32002R2321



Official Journal L 355 , 30/12/2002 P. 0023 - 0034


Ir-Regolament (KE) Nru 23212002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tas-16 ta' Diċembru 2002

dwar ir-regoli għall-parteċipazzjoni ta' intrapriżi, ċentri ta'riċerka u universitajiet fi, u għad-diffużjoni tar-riżultati ta' riċerka għal, l-implimentazzjoni tas-Sitt Programm Kwadru (2002-2006) tal-Komunità Ewropea

(Test b’ relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment Artikolu 167 u t-tieni paragrafu ta' Artikolu 172 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposti tal-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Socjali [2],

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura msemmija f'Artikolu 251 tat-Trattat [3],

Billi:

(1) Is-Sitt Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għar-riċerka l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta'dimostrazzjoni li jikkontribwixxu għall-ħolqien ta' Żona Ewropea tar-Riċerka u l-innovazzjoni (2002-2006) (is-Sitt Programm Kwadru), kien adottat permezz tad-Deċiżjoni Nru 1513/2002/KE tal-Parlament Ewropew u talKunsill [4]. Ir-regoli għall-parteċipazzjoni finanzjarja tal-Komunità, kif elenkati f'Anness III għal dik id-Deċiżjoni, jeħtieġu li jkunu supplimentati minn dispożizzjonijiet oħrajn.

(2) Dawk il-dispożizzjonijiet għandhom jiffurmaw parti minn struttura koerenti u trasparenti li tieħu kont b'mod sħieġ ta' l-għanjiet u l-karatteristiċi ta' l-istrumenti mfissra f'Anness III mas-Sitt Programm Kwadru sabiex tkun garantit implimentazzjoni effiċjenti kemm jista' jkun, wara li jittieħed kont ta' tal-ħtieġa li jkun hemm aċċess faċli għal parteċipanti permezz ta' proċeduri simplifikati. Dan jgħodd partikolarment għal intrapriżi żgħar jew ta' daqs medju (SMEs), minħabba l-parteċipazzjoni ta' raggruppamenti ta' intrapriżi.

(3) Ir-regoli għall-parteċipazzjoni ta' intrapriżi, ċentri ta' riċerka u universitajiet għandhom jieħdu kont tan-natura ta' l-attivitajiet ta' riċerka u ta' żvilupp tekno-loġiku, inklużi l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni.

Jistgħu wkoll ivarjaw skond jekk il-parteċipant ikunx bażat fi Stat Membru, fi Stat assoċjat, kemm jekk ikun pajjiż kandidat u kemm jekk le, jew f'pajjiż terz, u fuq l-istruttura legali tiegħu, jiġifieri jekk tkunx organizzazzjoni nazzjonali, jew organizzazzjoni internazzjonali, ta' interess Ewropew jew le, SME, Raggruppament ta' Interess Ekonomiku Ewropew, jew assoċjazzjoni tal- parteċipanti.

(4) Konformement mas-Sitt Programm Kwadru, il- parteċipazzjoni ta' entitajiet legali minn pajjiżi terzi għandha tkun mistennija, fid-dawl ta' l-għanjiet ta' kooperazzjoni internazzjonali, partikolarment skond Artikoli 164 u 170 tat-Trattat.

(5) L-organizzazzjonijiet internazzjonali li huma dedikati għall-iżvilupp tal-kooperazzjoni fil-qasam tar-riċerka fl-Ewropa u li fil-biċċa kbira tagħhom huma magħmula minn Stati Membri jew Stati assoċjati jikkontribwixxu għall-ħolqien taż-Żona Ewropea tar-Riċerka. Għalhekk, għandhom ikunu inkoraġġati sabiex jipparteċipaw fis-Sitt Programm Kwadru.

(6) Iċ-Ċentru ta' Riċerka Konġunta jieħu seħem f' azzjonijiet indiretti ta' riċerka u ta' żvilupp teknoloġiku fuq l-istess bażi bħall-entitajiet legali stabbiliti fi Stat Membru.

(7) L-attivitajiet tas-Sitt Programm Kwadru għandhom ikunu konformi ma' l-interessi finanzjarji tal-Komunità u għandhom jipproteġu dawk l-interessi. Ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-Programm Kwadru u l-programmi speċifiċi tiegħu tinkludi wkoll l-aspetti finanzjarji li joħorġu minnu.

(8) Ir-regoli li jiggvernaw id-diffużjoni tar-riżultati tar-riċerka għandhom jippromwovu il-ħarsien tal-propjetà intellettwali u l-użu u d-diffużjoni ta' dawk ir-riżultati. Għandhom jiżguraw li l-parteċipanti jkollhom aċċess reċiproku għan-know-how li jkun diġà jeżisti u għat-tagħrif miġbur mix-xogħol ta' riċerka safejn ikun meħtieġ sabiex isir ix-xogħol ta' riċerka jew biex tintuża t-tagħrif li joħroġ minnha. Fl-istess ħin, huma għandhom jiggarantixxu l-ħarsien ta' l-assi intellettwali tal-parteċipanti. Huma għandhom jikkunsidraw il-karatteristiċi tal-proġetti integrati u s-sistemi ta' eċċellenza, partikolarment billi joffru grad għoli ta' flessibilità lill-parteċipanti, u jħalluhom jaqblu bejniet-hom fuq il-ftehim adattati għal-kollaborazzjoni tagħom u għall-isfruttament ta' t-tagħrif li tinkiseb. Dawn il-ftehim jistgħu jiffurmaw parti minn ftehim ta' konsorzju.

(9) L-attivitajiet taħt is-Sitt Programm Kwadru għandhom ikunu mmexxija b'mod konformi mal-prinċipji etiċi, inklużi dawk reflessi fil-Karta tad- Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea, u għandhom jistinkaw kemm sabiex ikabbru r-rwol tan-nisa fir-riċerka kif ukoll biex itejbu l-informazzjoni u d-djalogu mas-soċjetà, kif ukoll jippromwovu l-parteċipazzjoni mir-reġjuni l-aktar imbegħda tal-Komunità,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

L-EWWEL KAPITOLU

DISPOŻIZZJOIJIET TA' INTRODUZZJONI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-parteċipazzjoni ta' intrapriżi, ċentri ta' riċerka u universitajiet, u regoli għad-diffużjoni tar-riżultati tar-riċerka li ssir taħt is-Sitt Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni li jikkontribwixxu għall-ħolqien taż-Żona Ewropea tra-Riċerk u għall-innovazzjoni (2002-2006) (minn hawn il-quddiem msemmi bħala "Is-Sitt Programm Kwadru"), bl-eċċezzjoni ta' l-attivitajiet RTD eżegwiti minn intrapriża konġunta jew kull struttura oħra mwaqqfa skond Artikolu 171 tat-Trattat.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:

1. "L-attività ta' RTD" tfisser waħda mill-attivitajiet ta' riċerka u żvilupp teknoloġiku, inklużi l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni, deskritti f'Annessi I u III mas-Sitt Programm Kwadru;

2. "Azzjoni diretta" tfisser attività ta' RTD mmexxija miċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka (minn hawn il-quddiem msejjaħ bħala l-JRC) fix-xogħol assenjat lilu taħt is-Sitt Programm Kwadru;

3. "Azzjoni indiretta" tfisser attività ta' RTD mmexxija minn parteċipant wieħed jew iktar permezz ta' strument tas-Sitt Programm Kwadru;

4. "Strumenti" tfisser il-mekkaniżmi għal intervent indirett mill-Komunità kif imniżżel f'Anness III għas-Sitt Pro-gramm Kwadru, bl-eċċezzjoni tal-parteċipazzjoni finanzjarja tal-Komunità skond Artikolu 169 tat-Trattat;

5. "il-kuntratt" tfisser ftehim ta' għotja bejn il-Komunità u l-parteċipanti dwar l-esekuzzjoni ta' azzjoni indiretta li tista-bbilixxi d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet bejn il-Komunità u l-parteċipanti fuq naħa, u bejn il-parteċipanti f’ dik l-azzjoni indiretta fuq in-naħa l-oħra;

6. "Ftehim ta’ konsorzju" tfisser ftehim li l-parteċipanti f’ azzjoni indiretta jikkonkludu bejniethom għall-implimentazzjoni tiegħu. Ftehim bħal dan m'għandux jaffettwa l-obbligazzjonijiet tal-parteċipanti lejn il-Komunità u żlejn xulxin li joħorġu minn dan ir-Regolament jew mill-kuntratt;

7. "parteċipant" ifisser persuna ġuridika li tikkontribwixxi għal azzjoni indiretta u li jkollha drittijiet u l-obbligazzjonijiet lejn il-Komunità skond dan ir-Regolament jew skond il-kuntratt;

