32003D0035



Official Journal L 011 , 16/01/2003 P. 0052 - 0053


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

ta’ l-10 ta’ Jannar 2003

li tagħraf fil-prinċipju t-tkomplija tad-dossier issottomess għal eżami ddettaljat bil-ħsieb tad-dħul possibbli tal-benalaksil-M, il-benzjavalikarb, il-1-metilċiklopropene, il-prozjokonazol u l-fluwoksastrobin fl-Anness I mad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li tirrigwarda t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

(innotifikata fid-dokument bin-numru C(2002) 5575)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2003/35/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 2002 li tirrigwarda t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/81/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 6(3) tagħha,

Billi:

(1) Id-Direttiva 91/414/KEE tipprovdi li tiġi żviluppata lista Komunitarja tas-sustanzi attivi awtorizzati sabiex jiġu inkoporati fil-prodotti għall-protezzjoni tas-saħħa tal-pjanti.

(2) Ġie ssottomess dossier dwar is-sustanza attiva benalaksil-M mid-ditta Isagro ta’ l-Italja lill-awtoritajiet Portrugiżi fit-22 ta’ Frar 2002 bil-ħsieb li tikseb id-dħul tagħha fl-Anness I ta’ mad-Direttiva 91/414/KEE. Dossier għas-sustanza attiva benzjavalikarb kien issottomess mill-Kumiai Chemicals Industry Co Ltd lill-awtoritajiet tal-Belġju fid-19 ta’ April 2002. Dossier għas-sustanza attiva 1-metilċiklopropene kien issottomess minn Rohm and Haas, lill-awtoritajiet tar-Renju Unit fit-28 ta’ Frar 2002. Dossier għas-sustanza attiva prothioconazole kien issottomess minn Bayer Crop Science, lill-awtoritajiet tar-Renju Unit fil-25 ta’ Marzu. Dossier għas-sustanza attiva fluoxastrobin kien issottomess minn Bayer Crop Science, lill-awtoritajiet tar-Renju Unit fil-25 ta’ Marzu 2002.

(3) L-awtoritajiet tal-Portugall, tal-Belġju u tar-Renju Unit indikaw lill-Kummssjoni illi, fuq eżami tal-bidu, id-dossiers għas-sustanzi attivi interessati jidhru illi jissodisfaw il-ħtiġiet dwar l-informazzjoni u t-tagħrif ta’ l-Anness II mad-Direttiva 91/414/KEE. Id-dossiers issottomessi jidhru li jissodisfaw ukoll il-ħtiġiet ta’ l-informazzjoni u t-tagħrif ta’ l-Anness III mad-Direttiva 91/414/KEE rigward prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva interessata. Skond l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, id-dossiers kienu sossegwentement mibgħuta mill-applikanti rispettivi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, u kienu riferiti lill-Kumitat Permanenti tal-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali.

(4) B’din id-Deċiżjoni għandu jiġi kkonfermat formalment fil-livell Komunitarju illi d-dossiers huma kkunsidrati li jissodisfaw fil-prinċipju l-ħtiġiet ta’ l-informazzjoni u t-tagħrif iprovvduti fl-Anness II u, għall-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva interessata, il-ħtiġiet ta’ l-Anness III mad-Direttiva 91/414/KEE.

(5) Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tippreġudika d-dritt tal-Kummissjoni li titlob lill-applikant li jissottometti iktar informazzjoni u tagħrif lill-Istat Membru nnominat bħala Rapporteur rigward ċerta sustanza sabiex jiġu ċċarati ċerti punti fid-dossier.

(6) Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-dossiers li jirrigwardaw is-sustanzi attivi identifikati fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni, li kienu ssottomessi lill-Kummisjoni u lill-Istati Membri bil-ħsieb li jiksbu l-inklużjoni ta’ dawn is-sustanzi fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE, jissodisfaw fil-prinċipju l-ħtiġiet ta’ l-informazzjoni u t-tagħrif iddikjarati fl-Anness II mad-Direttiva 91/414/KEE.

Id-dossiers jissodisfaw ukoll il-ħtiġiet ta’ l-informazzjoni u t-tagħrif iddikjarati fl-Anness III mad-Direttiva 91/414/KEE rigward prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva interessata, filwaqt li jitqiesu l-użi proposti.

Artikolu 2

Ir-rapporteur ta’ l-Istati Membri għandu jsegwi l-eżami ddettaljat tad-dossiers interessati u għandu jirrapporta l-konklużjonijiet ta’ l-eżami tagħhom akkumpanjat b’kull rakkommanazzjoni rigward l-inklużjoni jew in-nuqqas ta’ l-inklużjoni tas-sustanza attiva interessata fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE u kull kondizzjoni li għandha x’taqsam magħhom malajr kemm jista’ jkun u l-ikar tard f’perjodu taż-żmien ta’ sena mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-10 ta’ Jannar 2003.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1.

[2] ĠU L 276, tat-12.10.2002, p. 28.

--------------------------------------------------

ANNESS

IS-SUSTANZI ATTIVI INTERESSATI F’DIN ID-DEĊIŻJONI

In-Nru | L-Isem Komuni, in-Numru ta’ l-ientifikazzjoni tas-CIPAC | L-Applikant | Id-Data ta’ l-applikazzjoni | L-Isat Membru Rapporteur |

1 | Il-Benelaksil-M mhux allokat | Isagro, l-Italja | tat- 22.2.2002 | PT |

2 | Il-Benzjavalikarb Nru tas-CIPAC 744 | Il-Kumiai Chemicals Industry CoLtd | tad- 19.4.2002 | BE |

3 | Il-1-metilċiklopropene mhux allokat | Ir-Rohm and Haas | tat- 28.2.2002 | UK |

4 | Il-Prozjokonazol Nru tas-CIPAC 745 | Il-Bayer AG | tal- 25.3.2002 | UK |

5 | Il-Fluwoksastrobin Nru tas-CIPAC 746 | Il-Bayer AG | tal- 25.3.2002 | UK |

--------------------------------------------------