32002R2273



Official Journal L 347 , 20/12/2002 P. 0015 - 0022


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2273/2002

tad-19 ta’ Diċembru 2002

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 għal dak li jirrigwarda l-istħarriġ ta’ prezzijiet ta’ ċerti annimali bovini fis-swieq rappreżentattivi tal-Komunità

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organiżazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċanga u l-vitella [1], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2345/2001 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2705/98 ta’ l-14 ta’ Diċembru 1998 dwar id-determinazzjoni ta’ prezzijiet ta’ annimali bovini adulti fis-swieq rappreżentattivi tal-Komunità u l-istħarriġ ta’ prezzijiet ta’ ċerti bhejjem oħra fil-Komunità [3], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 1156/2000 [4], jistabbilixxi dispożizzjonijiet fuq ir-reġistrazzjoni ta’ prezzijiet fis-suq rappreżentattiv jew swieq ta’ kull Stat Membru għall-kategoriji varji ta’ annimali bovini sabiex jiddeterminaw il-moviment ta’ prezzijiet fis-suq. In vista ta’ l-iżviluppi riċenti fis-suq, u b’mod partikolari il-fatt li inqas annimali bovini ħajja huma reklamati fl-Istati Membri u li għalhekk Stati Membri m’għandhomx iktar swieq rappreżentattivi għal dawn l-annimali, l-komunikazzjoni lill-Kummissjoni ta’ prezzijiet ta’ l-annimali bovini adulti ma hijiex iktar kunsidrata neċessarja sabiex ikunu kontrollati l-iżviluppi tas-suq taċ-ċanga. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jikkomunikaw tali prezzijiet reġistrati fis-swieq rappreżentattivi tagħhom.

(2) Sabiex ikun kontrollat is-suq tal-Komunità għal kategoriji ta’ annimali bovini ħlief bovini adulti, dispożizzjoni għandha ssir għall-istħarriġ ta’ prezzijiet għal għoġiela maskili bejn it-tmint ijiem u l-erbgħa ġimgħat, u għall-bhejjem tal-ħażna maskili u għoġol tal-biċċerija. Regoli dettaljati fuq l-informazzjoni li għandha tkun provduta għall-istħarriġ ta’ prezzijiet għal kull wieħed mill-kategotiji ta’ l-annimali bovini għandhom ikunu stabbiliti.

(3) Il-prezz reġistrat fis-swieq rappreżentattivi tal-Komunità jista’ jittieħed bħala medja tal-prezzijiet ta’ l-annimali bovini in kwistjoni tas-suq jew swieq rappreżentattivi ta’ kull Stat Membru. Din il-medja għandha tkun mwieżna in konformità mal-koeffiċjenti li jesprimu d-daqs relattiv tal-populazzjoni tal-bhejjem ta’ kull Stat Membru għal kull kategorija reklamata f’perijodu ta’ riferenza.

(4) Is-suq jew swieq rappreżentattivi għal kull Stat Membru għandhom ikunu magħżula fuq il-bażi ta’ esperjenza fis-snin riċenti. Fejn hemm iktar minn suq wieħed rappreżentattiv fi Stat Membru akkont għandu jittieħed tal-medja aritmetika tal-kwotazzjonijiet reġistrati f’dawn is-swieq.

(5) Stati Membri jistgħu, minħabba regolamenti ta’ veterinarji jew protezzjoni tas-saħħa, jsibuha neċessarja li jieħdu miżuri li jaffettwaw kwotazzjonijiet. F’tali ċirkustanzi, ma huwiex dejjem adegwat li jkunu reġistrati prezzijiet tas-swieq li jieħdu in konsiderazzjoni kwotazzjonijiet li ma jirriflettux it-tendenza normali tas-suq. Konsegwentament, ċerti kriterji għandhom ikunu stabbiliti li jippermettu l-Kummissjoni li tikkunsidra dik is-sitwazzjoni.

(6) Dispożizzjoni għandha ssir għall-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-prezzijiet ta’ kull ġimgħa, permezz ta’ mezzi elettroniċi ta’ trażmissjoni li jridu jkunu miftehma mill-Kummissjoni.

