32003D0024



Official Journal L 008 , 14/01/2003 P. 0044 - 0045


Id-Deċiżjoni Tal-Kummissjoni

tat-30 ta’ Diċembru 2002

li tirrigwarda l-iżvilupp ta’ sistema veterinarja integrata u komputerizzata

(innotifikata fid-dokument bin-numru C(2002) 5496)

(2003/24/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 li tirrigwarda l-kontrolli veterinarji u zootekniċi li japplikaw fil-kummerċ intra-Komunitarju rigward ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb li jiġi kkompletat is-suq intern [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/118/KEE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 20(3) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 dwar il-komputerizazzjoni tal-proċeduri veterinarji ta’ l-importazzjoni (il-proġett Shift), li temenda d-Direttivi 90/675/KEE, 91/496/KEE, 91/628/KEE u d-Deċiżjoni 90/424/KEE, u revokat id-Deċiżjoni 88/192/KEE [3], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/1KE [4] u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju [5], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2001/572/KE [6], u b’mod partikolari l-Artikoli 37 u 37(a) tagħha,

Billi:

(1) Id-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 1999 dwar qafas Komunitarju għall-firem elettroniċi [7] tfittex li tiggarantixxi s-sigurtà u l-fiduċja fil-medja tal-komunikazzjoni elettronika u li tiffaċilita l-użu tagħhom mill-awtoritajiet nazzjonali u Komunitarji sabiex jikkomunikaw bejniethom u maċ-ċittadini u l-operaturi ekonomiċi.

(2) L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/563/KEE tad-19 ta’ Novembreu 1992 dwar id-database li jkopri l-ħtiġiet Komunitarji ta’ l-importazzjonijiet, previst mill-proġett Shift [8], jistabbilixxi illi l-Kummissjoni trid tiżviluppa d-databases rilevanti.

(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 81/398 tad-19 ta’ Lulju 1991 dwar network ikkomputerizzat li jgħaqqad l-awtoritajiet veterinarji (Animo) [9] tiddefinixxi l-prinċipji li jirregolaw in-network tal-konunijazzjonijiet li jgħaqqdu l-unitajiet veterinarji.

(4) Ix-xogħol imwettaq fl-istudji u s-seminarji Komunitarji wera illi d-disinn tal-bini tan-network Animo jeħtieġ li jiġi rrivedut sabiex joħloq sistema veterinarja li tinkludi applikazzjonijiet varji bil-kompjuter.

(5) Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew A5-0396/2000 dwar ir-Rapport Speċjali Nru 1/2000 [10] tal-Qorti tal-Verifika dwar it-tfaqqigħ tad-deni klassiku tal-ħnieżer issejjaħ sabiex in-network Animo jiġi ġestit u żviluppat taħt il-kontroll sħiħ tal-Kummissjoni u li jsiru emendi skond l-osservazzjonijiet tal-Qorti.

(6) Sabiex jiġu ottimizzati l-funzjonijiet u l-interfaces, l-Istati Membri jeħtieġu li jkunu involuti mill-qrib fl-iżvilupp ta’ sistema veterinarja integrata u kkomputerizzata.

(7) Il-miżuri provvduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Komunità għandha tistabbilixxi malajr kemm jista’ jkun sistema bil-kompjuter li tintegra l-funzjonijiet tas-sistami ANIMO u SHIFT f’disinn wieħed ta’ bini. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta’ din i-sistema huma ddikjarati fl-Anness.

Artikolu 2

1. Fl-ewwel fażi, il-Kummissjoni għandha tfassal l-ispeċifikazzjonijiet għas-sistema ġdida Animo, tanalizza s-sistema u tippreżenta prototip.

Il-Kummissjoni għandu jkollha budget ta’ EUR 200000 għal dan ix-xogħol.

2. Fit-tieni fażi, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa s-sistema l-ġdida Animo u tagħmel id-databases disponibbli lill-Istati Membri.

3. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa u tintegra wkoll fis-sistema l-ġdida bil-kompjuter is-sistema Shift, b’mod partikolari l-funzjonijiet meħtieġa sabiex tgħin it-teħid tad-deċiżjonijiet fuq il-posti ta’ l-ispezzjoni fuq il-fruntieri, rigward kemm il-materji regolatorji u l-analiżijiet tar-riskji.

Artikolu 3

Id-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali tas-Saħħa u l-Protezzjoni tal-Konsumaturi għandu jkun awtorizzat li jiffirma l-kuntratti meħtieġa sabiex tiġi implimentata din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-30 ta’ Diċembru 2002.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 29.

[2] ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 49.

[3] ĠU L 243, tal-25.8.1992, p. 27.

[4] ĠU L 1, ta’ l-1.1.1995, p. 113.

[5] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 19.

[6] ĠU L 203, tat-28.7.2001, p. 16.

[7] ĠU L 13, tad-19.1.2000, p. 12.

[8] ĠU L 361, ta’ l-10.12.1992, p. 45.

[9] ĠU L 221, tad-9.8.1991, p. 30.

[10] ĠU C 85, tat-23.3.2000, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Id-disinn tal-bini tas-sistemi bil-kompjuter tad-Direttorat Ġenerali tas-Saħħa u l-Protezzjoni tal-Konsumaturi huwa msejjes fuq it-teknoloġija ta’ n-indani, bi browser fuq in-naħa tal-klijent, web server għall-preżentazzjoni tat-tagħrif u server separat Oracle għad-database. L-applikazzjonijiet strateġiċi huma żviluppati fil-JAVA bl-użu tal-BEA Weblogic. Il-protokoll tan-network huwa IP, u, meta meħtieġ għar-raġunijiet ta’ sigurtà, data-network, TESTA II, u jintużaw protokolli tas-sigurtà bħas-Secure Socket Layer (SSL) u l-Public Key Infrastructure (PKI). L-informazzjoni tiġi skambjata bejn l-applikazzjonijiet bl-użu ta’ l-istandard XML.

Ir-rapporti statistiċi jiġu ġġenerati mill-BO (l-Oġġett tan-Negozju) u s-software kartografiku.

--------------------------------------------------