8. "persuna ġuridika" tfisser kull persuna fiżika, jew kull persuna ġuridika maħluqa skod il-liġi nazzjonali tal-post fejn tkun stabbilita, skond il-liġi tal-Komunità, jew il-liġi internazzjonali, li għandha personalità legali u li hija intitolata għad-drittijiet u l-obbligazzjonijiet ta' kull tip f'isimha;

9. "konsorzju" tfisser il-parteċipanti kollha fl-istess azzjoni indiretta;

10. "koordinatur" tfisser il-parteċipant maħtur mill-parteċipanti fl-istess azzjoni indiretta u aċċettat mill-Kummissjoni, li jkollu obbligazzjonijiet speċifiċi addizzjonali skond dan ir-Regolament u l-kuntratt;

11. "organizzazzjoni internazzjonali" tfisser kull persuna ġuridika ffurmata minn assoċjazzjoni ta' Stati, bl-eċċezzjoni tal-Komunità, stabbilita fuq il-bażi ta' trattat jew att simili, li jkollha istituzzjonijiet komuni u li kollha personalità ġuridika nternazzjonali distinta minn dik ta' l-Istati Membri tagħha;

12. "Organizzazzjoni internazzjonali ta' Interess Ewropew" tfisser organizzazzjoni internazzjonali, li l-maġġoranza tal-membri tagħha huma Stati Membri tal-Komunità Ewropea jew Stati assoċjati, u li l-għan ewlieni tagħom huwa li jippromwovu l-kooperazzjoni x-xjenza u t-teknoloġija ewropea;

13. "pajjiż kandidat assoċjat" tfisser kull Stat assoċjat rikonoxxut mill-Komunità bħala kandidat għall-adeżjoni ma’ l-Unjoni Ewropea;

14. "Stat assoċjat" tfisser Stat li huwa parti fi ftehim inter-nazzjonali mal-Komunità, skond it-termini jew li fuq il-bażi tiegħu jagħmel kontribuzzjoni finanzjarja lis-Sitt Programm Kwadru jew lil parti minnu;

15. "pajjiz terz" tfisser Stat li la jkun Stat Membru u lanqas Stat assoċjat;

16. "Raggruppament ta’ Interess Ekonomiku Ewropew (EEIG)" tfisser kull persuna ġuridika stabbilita skond ir-Regolament Tal-Kunsill (KEE) Nru 213785 [5];

17. "intrapriżi żgħar u ta' daqs medju" (minn hawn il-quddiem msemmija SMEs) tfisser intrapriżi li jilħqu l-kriterji indikati fir-Rakkomandazzjoni tal-Kommissjoni 96/280/KE [6];

18. "Raggruppament ta' intrapriżi" tfisser kull persuna ġuridika magħmula l-aktar minn SMEs u li tirrappreżenta l-interessi tagħhom;

19. "budget" tfisser pjan finanzjarju li jagħmel stima tar-riżorsi u l-ispejjeż kollha meħtieġa biex titwettaq azzjoni indiretta;

20. "irregolarità" tfisser kull ksur ta' sidpożizzjoni tal-liġi tal-Komunità jew kull ksur ta' obbligazzjoni kuntrattwali li jirriżulta minn xi att jew ommissjoni minn persuna ġuridika li jkollu, jew li jista’ jkollu, l-effett li jippreġudika il-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea jew ta' budgets ġestiti minnha permezz ta' nfieq mhux ġustifikat;

21. "informazzjoni preeżistenti" tfisser l-informazzjoni f’ idejn il-parteċipanti qabel il-konkluzjoni tal-kuntratt jew miksuba fl-istess ħin miegħu, kif ukoll id-drittijiet ta' l-awtur jew id-drittijiet relatati ma’ informazzjoni ta' dan it-tip wara l-applikazzjonijiet jew il-ħruġ ta' patenti, disinji, varjetajiet ta' pjanti, ċertificati ta' protezzjoni supplementari jew forom simili ta' protezzjoni;

22. "tagħrif" tfisser ir-riżultati, inkluża l-informazzjoni, sew jekk tista’ tiġi protetta u sew jekk le, li jinkisbu mill- azzjonijiet diretti u l-azzjonijiet indiretti, kif ukoll id-drittijiet tal-awtur jew id-drittijiet relatati ma’ dawn ir-riżultati wara applikazzjonijiet għal, jew il-ħruġ ta' patenti, disinji, varjetajiet ta' pjanti, ċertificati ta' protezzjoni supp-lementari jew forom simili ta' protezzjoni;

23. "id-diffużjoni" tfisser il-divulgazzjoni ta' informazzjoni b’ kull mezz adattat minbarra l-pubblikazzjoni li tirriżulata mill-formalitajiet għal-ħarsien ta' l-informazzjoni;

24. "użu" tfisser l-utilizzazzjoni diretta jew indiretta ta' l-informazzjoni fl-attivitajiet ta' riċerka jew għall-iżvilupp, il-ħolqien u t-tqegħid fis-suq ta' prodott jew proċess jew għal ħolqien u l-provista ta' servizz;

25. "programm ta' xogħol" tfisser pjan imfassal mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni ta' program speċifiku.

26. "programm konġunt ta' attivitajiet" tfisser l-azzjonijiet li jidħlu għalihom il-parteċipanti u li huma meħtieġa biex tiġi implimentata sistema ta' eċċellenza;

27. "drittijiet ta' aċċess" tfisser liċenzji u d-drittijiet għall- użu tat-tagħrif jew ta' know-how pre-eżistenti;

28. "interess leġittimu" tfisser kull tip ta' interess ta' parteċipant, partikolarment interess kummerċjali, li wieħed jista’ jesiġih fil-każi speċifikati f’ dan ir-Regolament; għal dan il-għan, il-parteċipant huwa meħtieġ li jipprova li, f'kull każ, in-nuqqas li jiġi kkunsidrat l-interess tiegħu jista’ jikkawżalu dannu sproporzjonat;

29. "il-pjan ta' implimentazzjoni" tfisser l-azzjonijiet kollha tal-parteċipanti fi proġett integrat;

30. "Stati industrijalizzati" tfisser dawk il-pajjiżi terzi li huma membri tal-G7;

31. "korp pubbliku" tfisser korp tas-settur pubbliku jew persuna ġuridika li taqa’ taħt liġi privata b'funzjoni ta' servizz pubbliku li jipprovdi garanziji finanjarji xierqa.

Artikolu 3

L-independenza

1. Żewġ entitajiet legali għandhom ikunu indipendenti minn xulxin għall-finijiet ta' dan ir-Regolament fejn ma jkun hemm ebda relazzjoni ta' kontroll bejniethom. Relazzjoni ta' kontroll teżisti fejn persuna ġuridika direttament jew indirettament tikkontrolla l-oħra jew persuna ġuridika tkun taħt l-istess kontroll dirett jew indirett bħal persuna ġuridika oħra. Kontroll jista' jirriżulta partikolarment minn:

(a) Sehem dirett jew indirett ta' aktar minn 50 % tal-valur nominali tal-kapital azzjonarju maħruġ f'persuna ġuridika, jew ta' maġġoranza tad-drittijiet tal-vot fost l-azzjonisti jew soċji f’ dik il-persuna ġuridika;

(b) Sehem dirett jew indirett fil-fatt jew fid-dritt ta' poter ta' deċiżjoni f'persuna ġuridika.

2. Sehem dirett jew indirett ta' aktar minn 50 % tal-valur nominali tal-kapital azzjonarju maħruġa f'persuna ġuridika jew maġġoranza tad-drittijiet tal-vot ta' l-azzjonisti jew soċji fil-persuna ġuridika msemmija minn korporazzjonijiet ta' investiment pubbliku, investituri istituzzjonali jew kumpaniji u fondi ta' kapital ta' sogru m'għandux minnu nnifsu jikkostitwixxi relazzjoni ta' kontroll.

3. Il-propjetà jew is-superviżjoni ta' persuni ġuridiċi mill-istess korp pubbliku m'għandux minnu nnifsu jikkostitwixxi relazzjoni ta' kontroll bejniethom.

IT-TIENI KAPITOLU

PARTEĊIPAZZJONI F' AZZJONIJIET INDIRETTI

Artikolu 4

Prinċipji ġenerali

1. Kull persuna ġuridika li tieħu sehen f' azzjoni indiretta tista tirċievi kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità bla ħsara għal Artikoli 6 u 7.

2. Any legal entity established in an associated State may participate in indirect actions on the same footing and shall have the same rights and obligations as a legal entity established in a Member State, subject to Article 5.

3. Il-JRC jista' jieħu sehem f' azzjonijiet indiretti fuq l-istess bażi u huwa ntitolat għall-istess drittijiet u obblig-azzjonijiet bħal persuna ġuridika stabbilita fi Stat Membru.

4. Kull organizzazzjoni internazzjonali ta' interess Ewropew tista' tieħu sehem f' azzjonijiet indiretti fuq l-istess bażi u hija intitolata għall-istess drittijiet u obblig-azzjonijiet bħal persunaġuridika stabbilita fi Stat Membru skond il-ftehim dwar l-uffiċċju prinċipali.