(7) Ir-Regolament (KE) Nru 2705/98 għandu ikun hekk imħassar.

(8) Il-miżuri provvduti għalihom f’dan ir-Regolament huma in konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni taċ-Ċanga u l-Vitella,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

1. Il-medja tal-prezz tal-Komunità, kull ras, ta’ l-għoġiela maskili bejn it-tmint ijiem u l-erbgħa ġimgħat għandhom ikunu l-medja tal-prezzijiet ta’ dawk l-annimali bovini, mwieżna bil-koeffiċjenti stipulat f’L-Anness I, Parti A, reġistrati fis-swieq prinċipali tar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri ta’ dan it-tip ta’ produzzjoni. Il-koeffiċjenti huma stabbiliti permezz ta’ l-użu tal-baqar tal-ħalib reġistrati fil-Komunità.

2. Il-prezzijiet ta’ l-annimali bovini msemmija fil-paragrafu 1 reġistrati fis-suq jew swieq rappreżentattivi ta’ kull Stat Membru konċernati għandhom ikunu l-medja, mwieżna bil-koeffiċjenti li jirriflettu l-proporzjon relattiv ta’ kull razza jew kwalità, tal-prezzijiet reġistrati eskluż il-VAT għal dawn l-annimali matul perijodu ta’ sebgħat ijiem f’dak l-Istat Membru fl-istess stadju ta’ bejgħ bl-ingross. Il-koeffiċjenti mwieżna huma stabbiliti f’L-Anness I, Partijiet B sa Ħ.

3. L-Istati Membri konċernati għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard min-nofs in-nhar tal-Ħamis ta’ kull ġimgħa l-kwotazzjonijiet għall-annimali bovini msemmija fil-paragrafu 1 reġistrat fis-swieq rappreżentattivi matul perijodu ta’ sebgħat ijiem li jippreċedu l-jum meta l-informazzjoni hija komunikata.

L-Artikolu 2

1. Il-medja tal-prezz tal-Komunità, għal kull kilogramma ta’ piż ħaj, ta’ bhejjem tal-ħażna maskili fuq medja bejn 6 u 12-il xhar u li jiżnu 300 kilogramma jew inqas, għandhom ikunu l-medja tal-prezzijiet ta’ l-annimali bovini msemmija hawn fuq, mwieżna bil-koeffiċjenti stabbiliti f’L-Anness II, Parti A, reġistrati fuq is-swieq prinċipali ta’ l-Istati Membri rappreżentattivi ta’ dan it-tip ta’ produzzjoni. Il-koeffiċjenti huma stabbiliti permezz ta’ l-użu tan-numru ta’ baqar li jraddu reġistrati fil-Komunità.

2. Il-prezzijiet ta’ l-annimali bovini msemmija fil-paragrafu 1 reġistrati fis-suq jew swieq rappreżentattivi ta’ kull Stat Membru konċernat għandu jkun il-medja, mwieżen bil-koeffiċjenti li jirriflettu l-proporzjon relattiv ta’ kull razza jew kwalità, tal-prezzijiet reġistrati eskluż il-VAT għal dawn l-annimali matul perijodu ta’ sebgħat ijiem f’dak l-Istat Membru fl-istadju ta’ l-istess bejgħ bl-ingross. Il-koeffiċjenti ta’ l-użin huma stabbiliti f’L-Anness II, Partijiet B sa F.

3. L-Istati Membri konċernati għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni mhux iktar tard min-nofs in-nhar mill-Ħamis ta’ kull ġimgħa l-kwotazzjonijiet għall-annimali bovini msemmija fil-paragrafu 1 reġistrat fis-swieq rappreżentanti tagħhom matul il-perijodu ta’ sebgħat ijiem li jippreċedu l-jum meta l-informazzjoni hija komunikata.

