Official Journal L 341 , 17/12/2002 P. 0012 - 0012
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2239/2002 tas-16 ta’ Diċembru 2002 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 214/2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 li għandu x’jaqsam ma’ l-intervent fis-suq tat-trab tal-ħalib xkumat. IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju ta’ l-1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib [1], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 509/2002 [2], b’mod partikolari l-Artikolu10 tiegħu, Billi: (1) L-Artikolu 21 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 214/2001 [3], emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 1931/2002 [4], illimita l-kwantità tat-trab ta’ ħalib xkumat imqiegħed għall-bejgħ mill-aġenziji ta’ intervent ta’ l-Istati Membri għal dak meħud għall-ħażna qabel l-1 ta’ April ta’ l-2002. (2) Minħabba s-sitwazzjoni tas-suq attwali, li hija kkaratterizzata minn produzzjoni staġjonali baxxa, iktar trab tal-ħalib xkumat għandu jkun rilaxxat fis-suq mill-ħażna pubblika. (3) Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma in konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni għall-Ħalib u Prodotti tal-Ħalib, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Fl-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 214/2001, "l-1 ta’ April ta’ l-2002" għandu jkun sostitwit bl-"1 ta’ Mejju ta’ l-2002". L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, is-16 ta’ Diċembru 2002. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 48. [2] ĠU L 79, tat-22.3.2002, p. 15. [3] ĠU L 37, tas-7.2.2001, p. 100. [4] ĠU L 295, tat-30.10.2002, p. 7. --------------------------------------------------