32002R2306

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2306/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 dwar in-notifikazzjoni tal-prezzijiet tal-prodotti impurtati tas-sajd

Official Journal L 348 , 21/12/2002 P. 0094 - 0099
CS.ES Chapter 04 Volume 05 P. 361 - 366
ET.ES Chapter 04 Volume 05 P. 361 - 366
HU.ES Chapter 04 Volume 05 P. 361 - 366
LT.ES Chapter 04 Volume 05 P. 361 - 366
LV.ES Chapter 04 Volume 05 P. 361 - 366
MT.ES Chapter 04 Volume 05 P. 361 - 366
PL.ES Chapter 04 Volume 05 P. 361 - 366
SK.ES Chapter 04 Volume 05 P. 361 - 366
SL.ES Chapter 04 Volume 05 P. 361 - 366


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2306/2002

ta' l-20 ta' Diċembru 2002

li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 dwar in-notifikazzjoni tal-prezzijiet tal-prodotti impurtati tas-sajd

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akwakultura, [1] u b'mod partikolari l-Artikolu 29(5) tiegħu,

Billi:

(1) L-Artikolu 29(4) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 jeħtieġ li l-Istati Membri javżaw lill-Kummissjoni regolarment dwar il-prezzijiet u l-kwantitajiet ta' importazzjonijiet ta' ċerti prodotti reġistrati fis-swieq jew inkella fil-portijiet tagħhom.

(2) Għandha tkun stabbilita lista ġdida tas-swieq u l-portijiet li fihom l-importazzjonijiet jiġu reġistrati biex ikun kunsidrat il-volum attwali ta' l-importazzjonijiet.

(3) Għandha ssir disposizzjoni għat-trasmissjoni mgħaġġla, f'format elettroniku ġdid, tad-data meħtieġa biex ikunu sorveljati l-prezzijiet ta' referenza.

(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2211/94 tat-12 ta' Settembru 1994, li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3759/92 dwar in-notifikazzjoni tal-prezzijiet ta' prodotti tas-sajd impurtati [2], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2805/1999 [3], għandu għalhekk jitħassar.

(5) Il-miżuri li hemm previsti f'dan ir-Regolament huma f'konformità ma' l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija għall-Prodotti tas-Sajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni dwar il-prezzijiet u l-kwantitajiet ta' importazzjonijiet tal-prodotti li hemm imniżżla fl-Annessi I, II, III u IV għar-Regolament (KE) Nru 104/2000, li għal dawn il-prodotti, li qed jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera, hemm stabbilit prezz ta' referenza. Din l-informazzjoni għandha tkun maqsuma bil-kodiċi TARIC u bid-data tal-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni ta' l-importazzjoni.

2. Il-kriterju li dawn għandhom javżaw lill-Kummissjoni għandu jkun jgħodd għal minn ta' l-anqas il-prodotti rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fis-swieq u l-portijiet imniżżla fit-Tabella 3 ta' l-Anness.

3. In-notifika għandha ssir sal-25 jum ta' kull xahar jew l-ewwel jum ta' xogħol minn dakinhar għall-prodotti rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera bejn l-ewwel u l-15-il jum tax-xahar, u sa l-għaxar jum tax-xahar ta' wara jew l-ewwel jum ta' xogħol minn dakinhar għall-prodotti rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera bejn is-sittax-il jum u l-aħħar ġurnata tax-xahar. Il-Kummissjoni għandha tkun avżata bil-posta elettronika fil-format muri fl-Anness.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 2211/94 qed ikun imħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2003.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-20 ta' Diċembru 2002.

Ghall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 17, tal-21.2.2000, p. 22.

[2] ĠU L 238, tat-13.09.1994, p. 1.

[3] ĠU L 340, tal-31.12.1999, p. 51.

--------------------------------------------------

ANNESS

1. Format tad-data

Nru tar-rekord | Identifikazzjoni tar-rekord | Id-data involuta | Format tad-data | Daqs Mass. | Valuri possibbli tad-data |

l-ewwel | <TTL> | L-identifikazzjoni tal-messaġġ | Test | 9 | MK-IMPORT |

it-tieni | <RMS> | L-Istat Membru | Text | 3 | Ara t-Tabella 1 |

it-tielet | <DSE> | Data ta' meta ntbagħat | SSSSXXJJ; | 8 | [1] |

ir-raba' | <MTYP> | Tip ta' messaġġ [2] | Test; | 19 | NOTIFIKAZZJONI INS NOTIFIKAZZJONI SUP NOTIFIKAZZJONI REP NOTIFIKAZZJONI INS IN NOTIFIKAZZJONI SUP IN |