L-Artikolu 3

1. Il-medja tal-prezz tal-Komunità, għal kull 100 kilogramma ta’ piż tal-karkassi, ta’ għoġol għall-biċċerija miġjuba prinċipalment permezz ta’ l-użu tal-ħalib jew preparazzjonijiet tal-ħalib u maqtula f’madwar sitt xhur età, għandu jkun il-medja tal-prezzijiet ta’ l-annimali bovini msemmija hawn fuq, mwieżna bil-koeffiċjenti stabbiliti f’L-Anness III, Parti A, reġistrati fis-swieq prinċipali tar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri ta’ dan it-tip ta’ produzzjoni. Il-koeffiċjenti huma stabbiliti permezz ta’ l-użu ta’ produzzjonui netta (biċċeriji) ta’ għoġol fil-Komunità.

2. Il-prezzijiet ta’ l-annimali bovini msemmija fil-paragrafu 1 reġistrat fiċ-ċentru jew ċentri ta’ kwotazzjoni ta’ l-Istati Membri konċernati għandhom ikunu l-medja, fejn adegwat mwieżen bil-koeffiċjenti li jirriflettu l-proporzjon relattiv ta’ kull kwalità, tal-prezzijiet reġistrati eskluż il-VAT għal dawn l-annimali matul perijodu ta’ sebgħat ijiem fl-istadju tad-dħul fil-biċċerija. Il-koeffiċjenti tal-piż huma stabbiliti f’L-Anness III, Partijiet B sa E.

3. L-Istati Membri konċernati għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mill-Ħamis ta’ kull ġimgħa l-kwotazzjonijiet għall-karkassi ta’ l-annimali bovini msemmija fil-paragrafu 1, reġistrati fiċ-ċentri ta’ kwotazzjoni rispettivi tagħhom matul il-perijodu ta’ sebgħat ijiem li jippreċedi l-jum meta l-informazzjoni hija komunikata.

L-Artikolu 4

Meta Stat Membru jieħu l-miżuri għar-raġunijiet veterinarji u ta’ protezzjoni ta’ saħħa li jaffettwaw l-moviment normali fil-kwotazzjonijiet reġistrati fis-swieq tiegħu, il-Kummissjoni tista’ tawtorizzah jew li jinjora l-kwotazzjonijiet reġistrati fis-suq jew swieq in kwistjoni, jew li juża l-aħħar kwotazzjonijiet reġistrati fis-suq jew swieq in kwistjoni qabel dawn il-miżuri ġew fis-seħħ.

L-Artikolu 5

Stati Membri għandhom jużaw mezzi ta’ trażmissjoni elettroniċi, li għandhom ikunu miftehma mill-Kummissjoni, għall-komunikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(3), l-Artikolu 2(3) u l-Artikolu 3(3) sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2003.

L-Artikolu 6

Meta Stati Membri għandhom swieq rappreżentattivi għall-annimali bovini adulti fit-territorju tagħhom, jistgħu jikkomunikaw l-prezz ta’ l-annimali bovini adulti kif ġej:

- il-prezz ta’ l-annimali bovini adulti fis-suq jew swieq rappreżentattivi għandha tkun il-medja, mwieżna bil-koeffiċjent li tirrifletti d-daqs relattiv ta’ kull kategorija u kwalità, tal-prezzijiet reġistrati għall-kategoriji u kwalitajiet ta’ annimali bovini u tal-laħam tagħhom matul perijodu ta’ sebgħat ijiem qabel il-jum tal-komunikazzjoni f’dak l-Istat Membru fl-istess stadju tal-bejgħ bl-ingross,

- fi Stati Membri b’bosta swieq rappreżentattivi, l-prezz ta’ kull kategorija għandu jkun il-medja aritmetika tal-kwotazzjonijiet reġistrati f’kull wieħed minn dawn is-swieq. Meta swieq huma miżmuma iktar minn darba matul il-perjodu ta’ sebgħat ijiem msemmi fl-ewwel inċiż hawn fuq, il-prezz ta’ kull kategorija għandu jkun l-medja aritmetika fuq l-istess suq fiżiku. Jekk, fil-kors ta’ ġimgħa mogħtija, l-prezz mhuwiex reġistrat f’suq partikolari għal kategorija partikolari, l-prezz għal dik il-kategorija fl-Istat Membru għandu jkun il-medja aritmetika tas-swieq l-oħra.