5. Il-programmi ta' xogħol jistgħu jispeċifikaw u jillim-itaw il-parteċipazzjoni tal-persuni ġuridiċi f'azzjoni indi-retta skond l-attività u t-tip u skond l-istrument użat u sabiex jikkunsidraw l-għanjiet speċifiċi tas-Sitt Programm Kwadru.

Artikolu 5

Għadd minimu ta' parteċipanti u l-post fejn ikunu stabbiliti

1. Il-programmi ta' xogħol għandhom jispeċifikaw in-numru minimu ta' parteċipanti meħtieġa għal kull azzjoni indiretta kif ukoll il-post fejn ikunu stabbiliti, skond in-natura ta' l-istrument u l-għanjiet tal-attività ta' RTD.

2. Bla ħsara għall-paragrafu 3, in-numru minimu ta' parteċipanti stabbilit mill-programmi ta' xogħol għandu jkun mhux inqas minn tlitt persuni ġuridiċi indipendenti legali stabbiliti fi tlitt Stati Membri differenti jew Stati assoċjati, li minnhom għallinqas tnejn għandhom ikunu Stati Membri jew pajjiżi kandidati assoċjati.

3. Azzjonijiet ta' appoġġ speċifiku u azzjonijiet li jiffavorixxu r-riżorsi umani u l-mobilità, ħlief għall-infrastrutturi ta' taħriġ fir-riċerka, jistgħu jinħadmu minn entità legali waħda.

4. EEIG jew kull persuna ġuridika mwaqqfa fi Stat Membru jew Stat assoċjat skond il-liġi nazzjonali tiegħu u li huwa magħmul minn entitajiet legali indipendenti li jissodifaw il-kriterji ta' dan ir-Regolament tista' tkunu l-unika parteċipant f'azzjoni indiretta, iżda li l-formazzjoni tagħha tkun skond il-kondizzjonijiet stabbiliti skond id-dispożizzjonjiet tal-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 6

Parteċipazzjoni minn entitajiet legali minn pajjiżi terzi

1. Minbarra l-għadd minimu ta' parteċipanti stabbilit skond Artikolu 5, kull entità legali stabbilita f'pajjiż terz tista' tieħu sehem fl-attivitajiet ta' RTD kif provdut taħt l-intestatura Il-"Konċentrazzjoni u l-Integrazzjoni tar-Riċerka tal-Komunità" tas-Sitt Programm Kwadru. dispożizzjonijiet dettaljati għal din il-parteċipazzjoni jistgħu jkunu mniżżla fil-programm ta' xogħol rilevanti. L-involviment ta' parteċipanti minn Stati industrijali jista' jkun suġġett għall-arranġamenti ta' natura reċiproka, li jistgħu tieħu l-forma ta' ftehim xjentifiku u teknoloġiku.

Kull entità legali stabbilita f'pajjiż terz, li jaqa' taħt l-attivitajiet speċifiċi internazzjonali ta' kooperazzjoni provduti taħt l-intestatura "Il-Konċentrazzjoni u l-Integrazzjoni tar-Riċerka tal-Komunità" tas-Sitt Programm Kwadru tista' tirċievi kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità skond il-limiti tal-budget allokati fl-Anness II mas-Sitt Programm Kwadru għall-azzjoni msemmija f'Artikolu 164(b) tat-Trattat.

Kull entità legali stabbilita f'pajjiż terz li ma jkunx pajjiż li jaqa’ taħt it-tieni subparagrafu, u li jieħu sehem f’ attivitajiet ta' RTD msemmija fl-ewwel subparagrafu, tista’ tirċievi kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità jekk issir dispożizzjoni għal dan il-għan taħt attività ta' RTD jew jekk ikun essenzjali biex tiġi mwettqa l-azzjoni indiretta.

2. Kull entità legali stabbilita f’ pajjiż terz li tkun ikkonkludiet ftehim ta' kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika mal-Komunità tista’ tieħu sehem f'attivitajiet RTD li mhumiex dawk li jaqgħu taħt il-paragrafu 1, minbarra l-għadd minimu ta' parteċipanti stabbilit skond Artikolu 5, b’mod konformi mal-kondizzjonijiet stipulati f’ dak il-ftehim.

Hija tista’ tirċievi kontribuzzjoni finanzjarja mingħand il-Komunità jekk isir provvediment għal dan taħt attività RTD jew jekk ikun essenzjali biex titwettaq l-azzjoni indiretta.

3. Kull entità legali mwaqqfa f'pajjiż terz li ma’ tkunx waħda minn dawk li jaqgħu taħt il-paragrafu 2 jistgħu jieħdu sehem f'attivitajiet ta' RTD li ma jkunux dawk koperti mill-paragrafu 1, minbarra l-għadd minimu ta' parteċipanti stabbilit skond Artikolu 5, jekk din il-parteċipazzjoni tkun provduta taħt attivita ta' RTD jew tkun meħtieġa biex tiġi mwettqa l-azzjoni indiretta.

Hija tista’ tirċievi kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità jekk isir provvediment għal dan taħt attività ta' RTD jew jekk tkun essenzjali biex tiġi mwettqa l-azzjoni indiretta.

Artikolu 7

Parteċipazzjoni minn organizzazzjonijiet internazzjonali

Kull organizzazzjoni internazzjonali bl-eċċezjoni ta' organizzazzjonijiet internazzjonali ta' interess Ewropew jistgħu jieħdu sehem fl-attivitajiet ta' RTD msemmija f'Artikolu 6(1), bla ħsara għall-kondizzjonijiet ta' l-ewwel u u t-tielet subparagrafi tiegħu, u f'attivitajiet oħra ta' RTD bla ħsara għall-kondizzjonijiet tal-paragrafi 2 u 3 ta' dak Artikolu.

Artikolu 8

Kondizzjonijiet dwar il-kompetenza teknika u r-riżorsi

1. Il-parteċipanti għandu jkollhom it-tagħrif u l-kompetenza teknika meħtieġa biex tiġi mwettqa l-azzjoni indiretta.

2. Meta jippreżentaw il-proposta tagħhom, il-parteċipanti għandu jkollhom mill-inqas ir-riżorsi potenzjali meħtieġa biex iwettqu l-azzjoni indiretta, u jkunu kapaċi jispeċifikaw l-oriġini ta' dawk il-fondi magħmula disponibbli minn terzi persuni, inklużi l- awtoritajiet pubbliċi.

Meta x-xogħol jimxi 'l quddiem, il-parteċipanti għandhom ikollhom ir-riżorsi kif u meta jkunu meħtieġa biex iwettqu l-azzjoni indiretta.

Huwa mifhum li r-riżorsi meħtieġa biex titwettaq l-azzjoni indiretta huma r-riżorsi umani, l-infrastruttura, ir-riżorsi finanzjarji u, jekk ikun hemm bżonn, il-propjetà intanġibbli u riżorsi oħrajn magħmula disponibbli minn terzi persuni fuq il-bażi ta' impenn preċedenti.

Artikolu 9

Sottomissjoni ta' proposti għal azzjonijiet indiretti

1. Il-proposti għal azzjonijiet indiretti għandhom ikunu sottomessi skond il-kondizzjonjiet tas-sejħiet għal proposti. Dawn il-kondizzjonijiet għandhom ikunu mniżżla fil-programmi ta' xogħol.

Is-sejħiet għal proposti jistgħu jinvolvu proċedura ta' evalwazzjoni f'żewġ stadji. F’ dan il-każ, wara evalwazzjoni pożittiva tal-punti prinċipali ta' proposta fl-ewwel stadju, il-proponenti għandhom ikunu mitluba jissottomettu proposta kompleta fit-tieni stadju.

2. Il-paragrafu 1 m'għandux japplika għal:

(a) azzjonijiet ta' appoġġ speċifiku għall-attivitajiet ta' l-entitajiet legali identifikati fil-programmi tax-xogħol;

(b) azzjonijiet ta' appoġġ speċifiku li jikkonsistu f'akkwist jew servizz skond il-kondizzjonijet applikabbli għall-proċeduri ta' l-appalti pubbliċi;

(ċ) l-azzjonijiet ta' appoġġ speċifiku b’ karatteristiċi u valur partikulari għall-għanjiet u l-kontenut xjentifiku u tekno-loġiku tal-programmi speċifiċi, li għalihom jistgħu jiġu sottomessi applik-azzjonijiet għal għotjiet lill-Kummissjoni jekk dan ikun previst fil-programm ta' xogħol tal-programm speċifiku u fejn talba bħal din ma taqax taħt sejħa miftuħa għal proposti;

(d) azzjonijiet ta' appoġġ speċifiku skond Artikolu 11.

