix-xewqa li jistabbilixxu struttura usa' u aktar fil-fond biex titmexxa l-kollaborazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija. Dan il-ftehim ta' koperazzjoni fl-oqsma tax-xjenza u tat-teknoloġija jifforma parti mill-koperazzjoni globali bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Ukrajna. (4) Fid-deċiżjoni tiegħu tat-8 ta' Ottubru 2001, il-Kunsill awtorizza l-Kummisjoni biex tinnegozja f'isem il-Komunitajiet Ewropej ftehim għall-koperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Ukrajna. In-negozjati, immexxija skond id-direttivi tan-negozjati, irriżultaw fil-ftehim mehmuż u ż-żewġ annessi tiegħu. (5) Il-Ftehim ġie ffirmat fl-4 ta' Lulju 2002 f'Kopenħagen. (6) Il-ftehim għandu jiġi approvat, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim għall-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Ukrajna hu hawnhekk approvat f'isem il-Komunità. It-test tal-Ftehim u ż-żewġ annessi huma mehmużin ma' din id-deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill, f'isem il-Komunità, se jagħti n-notifikazzjoni prevista fl-Artikolu 12 tal-Ftehim. Magħmul fi Brussel, fis-6 ta' Frar 2003. F'isem il-Kunsill Il-President P. Efthymiou [1] Proposta tal-11.10.2002 (li għada ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [2] Opinjoni mwassla fis-17 ta' Diċembru 2002 (li għada ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [3] ĠU L 49, tad-19.2.1998, p. 3. [4] ĠU L 331, 23.12.99, p. 1. --------------------------------------------------