L-Artikolu 7

Ir-Regolament (KE) Nru 2705/98 għandu jkun imħassar mill-1 ta’ Jannar ta’ l-2003.

L-Artikolu 8

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika għal-prezzijiet reġistrati mill-ġimgħa li tibda mill-1 ta’ Jannar ta’ l-2003.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-19 ta’ Diċembru 2002.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 21.

[2] ĠU L 315, ta’ l-1.12.2001, p. 29.

[3] ĠU L 340, tas-16.12.1998, p. 3.

[4] ĠU L 130, tal-31.5.2000, p. 23.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Stħarriġ ta’ prezzijiet ta’ għoġiela maskili bejn it-tmint ijiem u l-erba’ ġimgħat

A. KOEFFIĊJENTI TA’ L-UŻIN

Il-Ġermanja: | 26,5 |

Spanja: | 6,8 |

Franza: | 24,4 |

L-Irlanda: | 7,3 |

L-Italja: | 12,5 |

L-Olanda: | 9,1 |

Ir-Renju Unit: | 13,4 |

B. IL-ĠERMANJA

1. Swieq rappreżentattivi

Fl-assenza tas-swieq pubbliċi, prezzijiet huma reġistrati mid-dipartimenti uffiċjali tal-kmamar ta’ l-agrikoltura u koperattivi u għaqdiet tal-bdiewa.

2. Kwalitajiet u koeffiċjenti

Kwalitajiet | Koeffiċjenti ta' l-użin |

—Schwarzbunte Bullenkalber | 35,4 |

—Botbunte Bullenkalber | 5,4 |

—Kreuzungskalber zur Mast (Bullenkalber) | 3,4 |

—Fleckvieh | 44,8 |

—Braunveich | 11,0 |

Ċ. SPANJA

1. Swieq rappreżentattivi

Torrelavega (Cantabria), Santiago de Compostela (Galicia), Pola de Siero (Asturias), Leon (Castilla y Leon)

2. Kwalitajiet u koeffiċjenti

Kwalitajiet | Koeffiċjenti ta' l-użinż |

Descalostrados

—Tipo frison, calidad Buena | 50 |

—Tipo cruzado, calidad buena | 50 |

D. FRANZA

1. Swieq rappreżentattivi

Rethel, Dijon, Rabastens, Lezay, Lyon, Agen, Le Cateau, Sancoins, Chateau-Gonthier, Saint Etienne

2. Kwalitajiet u koeffiċjenti

Kwalitajiet | Koeffiċjenti ta' l-użin |

—Veaux males croises de bonne conformation, destines a l'elevage, type leger | 30 |

—Veaux males de races laitieres d'assez bonne conformation destines a l'engraissement | 70 |

E. L-IRLANDA

1. Swieq rappreżentattivi

Bandon, Blessington

2. Kwalitajiet u koeffiċjenti

Kwalitajiet | Koeffiċjenti ta' l-użin |

—Għoġol tal-ħalib maskili mkabbra | 50 |

—Għoġol taċ-ċanga maskili mkabbra | 50 |

F. L-ITALJA

1. Swieq rappreżentattivi

(a) Modena, Vicenza

(b) Prezzijiet reġistrati fis-swieq ta’ importazzjoni

2. Kwalitajiet u koeffiċjenti

Kwalitajiet | Koeffiċjenti ta' l-użin |

—Għoġol tal-ħalib maskili mkabbra | 50 |

—Għoġol taċ-ċanga maskili mkabbra | 50 |

G. L-OLANDA

1. Swieq rappreżentattivi

Leeuwarden, Purmerend, Utrecht

2. Kwalitajiet u koeffiċjenti

Kwalitajiet | Koeffiċjenti ta' l-użin |

Nuchtere stierkalveren voor de mesterij, le kwaliteit:

—zwartbont | 70 |

—roodbont | 25 |

—vleesras | 5 |

H. Ħ. IR-RENJU UNIT

1. Swieq rappreżentattivi

Madwar 35 suq (Ingilterra u Wales)