3. Il-Kummissjoni tista’ toħroġ sejħiet għal espressjonijiet ta' interess sabiex jgħinuha tidentifika għanjiet u ħtiġijiet preċiżi li jistgħu jkunu inklużi fil-programmi ta' xogħol u fis-sejħiet għal proposti. Dan għandu jkun mingħajr pre-ġudizzju għal kull deċiżjoni sussegwenti adottata mill-Kum-missjoni dwar l-evalwazzjoni u l-għażla tal-proposti għal azzjonijiet indiretti.

4. Is-sejħiet għal espressjonijiet ta' interess u sejħiet għal proposti għandhom ikunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u għandhom ikunu mgħotija l-akbar pubbliċità, partikolarment bl-użu tal-paġni ta' l-Internet tas-Sitt Programm Kwadru u permezz ta' kanali ta' informazzjoni bħall-punti ta' kuntatt nazzjonali imwaqqfa mill-Istati Membri u l-Istati assoċjati.

Artikolu 10

L-evalwazzjoni u l-għażla ta' proposti għal azzjonijiet indiretti

1. Il-proposti għal azzjonijiet indiretti li jaqgħu taħt Artikolu 9(1) u Artikolu 9(2)(c) għandhom ikunu evalwati skond dan li ġej:

(a) l-eċċellenza xjentifika u teknoloġika u l-grad ta' innovazzjoni;

(b) il-kapaċità li twettaq b’ suċċess l-azzjoni indiretta u li tassigura l-ġestjoni effiċjenti tagħha, meqjusa f’ termini ta' riżorsi u kompetenzi u inklużi l-arranġamenti organizzattivi deċiżi mill-parteċipanti;

(ċ) ir-rilevanza għall-għanjiet tal-programm speċifiku;

(d) il-valur miżjud Ewropew, il-massa kritika tar-riżorsi mobilizzati u l-kontribuzzjoni lejn il-politika tal-Komunità.

(e) Il-kwalità tal-pjan biex jintuża u jiġi diffuż it-tagħrif, il-potenzjal għal promozzjoni ta' l-innovazzjoni, u pjanijiet ċari għall-ġestjoni tal-propjetà intellettwali.

2. Fl-applikazzjoni tal-paragrafu 1(d), il-kriterji ta' hawn taħt għandhom ikunu kunsidrati ukoll:

(a) għas-sistemi ta' eċċellenza, il-wesgħa u l-grad ta' l-isforz biex jintlaħaq l-iskop ta' l-integrazzjoni u l-kapaċità tas-sistema li tippromwovi l-eċċellenza lilhinn mill-membri tagħha, kif ukoll il-prospetti ta' integrazzjoni fit-tul tal-kapaċitajiet tagħhom fir-riċerka u tar-riżorsi wara li tispiċċa l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità;

(b) għall-proġetti integrati, l-iskala ta' ambizzjoni ta' l-għanjiet u l-kapaċità tar-riżorsi li jagħmlu kontribuzzjoni sinifikanti għat-tisħiħ tal-kompetitività jew is-soluzzjoni tal-problemi tas-soċjetà;

(ċ) għal inizjattivi integrati dwar l-infrastruttura, il-prospetti li l-inizzjattiva tkompli għal żmien twil wara li tispiċċa l- kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità.

3. Fl-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2, il-kriterji addizzjonali ta' hawn taħt jistgħu jkunu kkunsidrati:

(a) sinerġiji ma' l-edukazzjoni fil-livelli kollha;

(b) ir-rieda u l-kapaċità li jkun hem integrazzjoni ma' l-operaturi l barra mir-riċerka tal-Komunità u mal-pubbliku in ġenerali, biex jgħinu fid-diffużjoni tal-konoxxenza u t-tagħrif u jiġu esplorati l-implikazzjonijiet aktar wiesgħa li x-xogħol propost jista' jkollu għas-soċjetà;

(ċ) l-attivitajiet biex jiżdied ir-rwol tan-nisa fir-riċerka.

4. Is-sejħiet għal proposti għandhom jiddeterminaw, skond it-tip ta' strumenti użati jew l-għanjiet tal-attività ta' RTD, kif il-kriterji mniżżla fil-paragrafu 1 għandhom ikunu applikati mill-Kummissjoni.

Dawn il-kriterji, u dawk tal-paragrafi 2 u 3, jistgħu jkunu speċifikati jew kumplimentati fil-programm ta' ħidma, partikolarment biex tiġi kunsidrata l-kontribuzzjoni tal-proposti għal azzjonijiet indiretti għat-titjib ta' l-informazzjoni u d-djalogu mas-soċjetà u biex tiġi promossa l-kompetitività ta' l-SMEs.

5. Proposta għal azzjoni indiretta li tmur kontra l-prinċipji fondamentali ta' l-etika jew li ma tissodisfax il-kondizz-jonijiet tal-programm ta' xogħol jew fis-sejħa għal proposti m'għandiex tingħażel. Proposta bħal din tista' tkun eskluża mill-proċeduri ta' evalwazzjoni u għażla f' kull ħin.

Kull parteċipant li jkun ikkommetta irregolarità fl-impliment-azzjoni ta' azzjoni indiretta jista' jkun eskluż mill-proċeduri ta' evalwazzjoni u ta' selezzjoni f' kull ħin, bla ħsara għall-prinċipju tal-proporzjonalità.

6. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-proposti bl-għajnuna ta' esperti indipendenti maħtura skond Artikolu 11. Għal xi azz-jonijiet ta' appoġġ speċifiku, partikolarment dawk li jaqgħu taħt Artikolu 9(2), għandhom ikunu maħtura esperti indipendenti biss jekk il-Kummissjoni jidrilha xieraq. Il-Kummissjoni għandha tippublika l-lista ta' l-esperti magħżula.

Il-proposti kollha sottomessi għal azzjonijiet indiretti għandhom ikunu ttrattati konfidenzjalment mill-Kummissjoni, li għandha tassigura li l-prinċipju tal-konfidenzjalità jkun rispettat fil-proċeduri kollha u li l-esperti indipendenti jknu marbutin bih.

Ħlief fejn ikun speċifikat mod ieħor fis-sejħa għal proposti, il-proposti m' għandhomx ikun evalwati anonimament.

7. Il-proposti għal azzjonijiet indiretti għandhom ikunu magħżula fuq il-bażi tar-riżultati ta' l-evalwazzjoni u għandu jittieħed kont tal-fondi tal-Komunità disponibbli. Il-Kummissjoni għandha tadotta u tippubblika gwidi li jistabbilixxu provvedimenti għall- proċeduri ta' evalwazzjoni u ta' selezzjoni.

Artikolu 11

Il-Ħatra ta' esperti indipendenti

1. Il-Kummissjoni għandha taħtar esperti indipendenti biex jgħinu fl-evalwazzjoni meħtieġa taħt is-Sitt Programm Kwadru u l-programmi speċifiċi, u għall-għajnuna msemmija f'Artikolu 10(6) u t-tieni subparagrafu ta' Artikolu 18(1).

Tista’ ukoll twaqqaf gruppi ta' esperti indipendenti biex jagħtu parir fuq l-implimentazzjoni tal-politika tal-Komunità dwar ir-riċerka.

2. Il-Kummissjoni għandha taħtar esperti indipendenti skond waħda mill-proċeduri li ġejjin:

(a) L-esperti indipendenti maħtura mill-Kummissjoni għal evalwazzjonijiet previsti f'Artikolu 6 tas-Sitt Programm Kwadru u l-programmi speċifiċi tiegħu għandhom ikunu persuni ta' grad għoli ħafna mill-oqsma tax-xjenza, l-industrija jew il-politika b’ esperjenza sinjifikanti fir-riċerka, fil-politika dwar ir-riċerka jew tmexxija ta' programmi ta' riċerka fuq livell nazzjonali jew internazzjonali.

(b) L-esperti indipendenti maħtura mill-Kummissjoni biex jgħinu fl-evalwazzjoni ta' proposti għas-sistemi ta' eċċellenza u proġetti integrati u fil-monitoraġġ tal-proġetti magħżula u mitmuma għandhom ikunu persuni mill-oqsma tax-xjenza, l-industrija u/jew b'esperjenza fil-qasam ta' l-innovazzjoni u wkoll bl-ogħla livell ta' tagħrif u li jkunu awtoritajiet internazzjonalment rikonoxxuti fil-qasam speċjalizzat rilevanti.

(ċ) L-esperti indipendenti maħtura mill-Kummissjoni biex jifformaw il-gruppi msemmija fit-tieni subparagrafu tal- paragrafu 1 għandhom ikunu nies professjonali magħrufa għat-tagħrif tagħhom, il-kapaċitajiet u esperjenza fl-ogħla livell fil-qasam partikolari jew dwar il-materji trattati mill-grupp.

