32003D0019



Official Journal L 008 , 14/01/2003 P. 0034 - 0034


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

ta' l-14 ta' Ottubru 2002

dwar id-deklassifika ta' ċerti partijiet mis-Sirene Manual adottat mill-Kumitat Eżekuttiv stabbilit mill-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985

(2003/19/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207 tiegħu,

Billi:

(1) Bid-Deċiżjoni tiegħu ta' l-14 ta' Diċembru 1993 (SCH/Com-ex (93) 22 rev) u tat-23 ta Ġunju 1998 (SCH/Com-ex (98) 17), il-Kumitat Eżekuttiv stabbilit bil-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985, li ġie mibdul mill-Kunsill skond l-Artikolu 2 tal-Protokoll ta' Schengen, ikklasifikat bħala "Sigriet" is-Sirene Manual, li l-verżjoni finali tiegħu kienet adottata bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżkuttiv imsemmi fit-8 ta' April 1999 (SCH/Com-ex (99) 5).

(2) Is-Sirene Manual u d-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv dwar il-klassifika tiegħu jiffurmaw parti mill-acquis ta' Schengen kif iddefinit mill-Kunsill fid-Deċiżjoni tiegħu 1999/435/KE fil-20 ta' Mejju 1999.

(3) Ċerti partijiet mis-Sirene Manual għandhom jiġu ddeklassifikati.

(4) Ċerti partijiet tas-Sirene Manual għandu jkunu deklassifikati għal "Ristrett għall-UE".

(5) Huwa approprjat li jitħassru d-deċiżjonijiet tal-Kumitat Eżekuttiv (SCH/Com-ex (93) 22 rev) u (SCH/Com-ex (98) 17), safejn u sakemm għandhom x'jaqsmu mal-klasifika tas-Sirene Manual, sabiex id-deċiżjonijiet futuri dwar il-klassifika tad-dokumenti, kif iddikjarati fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE tad-19 ta' Marzu 2001 li jadottaw ir-regolamenti tal-Kunsill dwar is-sigurtà. [1],

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sirene Manual għandu jiġi ddeklassifikat, bl-eċċezzjoni tat-taqsima 2.3 u l-Annessi 1, 2, 3, 4, 5 u 6.

Artikolu 2

It-Taqsima 2.3 tas-Sirene Manual, kif ukoll l-Annessi 1, 2, 3, 4, 5 u 6 għandhom jiġu kklassifikati bħala "Ristrett għall-UE".

Artikolu 3

Il-partijiet iddeklassifikati tas-Sirene Manual għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 4

1. Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat Eżekuttiv tax-Schengen ta' l-14 ta' Diċembru 1993 (SCH/Com-ex (93)22 rev.) u tat-23 ta Ġunju 1998 (SCH/Com-ex (98) 17) għandhom jitħassru safejn u sakemm ikollhom x'jaqsmu mas-Sirene Manual.

2. Id-deċiżjonijiet futuri dwar il-klassifika tas-Sirene Manual għandhom jittieħdu skond id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2001/264/KE.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett mill-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fil-Lussemburgu, 1-14 ta' Ottubru 2002.

Għall-Kunsill

Il-President

L. Espersen

[1] ĠU L 101, tal-11.4.2001, p. 1

--------------------------------------------------