il-ħames | <LOTT> | Kodiċi ta' l-identifikazzjoni tal-messaġġ (mhux obbligatorju) | Test; | 16 | [3] |

is-sitt | <MON> | Kodiċi tal-munita | Test; | 3 | Ara t-Tabella 2 [4] |

is-seba' u ta' wara | <DAT> | —Data ta' l-importazzjoni | SSSSXXJJ; | 8 | |

—Pajjiż kunsinnatarju (mhux obbligatorju) | Test; | 3 | [7] |

—Il-Pajjiż ta' l-oriġini | Test; | 3 | [7] |

—Nomenklatura magħquda u l-kodiċi Taric | Test; | 10 | [5] |

—Kodiċi Taric I Addizzjonali | Test; | 4 | [5] |

—Kodiċi Taric II Addizzjonali | Test; | 4 | [5] |

—Valur Impurtat | Numru sħiħ; | 15 | [4] [6] |

—Kwantità impurtata, f'kg | Numru sħiħ; | 15 | [6] |

—Il-port tad-dħul (mhux obbligatorju) | Test; | 8 | Ara t-Tabella 3 |

2. Il-Format tal-messaġġ

2.1. FIDES Format I

Għall-amministrazzjonijiet ta' l-Istati Membri li ma jagħmlux użu sħiħ mill-FIDES II, għandu jintuża l-format li ġej. Il-fajl irid ikun wieħed ta' test magħmul minn seba' rekords separati:

- Kull ħaġa-waħda tad-data għandha tkun mifruda mill-ħaġa-waħda li tiġi warajha permezz ta' punt u virgola.

- Kull linja tal-messaġġ għandha tkun segwita b'għafsa tal-buttuna tat-treġġigħ lura.

Dan għandu jkun jidher kif ġej:

<TTL>MK-IMPORT

<RMS>C(3)

<DSE>SSSSXXJJ;

<MTYP>C(19);

<LOTT>C(16);

<MON>C(3);

<DAT>SSSSXXJJ; C(3); C(3); C(10); C(4); C(4); N(15); N(15); C(8);

<DAT>SSSSXXJJ; C(3); C(3); C(10); C(4); C(4); N(15); N(15); C(8);

<DAT>SSSSXXJJ; C(3); C(3); C(10); C(4); C(4); N(15); N(15); C(8);

2.2. FIDES Format II

Għall-amministrazzjonijiet ta' l-Istati Membri li jagħmlu użu sħiħ mill-FIDES II, għandu jintuża il-format li ġej:

<FIDES>2

<HEAD>

<TALBA.ISEM>MK-IMPORT

<TALBA. PAJJIŻ.ISO-A3>C(3)

<HEAD>

<KORP>

<DSE>SSSSXXJJ;

<MTYP>C(19);

<LOTT>C(16);

<MON>C(3);

<DAT>SSSSXXJJ; C(3); C(3); C(10); C(4); C(4); N(15); N(15); C(8);

<DAT>SSSSXXJJ; C(3); C(3); C(10); C(4); C(4); N(15); N(15); C(8);

<DAT>SSSSXXJJ; C(3); C(3); C(10); C(4); C(4); N(15); N(15); C(8);

</KORP>

</FIDES 2>

3. Kodiċi

Tabella 1

Kodiċi ta' l-Istati Membri

Kodiċi | L-Istat Membru |

AUT | L-Awstrija |

BEL | Il-Belġju |

DEU | Il-Ġermanja |

DNK | Id-Danimarka |

ESP | Spanja |

FIN | Il-Finlandja |

FRA | Franza |

GBR | Ir-Renju Unit |

GRC | Il-Greċja |

IRL | L-Irlanda |

ITA | L-Italja |

LUX | Il-Lussemburgu |

NLD | L-Olanda |

PRT | Il-Portugall |

SWE | L-Isvezja |

Tabella 2

Kodiċi tal-muniti kurrenti

Kodiċi | Muniti kurrenti |

DKK | Krone Daniż |

EUR | Euro |

SEK | Krone Svediż |

GBP | Lira Sterlina |

Tabella 3

Il-portijiet tad-dħul

L-Istat Membru | Kodiċi | Port |

Il-Belġju | BE001 | Oostende |

BE002 | Brugge |

BE003 | Zeebrugge |

BE004 | Antwerpen |

Id-Danimarka | DK001 | Hirtshals |

DK002 | Skagen |

DK003 | Neksø |

DK004 | Hanstholm |

Il-Ġermanja | L-uffiċji doganali kollha involuti fir-rilaxx ta' merkanżija f'ċirkolazzjoni libera |