(d) Għal dawk il-każi li ma’ jaqgħux taħt il-punti (a), (b) u (ċ), u sabiex tieħu in kunsiderazzjoni id-diversi operaturi fis-settur tar-riċerka b’mod bilanċjat, il-Kummissjoni għandha taħtar esperti indipendenti b’ kapaċitajiet u tagħrif adattat għad-dmirijiet assenjati lilhom. Għal dan il-għan, għandha tibbaża ruħa fuq sejħiet għal applikazzjonijiet minn individwi jew sejħiet indirizzati lil istituzzjonijiet ta' riċerka bil-għan li jiġu stabbiliti listi ta' kandidati adattati, jew tista’, jekk ikun xieraq, tagħżel individwu bil-kapaċitajiet xierqa li ma jkunx fil-listi.

3. Meta taħtar espert indipendenti, il-Kummissjoni tassigura li l-espert ma jkunx iffaċċjat b’ kunflitt ta' interessi dwar il-kwistjoni li fuqha huwa ikun meħtieġ jagħti opinjoni. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tesiġi li l-esperti jif-firmaw dikjarazzjoni li ma hemmx tali kunflitt ta' interessi fiż-żmien tal-ħatra tagħhom u li jintrabtu li jinformaw lill-Kummissjoni jekk tqum waqt dmirijiethom.

Artikolu 12

Kuntratti u ftehin ta' konsorzju

1. Il-Kummissjoni għandha tikkonkludi kuntratt għal kull proposta magħżula għal xi azzjoni indiretta. Dan il-kuntratt għandhu jkun niktub skond il-provvedimenti tas-Sitt Prog-ramm ta' infrastruttura, u skond dan ir-Regolament, b’ kunsiderazzjoni għall-karatteristiċi ta' l-istrumenti kkonċernati.

Il-Kummissjoni, wara li tisma l-partijiet interessati mill-Istati Membri u l-Istati Assoċjati, tlesti kuntratt mudell biex tħaffef il-kitba tal-kuntratti.

2. Il-kuntratt għandu jistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligaz-zjonijiet tal-parteċipanti kollha skond dan ir-Regolament, u partikolarment il-provvedimenti għall-monitoraġġ xjent-ifiku, teknoloġiku u finanzjarju ta' l-azzjoni indiretta, għall-aġġornament ta' l-għanjiet tagħha, għal bidliet fil-konpożizzjoni tal-konsorzju, il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità u, fejn ikun jgħodd, il-kondizzjonijiet ta' eliġibilità ta' kull infieq meħtieġ, kif ukoll regoli għad-diffużjoni u l-użu.

Il-kuntratt, li għandu jkun konkluż bejn il-Kummissjoni u l-parteċipanti kollha f’ azzjoni indiretta, jibda jseħħ meta jiġi ffirmat mill-Kummissjoni u mill-koordinatur. Il-parteċipanti l-oħra identifikati fil-kuntratt għandhom jaċċettawh skond it-termini tiegħu u għandhom igawdu d-drittijiet u jidħlu għall-obligazzjonijiet tal-parteċipanti.

Kull parteċipant li jidħol f'azzjoni indiretta li tkun diġa bdiet għandu jidħol għall-kuntratt u jkollu fil-konfront tal-Komuità d-drittijiet u jidħol għall-obligazzjonijiet tal-parteċipanti.

3. Sabiex jiggarantixxu l-ħarsien ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità, fil-kuntratt għandhom ikunu nklużi sanzjonjiet xierqa, kif stabbilit, inter alia, fir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-ħarsien ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej [7].

4. Il-konklużjoni ta' kuntratt m'għandiex taffettwa d-dritt tal-Kummissjoni li tadotta deċiżjoni ta' rkupru, li tikkostitwixxi titolu eżekuttiv skond Artikolu 256 tat-Trattat, biex tingħata rifużjoni ta' xi ammont dovut mingħand xi parteċipant. Qabel ma tadotta xi deċiżjoni ta' dan it-tip, il-Kummissjoni għandha titlob li l-parteċipant jressqu l-kummenti tagħom qabel data speċifika.

5. Il-parteċipanti f'azzjoni indiretta għandhom jikkonkludu ftehim ta' konsorzju, sakemm ma jkunx mitlub mod ieħor fis-sejħa għal proposti. Il-Kummissjoni għandha tippublika gwidi mhux obligatorji dwar il-punti li jistgħu jkunu ndirizzati mill-ftehim tal-konsorzju, bħal:

(a) l-organizzazzjoni interna tal-konsorzju;

(b) l-arranġamenti dwar id-drittijiet intellettwali;

(ċ) qbil dwar kwistjonijiet interni, li jikkonċernaw il-ftehim ta' konsorzju.

Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha titkellem mal-parti-jiet interessati mill-Istati Membri u l-Istati assoċjati.

Artikolu 13

Esekuzzjoni ta' l-azzjonijiet indiretti

1. Il-konsorzju għandu jimplimenta l-azzjoni indiretta u għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa u raġonevoli għal dak il-għan.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għandha titħallas lill-koordinatur. Il-koordinatur għandu jamministra l-kontrib-uzzjoni finanzjarja tal-Komunità dwar l-allokazzjoni tagħha bejn il-parteċipanti u l-attivitajiet skond il-kuntratt u skond id-deċiżjonijiet meħuda mill-konsorzju skond il-proċeduri interni stabbliti fil-ftehim ta' konsorzju.

Il-parteċipanti għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar kull ma jiġri, inkluż il-modifikazzjoni tal-ftehim ta' konsorzju, li jista' jaffettwa l-implimentazzjoni ta' l-azzjoni indiretta u d-drittijiet tal-Komunità.

2. L-implimentazzjoni teknika ta' l-azzjoni indiretta għandha tkun ir-responsabbiltà kollettiva tal-parteċipanti. Kull parteċipant għandu jkun responsabbli ukoll għall-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità fl-istess proporzjon tas-sehem tiegħu tal-proġett sa mhux aktar mill-ħlas totali li jkun irċieva.

Jekk xi parteċipant jikser il-kuntratt u jekk il-konsorzju ma jaġhmilx tajjeb għal dan il-ksur, il-Kummissjoni tista', meta ma jibqa xejn x' tagħmel u jekk l-alternattivi kollha jkunu ġew esplorati, iżżom lill-parteċipanti responsabbli taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) Indipendentement mill-azzjoni appropjata li tieħu kontra l-parteċipant li jkun naqas, il-Kummissjoni għandha tirrikjedi minn għand il-parteċipanti l-oħra li jimplimentaw l-azzjoni indiretta.

(b) Jekk l-implimentazzjoni tkun impossibbli jew jekk il-parteċipanti li jkun fadal jirrifjutaw li jimxu skond subparagrafu (a), il-Kummissjoni tista' tittermina l-kuntratt u tirkupra l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità. Meta jkun qed ikun investigat l-iżvantaġġ finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tieħu kont tax-xogħol li diġà sar u r-riżultati miksuba, sabiex b'hekk tistabbilixxi d'dejn.

(ċ) Rigward il-parti tad-dejn stabbilita skond is-subparagrafu (b) dovut mingħand il-parteċipant li jkun naqas milli jħallas, il-Kummissjoni għandha tqassamha fost il-parteċipanti li jkun baqa', fuq il-bażi tas-sehem ta' kull parteċipant fl-ispejjes aċċettati u sa' l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità li kull parteċipant huwa intitolat li jirċievi.

Fejn parteċipant ikun organizzazzjoni internazzjonali, korp pubbliku jew xi persuna ġuridika li l-parteċipazzjoni tagħha fl-azzjoni indiretta hija garantita minn Stat Membru jew Stat assoċjat, dak il-parteċipant għandu jkun l-uniku responsabbli għad-dejn tiegħu stess u m'hux responsabbli għad-dejn ta' parteċipanti oħra.

3. Il-paragrafu 2 m'għandux japplika għal azzjonijiet indiretti implimentati permezz ta' strumenti bħal proġetti ta' riċerka speċifika għall-SMEs, l-azzjonijiet għall-promozzjoni yu l-iżvilupp tar-riżorsi umani u l-mobilità u, fejn ikun ġustifikat, l-ażżjonijiet ta' appoġġ speċifiku.

4. Il-koordinatur għandu jżomm kontijiet sabiex ikun jista' jiġi stabbilit f'kull ħin x'porzjon tal-fondi tal-Komunità jkun ġie allokat lil kull parteċipant għall-finijiet tal-proġett. Huwa għandu jikkommunika l-informazzjoni lill-Kummissjoni kull sena.

5. Meta diversi persuni ġuridiċi jkunu msieħba f’ persuna guridika komuni li taġixxi bħala parteċipant wieħed skond Artikolu 5(4), dik l-persuna guridika għandha tassumi d-dmirijiet satbbiliti fil-paragrafi 1, 2(a) u 2(b) ta' dan Artikolu. Ir-responsabbiltà tal-membri tagħha għanda tkun imfissra skond il-liġi li taħtha l-persuna guridika komuni kienet imwaqqfa.

