Official Journal L 025 , 30/01/2003 P. 0042 - 0042
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Jannar 2003 li testendi l-perjodu msemmi fl-Artiklu 21(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE fuq it-tpoġġija fis-suq ta’ patata taż-żrigħ, liema Direttiva tawtorizza lill-Istati Membri biex dawn jestendu l-perjodu tal-validità tad-deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza ta’ patata taż-żrigħ li tkun ġejja minn pajjiżi terzi (notifikata bid-dokument li jġib in-numru K(2003) 351) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2003/66/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq it-tpoġġija fis-suq ta’ patata taż-żrigħ [1], u l-aktar it-tieni sotto-paragrafu ta’ l-Artiklu 21(3) tiegħua, Billi: (1) Id-Direttiva 2002/56/KE tisħaq li, b’effett minn ċerti dati l-Istati Membri jistgħu ma jwaqqfux għalihom infushom l-ekwivalenza ta’ patata taż-żrigħ li tkun ġejja minn pajjiżi terzi ma’ dik li tkun ġejja mill-Komunità u li tkun fi qbil ma’ dik id-Direttiva. (2) Madankollu, minħabba li x-xogħol biex titwaqqaf l-ekwivalenza Komunitarja għall-patata taż-żrigħ kollha li tkun ġejja mill-pajjiżi terzi kkonċernati għadu ma tlestiex, id-Direttiva 2002/56/KE tħalli lill-Istati Membri biex dawn jestendu sal-31 ta’ Marzu 2002 il-validità tad-deċiżjonijiet ta’ l-ekwivalenza li dawn kienu ħadu diġà għall-patata taż-żrigħ li kienet ġejja minn ċerti pajjiżi terzi, iżda li ma kinitx koperta mill-ekwivalenza tal-Komunità. (3) Fin-nuqqas ta’ regoli Komunitarji fuq l-ekwivalenza ta’ patata taż-żrigħ li tkun inħasdet f’pajjiżi terzi ma’ dik li tkun ġejja mill-Komunità, l-awtorizzazzjoni mogħtija lill-Istati Membri bid-Direttiva 2002/56/KE biex jitwal il-perjodu tal-validità tad-deċiżjonijiet ta’ l-ekwivalenza għandha tkun estiża. (4) Il-miżuri li hemm f’din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq Iż-Żrieragħ u l-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikultura u l-Foresti, ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Fl-ewwel sotto-paragrafu ta’ l-Artiklu 21(3) tad-Direttiva 2002/56/KE, il-frażi "il-31 ta’ Marzu 2002" għandha tinbidel fil-frażi "il-31 ta’ Marzu 2005". Artikolu 2 Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussel, fit-28 ta’ Jannar 2003. Ghall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 193, 20.07.02, p. 60. --------------------------------------------------