Il-Greċja | GR000304 | Ateni l-Ajruport ta' Spata |

GR000701 | Patras |

GR000731 | Aigio |

GR000832 | Oinofyta Voiotias |

GR001102 | Elefsina |

GR001902 | Irákleio |

GR002002 | Tessaloniki It-tieni Uffiċċju Doganali |

GR002005 | Tessaloniki Il-ħames Uffiċju Doganali, l-Ajruport |

GR002202 | Ioannina |

GR002302 | Kavala |

GR002602 | Korfù |

GR004005 | Piraeus Il-ħames Uffiċċju Doganali |

Spanja | ES001 | La Coruña |

ES002 | Vigo-Marín |

ES003 | Barċellona |

ES004 | Irún |

ES005 | Bilbao |

ES006 | Madrid |

ES007 | Valenza |

ES008 | Alicante |

ES009 | Algeciras |

ES010 | Cádiz |

ES011 | La Junquera |

ES012 | Las Palmas |

Franza | FR001 | Bayonne |

FR002 | Bordeaux |

FR003 | Boulogne-sur-Mer |

FR004 | La Rochelle-Rochefort |

FR005 | Le Havre |

FR006 | Lorient |

FR007 | Marsilja |

FR008 | L-Ajruport ta' Roissy |

FR009 | d'intérêt de Rungis |

FR010 | St-Denis-de-la-Réunion |

FR011 | St Malo |

L-Irlanda | IE001 | Dublin |

IE002 | Killybegs |

L-Italja | IT001 | Ġenova |

IT002 | Livorno |

IT003 | Salerno |

IT004 | La Spezia |

IT005 | Ancona |

IT006 | Fortezza |

IT007 | Bari |

IT008 | Ruma 1o centrale |

IT009 | Palermo |

L-Olanda | L-uffiċċji doganali kollha involuti fir-rilaxx ta' merkanżija f'ċirkolazzjoni libera |

Il-Portugall | PT001 | Viana do Castelo |

PT002 | Oporto |

PT003 | Aveiro |

PT004 | Peniche |

PT005 | Lisbona |

PT006 | Portimão |

PT007 | Olhão |

PT008 | Funchal (Madeira) |

PT009 | Horta (Ilha do Faial, Açores) |

PT010 | Praia da Vitória (Ilha Terceira, Açores) |

PT011 | Ponta Delgada (Ilha de S. Miguel, Açores) |

Ir-Renju Unit | GB001 | Grimsby |

GB002 | Hull |

GB003 | Aberdeen |

GB004 | Immingham |

Il-Finlandja | FI001 | Helsinki |

FI002 | Tornio |

FI003 | Turku |

L-Isvezja | SE001 | Karlskrona |

SE002 | Svinesund |

L-Awstrija | L-uffiċċji doganali kollha involuti fir-rilaxx ta' merkanżija f'ċirkolazzjoni libera |

Il-Lussemburgu | L-uffiċċji doganali kollha involuti fir-rilaxx ta' merkanżija f'ċirkolazzjoni libera |

[1] Din għandha tkun id-data meta l-messaġġ ikun ġie ġenerat. Użat għall-verifika meta jkun hemm messaġġi aġġornati li jiġu wara.

[2] Uża NOTIFIKAZZJONI INS għar-rappurtar ta' messaġġi ġodda. Valuri oħra jippermettu għal messaġġi mibgħutin qabel u li għandhom jiġu modifikati jew kanċellati.

[3] Jekk użat, dan għndu jidentifika biss il-messaġġi kollha minn Stat Membru partikolari. L-ebda żewġ messaġġi tat-tip NOTIFIKAZZJONI INS li jkunu ġejjin mill-istess RMS ma jistgħu jużaw l-istess LOTT. Jekk ma jintużax, għandu jkun iġġenerat kodiċi alternattiv ta' identifikazzjoni permezz tas-sistema FIDES. Aktar dettalji tekniċi qed jingħataw fil-Vade Mecum.

[4] Ir-rekord MON juri l-munita użata fil-messaġġ. Il-valuri kollha fil-linji kollha DAT għandhom ikunu espressi f'dik il-munita.

[5] It-tariffa integrata tal-Komunitajiet Ewropej (Taric) (ĠU C 104 u C 104 A, tat-30.4.2002).

[6] Id-deċimali m`humiex permessi. Per eżempju, 43,56 għandu jsir 44.

[7] In-nomenklatura tal-pajjiż għall-istatistika tal-kummerċ estern tal-Komunità u l-istatistika tal-kummerċ bejn l-Istati Membri (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2020/01 tal-15 ta' Ottubru 2001) (ĠU L 273, tas-16.10.2001, p. 6).

--------------------------------------------------