Artikolu 14

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità

1. Skond l-Anness III għas-Sitt Programm Kwadru, u fil-limiti tal-qafas tal-Komunità għall-Għajnuna mill-Istat għar-riċerka u l-Iżvilupp [8], il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità tista’ tieħu l-forom li ġejjin:

(a) Għall-infrastrutturi ta' eċċellenza, għandha tieħu l-forma ta' għotja fissa għall-integrazzjoni fuq il-bażi ta' programm ta' attivitajiet konġunt. L-ammont ta' dik l-għotja għandu jkun ikkalkolat wara li jitqies il-grad ta' integrazzjoni, l-għadd ta' riċerkaturi li l-parteċipanti kollha jipproponu li jintegraw, il-karatteristiċi tal-qasam ta' riċerka kkonċernat u l-programm konġunt ta' attivitajiet. Għandu jintuża biex jikkumplamenta r-riżorsi użati mill-parteċipanti sabiex iwettqu il-programm konġunt ta' attivitajiet.

Din l-għotja għandha titħallas fuq il-bażi tar-riżultati miksuba permezz tat-twettieq effettiv tal-programm konġunt ta' attivitajiet, u bil-kundizzjoni li l-ispejjes tiegħu, li għandhom ikunu ċertifikati minn awditur estern, jew fil-każ ta' korpi pubbliċi, xi uffiċjal pubbliku kompetenti, ikunu akbar mill-għotja stess.

(b) Biex xi azzjonijiet isaħħu r-riżorsi umani u l-mobilità u xi azzjonijiet ta' appoġġ speċifiku, ħlief għall-azzjonijiet indiretti li jaqgħu taħt Artikolu 9(2)(b), il-ħlas jista' jsir permezz ta' somma sħiħa.

(ċ) Għal proġetti integrati u l-istrumenti l-oħra, ħlief għal dawk li jaqgħu taħt il-punti (a) u (b) u l-azzjonijiet indiretti taħt Artikolu 9(2)(b), għandha tieħu l-forma ta' għotja lill-budget, ikkalkolata bħala persentaġġ tal-budget stabbilit mill-parteċipanti biex iwettqu l-azzjoni indiretta, adattata skond it-tip ta' attività u fejn jiġi kunsidrat il-mudell ta' nfieq użat mill-parteċipant koncernat.

L-ispejjeż meħtieġa biex tiġi implimentata l-azzjoni indiretta għandhom ikunu ċertifikati minn awditur estern, jew fil-każ ta' korpi pubbliċi, minn uffiċjal pubbliku kompetenti.

2. L-ispejjes ammissibli għandhom ikunu mfissra skond l-ewwel subparagrafu ta' Artikolu 12(2) u għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) għandhom ikunu effettivi, ekonomiċi u meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' l-azzjoni indiretta;

(b) għandhom ikunu stabbiliti skond il-prinċipji tal-kontabilità abitwali tal-parteċipant individwali;

(ċ) għandhom ikunu reġistrati fil-kontijiet tal-parteċipanti jew, fil-każ tar-riżorsi tal-terzi persuni msemmija fit-tielet subparagrafu ta' Artikolu 8(2), fid-dokumenti finazjarji korrispondenti ta' dawk it-terzi persuni;

(d) għandhom jeskludu t-taxxi indiretti, id-dazji u l-interessi u ma jistgħux jiġġeneraw profit.

Bħala deroga għall-prinċipju tal-kost effettiv u bil-qbil tal-parteċipanti, il-kuntratt jista' jistabbilixxi r-rati medji tal- parteċipazzjoni finanzjarja tal-Komunità skond il-kwalità ta' nfieq jew somom sħaħ stabbiliti minn qabel, kif ukoll b' valur għall-attività li għandu jqarreb l-ispejjes previsti.

3. L-ispejjes tal-ġestjoni tal-konsorzju għandhom ikunu rimborsati sa 100 % tal-kosti u għandhom jinkludu l-kosti taċ-ċertifikati ta' l-awdituri. F’ dan il-każ, il-persuni ġuridiċi li jieħdu sehem fl-azzjoni indiretta fuq bażi ta' kost addizzjonali jistgħu jitolbu l-ispejjes kollha li jkunu ġarrbu fil-ġestjoni, safejn ikollhom provi ddetaljati tagħhom. Il-kuntratti għandhom jistabbilixxu l-ammont massimu ta' spejjes tal-ġestjoni relatati mal-kontribuzzjoni tal-Komunità. Għandu jiġi riservat sehem ta' mhux aktar minn 7 % għall-ispejjes ta' ġestjoni tal-konsorzju.

Artikolu 15

Tibdil fil-membri tal-konsorzju

1. Il-konsorzju jista’ jibdel il-kompożizzjoni tiegħu fuq l-inizjattiva tiegħu stess u partikolarment jista’ jestendiha biex tinkludi kull persuna ġuridika li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta' l-azzjoni indiretta.

Jekk parteċipant jirtira, dan m'għandux jaffettwa d-drittijiet ta' aċċess taħt Artikoli 26(2) u 27(2).

Il-konsorzju għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b'kull bidla fil-kompożizzjoni tiegħu, li tista’ toġġezzjona fi żmien sitt ġimgħat minn notifika. Il-parteċipanti ġodda isiru parti tal-kuntratt b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 12(2).

2. Il-programm konġunt ta' attivitajiet għal sistema ta' eċċellenza jew pjan ta' implimentazzjoni għal proġett integrat għandu jispeċifika liema tibdil fil-kompożizzjoni tal-konsorzju jeħtieġ il-pubblikazzjoni minn qabel ta' sejħa għal kompetizzjoni.

Il-konsorzju għandu jippublika is-sejħa għal kompetizzjoni u jirreklamaha bl-aħjar mod bl-użu ta' mezzi ta' appoġġ għall-informazzjoni, b'mod partikolari is-siti ta' l-Internet fuq is-Sitt Programm Kwadru, l-istampa speċjalizzata u l-brochures, u l-punti ta' kuntatt nazzjonali mwaqqfa mill-Istati Membri u l-iStati assoċjati għall-informazzjoni u l-appoġġ.

Il-konsorzju għandu jevalwa l-offerti fid-dawl tal-kriterji li jgħoddu għall-evalwazzjoni u l-għażla ta' l-azzjoni indiretta, mfissra skond id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 10(4) u (5), u bl-għajnuna ta' esperti indipendenti maħtura mill-konsorzju fuq il-bażi tal-kriterji deskritti f'Artikolu 11(2)(b).

Il-modifiki tal-konsorzju li jiġu wara għandhom isegwu l-pro-ċedura stabblilita fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1.

Artikolu 16

Kontribuzzjoni finanzjarja addizzjonali

Il-Kummissjoni tista’ żżid il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità fil-konfront ta' azzjoni indiretta diġà mibdija sabiex tinkludi attivitajiet ġodda li jistgħu jinvolu parteċipanti ġodda.

Għandha tagħmel hekk fil-każ ta' l-azzjonijiet indiretti msem-mija fl-Artikli 9(1) u 9(2)(ċ) permezz ta' sejħa għal proposti supplementari, li l-Kummissjoni għandha tippubblika u tirreklama skond Artikolu 9(4) u li tista’ jkun ristretta, jekk ikun hemm bżonn, għal azzjonijiet indiretti li diġà mibdija. Il-Kummissjoni għanda tevalwa u tagħżel proposti bħal dawn skond Artikolu 10.

Artikolu 17

L-attivitajiet tal-Konsorzju favur terzi persuni

Jekk il-kuntratt jipprovidi biex il-konsorzju jidħol għall- attivitajiet kollha jew xi wħud minnhom favur terzi persuni, il-konsorzju għandu jassigura li dan ikun ippubblikat b' mod xieraq, skond il-kuntratt skond il-każ.

Il-konsorzju għandu jevalwa u jagħżel kull applikazzjoni li tasal mingħand terzi persuni skond il-prinċipji ta' trasparenza, l-ekwità u imparzjalità kif ukoll skond il-kondizzjonijiet tal-kuntratt.

Artikolu 18

Il-kontrolli u l-verifiki xjientifiċi teknoloġiċi u finanzjarji

1. L-azzjonijiet indiretti li għalihom il-Komunità tikkontribwixxi għandhom ikunu evalwati perjodikament mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta' rapporti fuq il-progress li għandhom ikopru wkoll l-implimentazzjoni tal-pjan għall-użu u d-diffużjoni tat-tagħrif sottomessi mill-parteċipanti skond il-kondizzjonijiet tal-kuntratt.

Fil-kontroll tas-sistemi ta' eċċellenza, tal-proġetti integrati u, fejn meħtieġ, ta' azzjonijiet oħra indiretti, il-Kummissjoni għandha tkun mgħejuna minn esperti indipendenti maħtura skond Artikolu 11(2).