2. Kwalitajiet u koeffiċjenti

Kwalitajiet | Koeffiċjenti ta' l-użin |

Għoġol imkabbra, l-ewwel u t-tieni kwalita'

—minn gendus tal-ħalib | 58 |

—minn gendus taċ-ċanga | 42 |

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

Stħarriġ ta’ prezzijiet ta’ bhejjem tal-ħażna ħafifa 6 sa 12-il xahar b’piż ħaj ta’ 300 kg jew inqas

A. KOEFFIĊJENTI TA’ L-UŻIN

Spanja: | 19,4 |

Franza: | 43,8 |

L-Irlanda: | 11,9 |

L-Italja: | 6,6 |

Ir-Renju Unit: | 18,3 |

B. SPANJA

1. Swieq rappreżentattivi

Salamanca (Castilla y Leon)

Talavera (Castilla-La Mancha)

2. Kwalitajiet u koeffiċjenti

Kwalitajiet | Koeffiċjenti ta' l-użin |

Pasteros:

—Tipo cruzado | 65 |

—Tipo pais | 35 |

Ċ. FRANZA

1. Swieq rappreżentattivi

Limoges, Clermont-Ferrand, Dijon

2. Kwalitajiet u koeffiċjenti

Kwalitajiet | Koeffiċjenti ta’ l-użin |

Race charolaise de conformation U | 35 |

Race charolaise de conformation R | 35 |

Race charolaise de conformation O | 30 |

D. L-IRLANDA

1. Swieq rappreżentattivi

Bandon, Blessington, Kilkenny

2. Kwalitajiet u koeffiċjenti

Kwalitajiet | Koeffiċjenti ta' l-użin |

Weanling steer u yearling steers

—mit-tip tal-ħalib | 50 |

—mit-tip taċ-ċanga | 50 |

E. L-ITALJA

1. Swieq rappreżentattivi

(a) Modena, Parma, Montichiari

(b) Prezzijiet reġistrati fis-swieq ta’ importazzjoni

2. Kwalitajiet u koeffiċjenti

Kwalitajiet | Koeffiċjenti ta' l-użin |

Għoġol żgħar tal-ħalib (vitelli) | 50 |

Għoġol żgħar taċ-ċanga (vitelli) | 50 |

F. IR-RENJU UNIT

1. Swieq rappreżentattivi

Madwar 35 suq (Ingilterra u Wales)

2. Kwalitajiet u koeffiċjenti

Kwalitajiet | Koeffiċjenti ta' l-użin |

Steers: 200 sa 299 kg

—minn steers tal-ħalib | 50 |

—minn steers taċ-ċanga | 50 |

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

Stħarriġ ta’ għoġol tal-vitella maqtula meta kellhom madwar sitt xhur

A. KOEFFIĊJENTI TA’ L-UŻIN

Il-Belġju: | 6,2 |

Franza: | 41,9 |

L-Italja: | 24,0 |

L-Olanda: | 27,9 |

B. IL-BELĠJU

1. Ċentri ta’ kwotazzjonijiet (biċċeriji)

Provinċji ta’ Antwerp u Limburg

2. Kwalitajiet

Veaux balncs, klassijiet ta’ konformazzjoni E, U u R

Ċ. FRANZA

1. Ċentri ta’ kwotazzjonijiet

Commissions paritaires des regions Sud-Ouest, Centre, Centre-Est/Est, Nord/Nord-Ouest, Ouest

2. Kwalitajiet

Veaux blancs, klassijietta’ konformazzjoni kollha E, U, R u O

D. L-ITALJA

1. Ċentri ta’ kwotazzjonijiet (biċċeriji)

Modena

2. Kwalitajiet

Carne bianca

E. L-OLANDA

1. Ċentri ta’ kwaotazzjonijiet (biċċeriji)

Apeldorn, Nieuwerkerk a/d Ijssel, Den Bosch, Aalten, Leeuwarden

2. Kwalitajiet u koeffiċjenti

Kwalitajiet | Koeffiċjenti ta' l-użin |

Vleeskalveren:

—tip zwartbont | 65 |

—tip roodbont | 35 |

Il-klassijiet ta' konformazzjoni kollha | |

--------------------------------------------------