Il-Kummissjoni għandha tassigura li l-informazzjoni kollha li tirċievi, dwar know-how li diġa jeżisti u dwar tagħrif jew prevista jew miksuba matul xi azzjoni indiretta, tkun trattata b'mod konfidenzjali.

2. Skond il-kuntratt, il-Kummissjoni għandha tieħu il-passi kollha meħtieġa biex tassigura li l-għanjiet ta' l-azzjoni indi-retta jinkisbu b'kunsiderazzjoni xierqa għall-interessi finanzjarji tal-Komunità. Il-Kummissjoni tista', fejn ikun meħtieġ għal dawn l-interessi, taġġusta l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità jew tissospendi l-azzjoni indiretta jekk il-kondizzjoniet ta' dan ir-Regolament jew tal-kuntratt ikunu ġew miksura.

3. Il-Kummissjoni, jew kull rappreżentatant awtorizzat minnha, għandha d-dritt li twettaq verifiki xjentifiċi, teknnoloġiċi u finanzjarji fuq il-parteċipanti, sabiex tas-sigura li l-azzjoni indiretta tkun qegħda tiġi jew tkun ġiet imwettqa skond il-kondizzjonijiet dikjarati u skond il-kondizzjonijiet tal-kuntratt.

Il-kuntratt għandu jispeċifika l-kondizzjonijiet li taħthom il- parteċipanti jistgħu joġġezzjonaw għal verifika teknnoloġ-ika ta' l-użu u d-disseminazzjoni tat-tagħrif li jkun qed titwettaq minn ċerti rappreżentanti awtorizzati tal-Kummissjoni.

4. Skond Artikolu 248(2) tat-Trattat, il-Qorti ta' l-Awdituri tista' tiverifika l-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità.

Artikolu 19

Informazzjoni mogħtija lil-Istati Membri u l-iStati assoċjati.

Fl-ebda każ id-disponibbiltà ta' din l-informazzjoni titrasferixxi xi drittijiet jew obligazzjonijiet tal-Kummissjoni u tal-parteċipanti, kif mniżżla f'Artikoli 21 sa 28, lill-iStati Membri jew l-iStati assoċjati li jirċievu din l-informazzjoni.

Sakemm din l-informazzjoni ġenerali ssir pubblika jew tkun magħmula aċċessibli mill-parteċipanti jew tkun ġiet ikkommunikata mingħajr xi restrzzjonijiet ta' konfidenzjalità, l-iStati Membri u l-iStati assoċjati għandhom iħarsu l-obligi tal-Kummissjoni dwar il-konfidenzjalità kif stabbiliti minn dan ir-Regolament.

Artikolu 20

Ħarsien ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità

Il-Kummissjoni għandha tassigura li, meta jkunu implimentati azzjonijiet indiretti, l-interessi finanzjarji tal-Komunità jkunu mħarsa permezz ta' kontrolli effettivi u miżuri ta' deterrent u, jekk xi irregolaritajiet jiġu osservati, permezz ta' sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u disswasivi, skond ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 298895 u (Euratom, KE) Nru 218596 [9], u skond ir-Regolament (KE) Nru 10731999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [10].

IT-TIELET KAPITOLU

REGOLI GĦAD-DISSEMINAZZJONI U L-UŻU

Artikolu 21

Il-propjetarju tat-tagħrif

1. It-tagħrif miksub mix-xogħol imwettaq taħt l-azzjonijiet diretti hija propjetà tal-Komunità.

2. It-tagħrif miksub mix-xogħol imwettaq taħt l-azzjonijiet indiretti previsti f'Artikolu 9(2)(b) u (d) huwa propjetà tal-Komunità. It-tagħrif miksub mix-xogħol imwettaq taħt l-azzjonijiet indiretti oħra hija propjetà tal-parteċipanti li jwettqu x-xogħol li jwassal għal kisba ta' dak it-tagħrif.

3. Fejn diversi parteċipanti jkunu flimkien wettqu xogħol li jiġġenera t-tagħrif msemmi fil-paragrafu 2 u fejn is-sehem rispettiv tagħom fix-xogħol ma jistgħax jiġi aċċertat, huma għandhom propjetà konġunta ta' dan it-tagħrif. Huma għandhom jiftehmu bejniethom fuq kif din għandha tinqasam bejniethom u l-kondizzjonijiet li taħthom jeżerċitaw il-propjetà tat-tagħrif skond id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u tal-kuntratt.

4. It-tagħrif li jirriżulta minn xogħol imwettaq fi proġetti ta' riċerka kooperattivi jew kollettivi għandu jkun propjetà konġunta tal-SMEs jew tar-raggruppamenti ta' intrapriżi, li għandhom jaqblu dwar l-allokazzjoni u l-kondizzjonijiet li taħthom ikunu jistgħu jeżerċitaw il-propjetà tat-tagħrif partikolarment fil-ftehim ta' konsorzju skond id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u tal-kuntratt.

5. Jekk l-impjegati ta' parteċipant huma intitolati li jitolbu xi drittijiet fuq it-tagħrif, il-parteċipant għandu jieħu l-passi jew jilħaq ftehim appropjat sabiex jassigura li dawn id-drittijiet jkunu jistgħu jiġu eżerċitati b'mod kompatibbli ma' l-obbligi tiegħu taħt dan ir-Regolament u l-kuntratt.

6. Fejn parteċipant jittrasferixxi l-propjetà tat-tagħrif, għandu jieħu passi jew jikkonkludi ftehim biex jgħaddi l-obbligi tiegħu, partikolarment dwar l-għoti tad-drittijiet ta' aċċess, id-diffuċjoni u l-użu tat-tagħrif, taħt dan ir-Regolament u l-kuntratt. Sakemm il-parteċipant ikun obbligat jagħti drittijiet ta' aċċess, għandu jagħti avviż minn qabel lill-Kummissjoni u lill-parteċipanti l-oħra fl-istess azzjoni indiretta jekk ikun se jassenja u lill min ikun se jassenja.

Il-Kummissjoni jew parteċipanti oħra fl-azzjoni indiretta jistgħu joġġezzjonaw sa tletin jum wara n-notifika ta' trasferiment ta' propjetà bħal dan. Il-Kummissjoni tista' toġġezzjona għal kull trasferiment ta' propjetà lil terzi persuni, partikolarment dawk mhux stabbiliti fi Stat Membru jew fi Stat assoċjat, jekk dan it-trasferiment ma' jkunx skond l-interessi ta' l-iżvilupp tal-kompetitività ta' l-ekonomija Ewropea dinamika u bbażata fuq il-konoxenza, jew ikun inkonsistenti mal-prinċipji etiċi. Il- parteċipanti l-oħra jistgħu joġġezzjonaw għal kull trasferiment ta' propjetà jekk dan jaffettwa negattivament lid-drittijiet ta' aċċess tagħom.

Artikolu 22

Il-ħarsien tat-tagħrif

1. Jekk it-tagħrif jista’ jintuża fl-industrija jew fil-kummerċ, il-propjetarju tagħha għandu jipprovdi għall-ħarsien tagħa b'mod effettiv u adattat konformement mad-dispożizzjonijiet legali rilevanti, il-kuntratt u l-ftehim ta' konsorzju, u b’ rispett lejn l-interessi legittimi tal-parteċipanti konċernati.

2. Fejn il-Kummissjoni tħoss il-bżonn li tħares it-tagħrif f'xi pajjiż partikolari, u fejn dan il-ħarsien ma jkunx ġie applikat jew rifjutat, il-Kummissjoni tista', bi qbil mal-parteċipant konċernat, tadotta miżuri ta' protezzjoni. F' dan il-każ, u sa fejn jikkonċerna lil dak il-pajjiż partikolari, il-Komunità għandha tassumi l-obbligi relatati ma' l-għoti tad- drittijiet ta' aċċess minflok il-parteċipant. Il-parteċipant jista' jirrifjuta biss jekk jista' juri li l-interessi legittimi tiegħu huma mfixkla b' mod sinjifikanti.

3. Il-parteċipant jista' jippubblika jew jippermetti l-pubblik-azzjoni, fuq kull tip ta' mezz, ta' data dwar it-tagħrif li jkun propjetà tiegħu jew it-tagħrif miksub matul ix-xogħol li jkollu x' jaqsam mal-proġetti ta' riċerka kooperattivi jew kollettivi, sakemm dan ma jaffettwax il-ħarsien ta' dak it-tagħrif. Il-Kummissjoni u l-parteċipanti l-oħra fl-istess azzjoni indiretta għandhom ikunu mgħotija avviż bil-miktub bil-quddiem ta' kull pubblikazzjoni prevista. Kopja ta' din id- data għandha tkun disponibbli fuq talba tagħom fi żmien 30 jum mit-talba. Il-Kummissjoni u l-parteċipanti l-oħra jistgħu joġġezzjonaw għall-pubblikazzjoni fi żmien 30 jum minn meta jkunu rċevew id-data, jekk jikkunsidraw li l-ħarsien tat-tagħrif tagħhom tista' tiġi affetwata ħażin.

Artikolu 23

L-użu u d-disseminazzoni tat-tagħrif

1. Il-parteċipanti u il-Komunità għandhom jużaw jew jaraw li jiġi użat t-tagħrif li jappartjeni għalihom miksub mill-azzjonijiet diretti jew azzjonijiet indiretti, skond l-interessi tal-parteċipanti konċernati. Il-parteċipanti għandhom jistabbilixxu il-kondizzjonijiet ta' l-użu b' mod dettaljat u li jista' jkun verifikat, skond dan ir-Regolament u l-kuntratt.

2. Jekk it-disseminazzjoni tat-tagħrif ma taffettwax negattivament il-ħarsien jew l-użu tagħha, il-parteċipanti għandhom jassiguraw li tkun diffuża fi żmien stabbilit mill-Komunità. Jekk il-parteċipanti jonqsu milli jagħmlu dan, il-Kummissjoni tista' xxerred it-tagħrif. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-fatturi li ġejjin:

(a) il-ħtieġa li jitħarsu d-drittijiet tal-propjetà intellettwali;

(b) il-benefiċċji tad-disseminazzjoni fil-pront, per eżempju, sabiex tkun evitata id-duplikazzjoni ta' l-attivitajiet ta' riċerka u biex jinħolqu sinerġiji bejn l-azzjonijiet indiretti;

(ċ) il-konfidenzjalità;

(d) l-interessi leġittimi tal-parteċipanti.

Artikolu 24

L-għoti ta' aċċess għal tagħrif miksub minn azzjonijiet diretti.

It-tagħrif li jirriżulta minn xogħol li jkun sar fl-azzjonijiet diretti jista’ jkun aċċessibbli għal wieħed jew iktar mill-persuni ġuridiċi interessati, partikolarment lil dawk stabbiliti fi Stat Membru jew fi Stat assocjat, iżda li l-persuni ġuridiċi msemmija jintrabtu li jużaw it-tagħrif jew li jaċċertaw ruħhom li jkun użat. Din id-disponibbilità tat-tagħrif għandha tkun bla ħsara għal kondizzjonijiet appropjati li għandhom ikunu stabbiliti u ppubblikati mill-Kummissjoni, partikolarment dwar il-ħlas ta' miżati.

Artikolu 25

Prinċipji li jirregolaw id-drittijiet ta' aċċess fl-azzjonijiet indiretti

1. Id-drittijiet ta' aċċess skond Artikoli 26 u 27 għandhom jingħataw fuq talba bil-miktub. Jistgħu jingħataw bil-kondizzjoni li l-għoti ta' drittijiet ta' aċċess isir biss jekk isir xi ftehim speċifiku, maħsuba biex jassiguraw li jkunu wżati biss għall-iskop previst, u li jingħataw garanziji xieraq dwar il-konfidenzjalità. Il-parteċipanti jistgħu ukoll jikkonkludu ftehim bil-għan, partikolarment, li jagħtu drittijiet ta' aċċess addizz-jonali aktar favorevoli, inklużi d-drittijiet ta' aċċess lil terzi persuni, partikolarment lil intrapriżi assoċjati ma’ parteċipanti, jew li jispeċifikaw il-kondizzjinijiet applikabbli għad-drittijiet ta' aċċess, iżda li ma jirrestrinġux dawn ta' l-aħħar. Ftehim ta' dan it-tip għandhu jkun konformi mar-regoli tal-kompetizzjoni applikabbli.

2. Il-Kummissjoni tista’ toġġezzjona għal kull konċessjoni ta' drittijiet ta' aċċess lil terzi persuni, partikolarment lil dawk mhux stabbiliti fi Stat Membru jew Stat assocjat, jekk għotja ta' dan it-tip ma tkunx skond fl-interessi ta' l-iżvilupp tal-kompetitività ta' l-ekonomija Ewropea dinamika u bbażata fuq it-tagħrif, jew ma tkunx konsistenti mal-prinċipji etiċi.

3. Parteċipant jista’ espliċitament jeskludi in-know-how speċ-ifiku diġà eżistenti mill-obbligu li jingħatawdrittijiet ta' aċċess permezz ta' ftehim bil-miktub bejn il-parteċipanti, qabel il-parteċipant ikkonċernat jiffirma l-kuntratt jew qabel parteċipant ġdid jigħaqad ma l-azzjoni indiretta. Il-parteċipanti l-oħra jistgħu ma’ jaqblux biss jekk huma juru li l-implimentazzjoni ta' l-azzjoni indiretta jew l-interessi legittimi tagħhom ser ikunu mfixkla b’ mod sinjifikanti.

4. Minbarra fejn ikun hemm il-qbil tal-parteċipant li jkun qed jagħti d-drittijiet ta' aċċess, dawn id-drittijiet m'għandhomx jagħtu d-dritt li jinħarġu subliċenzji.

Artikolu 26

Id-drittijiet ta' aċċess għat-twettiq ta' azzjonijiet indiretti

1. Il-parteċipanti fl-istess azzjoni indiretta għandhom igawdu minn drittijiet ta' aċċess għat-tagħrif miksub mix-xogħol li jkun sar fl-azzjoni indiretta u għan-know-how li diġà teżisti, jekk dak it-tagħrif jew know-how pre-eżistenti tkun meħtieġa biex iwettqu xogħolhom f’dik l-azzjoni indiretta. Id-drittijiet ta' aċċess għal tagħrif għandhom jingħataw bla ħlas. Id-drittijiet ta' aċċess għan-know-how pre-eżistenti għandhom jinagħtaw ukoll bla ħlas, sakemm ma’ jkunx maqbul mod ieħor qabel l-iffirmar tal-kuntratt.

Artikolu 27

Id-drittijiet ta' access għall-użu

1. Il-parteċipanti fl-istess azzjoni indiretta għandhom igawdu minn drittijiet ta' aċċess għat-tagħrif miksub mix-xogħol li jkun sar fl-azzjoni indiretta u n-know-how pre-eżistenti, jekk dak it-tagħrif jew know-how pre-eżistenti jkun meħtieġ għall-użu tat-tagħrif tagħhom stess. Id-drittijiet ta' aċċess għat-tagħrif għandhom jingħataw bla ħlas, sakemm ma jkunx maqbul mod ieħor qabel l-iffirmar tal-kuntratt. Id-drittijiet ta' aċċess għan-know-how pre-eżistenti għandhom jingħataw taħt kondizzjonijiet ġusti u mhux diskriminatorji.

2. Bla ħsara għall-interessi leġittimi tal-parteċipanti, jistgħu jiġu mitluba drittijiet ta' aċċess taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 sa sentejn wara t-tmiem ta' l-azzjoni indiretta jew wara t-tmiem tal-parteċipazzjoni ta' parteċipant, skon liema minnhom tiġri l-ewwel, sakem mma' jkunx previst perijodu itwal.

Artikolu 28

Obbligi inkompatibbli jew ta' tfixkil

1. Il-parteċipanti m'għandhomx jassumu obbligit li jkun inkompatibbli ma' l-obbligi msemmija f' dan ir-Regolament.

2. Il-parteċipanti fl-istess azzjoni indiretta għandhom ikunu nfurmati mill-aktar fis possibli mill-parteċipant li jkun obbligat jagħti drittijiet ta' aċċess b'kull restrizzjoni fuq l-għoti ta' drittijiet ta' aċċess għal know-how pre-eżistenti, dwar kull obbligu li jikkonċedu drittijiet fuq it-tagħrif, jew dwar kull restrizzjoni li tista' taffettwa b'mod sostanzjali l-għoti ta' drittijiet ta' aċċess, skond il-każ.

Artikolu 29

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, is-16 ta' Diċembru 2002

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

M. Fischer Boel

[1] ĠU Ċ 332 E, tas-27.11.2001, p. 275, ĠU Ċ 103 E, tat-30.4.2002, p. 266 u ĠU Ċ 262 E, tad-29.10.2002, p. 489.

[2] ĠU Ċ 94, tat-18.4.2002, p. 1.

[3] L-opinjoni tal-Parlament ewropew tat-3 ta' Lulju 2002 (għada mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002.

[4] ĠU L 232, tad-29.8.2002, p. 1.

[5] ĠU L 199, tal-31.7.1985, p. 1.

[6] ĠU L 107, tat-30.4.1996, p. 4.

[7] ĠU L 312, tat-23.12.1995, p. 1.

[8] ĠU Ċ 45, tas-17.2.1996, p. 5.

[9] Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 218596 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-kontrolli fuq il-post u l-ispezzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni sabiex tħares l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej kontra l-frodi u irregolaritajiet oħrajn (ĠU L 292, tal-15.11.1996, p. 2).

[10] Ir-Regolament (KE) Nru 10731999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar l-investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) (ĠU L 136, tal-31.5.1999, p. 1).

--------------------------------------------------