Official Journal L 330 , 06/12/2002 P. 0029 - 0032
Ir-Regolament (KE) Nru 2174/2002 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-21 ta' Novembru 2002 li jemenda r-Regolament BĊE/2001/13 dwar il-karta tal-bilanċ konsolidata tas-settur ta' l-istituzzjonijiet monetarji finanzjarji (BĊE/2002/8) IL-KUNSILL REGOLATORJU TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 Novembru 1998 dwar il-ġbir ta' informazzjoni statistika mill-Bank Ċentrali Ewropew [1], u partikolarment l-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 6(4) tiegħu, Billi: (1) Ir-Regolament (KE) Nru 2423/2001 (BĊE/2001/13) tat-22 ta' Novembru 2001 dwar il-l-karta konsolidata tal-bilanċ tas-settur ta' l-istituzzjonjiet finanzjarji monetarji [2] kif ikkoreġuta bir-Regolament (KE) Nru 993/2002 (BĊE/2002/4) [3], jirrikjedi fatti magħrufa (data) statistiċi dwar il-karti konsolidati tal-bilanċ ta' l-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (MFIs) li jridu jkunu rapportati skond ir-residenza tal-kontrapartijiet, biex tiġi permessa l-kumpilazzjoni ta' aggregati monetarji u miżuri oħra ta' likwidità u kreditu li jistgħu jeskludu assi u lijabilitajiet ta' MFIs miżmuma minn persuni mhux residenti ta' l-Istati Membri parteċipanti. (2) Ir-Regolament (KE) Nru 2423/2001 (BĊE/2001/13) jirrikjedi l-fatti magħrufa (data) rigward l-oġġett ta' lijabilità "ishma/unitajiet ta' fondi fis-suq tal-flus" (ishma/unitajiet MMF) li jrid jiġi rapportat biss bħala ammont totali minflok skond ir-residenza tal-kontraparti. (3) Madankollu, biex jiġu kumpilati aggregati monetarji, il-Bank Ċentrali Ewropew jeħtieġ fatti magħrufa (data) dwar it-tqassim skond ir-residenza ta' possessuri ta' ishma/unitajiet ta' MMF. Huwa għalhekk meħtieġ li tiġi stabbilita proċedura skond liema l-aġenti tar-rappurtaġġ jipprovdu lill-banek ċentrali nazzjonali bit-tagħrif statistiku rilevanti. Mhuwiex meħtieġ li jinġabru fatti magħrufa (data) fuq revalwazzjonijiet tal-prezz ta' ishma/unitajiet ta' MMF minħabba li, għal għanijiet statistiċi tal-flus u tal-banek, tibdiliet fil-valur ta' strumenti huma kkunsidrati bħala interess investit mill-ġdid fl-istess strument, (4) Għall-għan li jinkiseb tagħrif fuq il-karti ta' bilanċ ta' l-MFIs, huwa meħtieġ li jiġu imposti ċerti ħtiġijiet ta' rappurtaġġ fuq intermedjarji finanzjarji oħra minbarra korporazzjonijiet ta' assigurazzjoni u fondi ta' pensjonijiet (minn issa 'l quddiem imsejħa bħala "OFIs") (S. 123), meta jaġixxu fil-kuntest ta' attivitajiet finanzjarji li jinvolvu ishma/unitajiet ta' MMF. Sabiex jiġu stabbiliti ħtiġijiet ta' rapportaġġ statistiċi rigward dawk l-entitajiet għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, tista' tinħtieġ li titfassal lista ta' OFIs ta' rappurtaġġ ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 2423/2001 (BĊE/2001/13) huwa emendat kif ġej: 1. L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej: Jiżdied il-paragrafu 3 li ġej: "3. Għall-għanijiet ta' l-Anness I(1)(III)(vi), il-popolazzjoni attwali tar-rapportaġġ għandha tikkonsisti wkoll minn intermedjarji finanzjari oħra minbarra korporazzjonijiet ta' assigurazzjoni u fondi ta' pensjonijiet (minn issa 'l quddiem imsejħa bħala "OFIs"), kif dikjarat fl-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2533/98. Il-BĊNi jistgħu jikkonċedu derogi lil dawk l-entitajiet basta iżda li t-tagħrif statistiku meħtieġ jinġabar minn sorsi disponibbli oħra bi qbil ma' l-Anness I(1)(III)(vi). Il-BĊNi għandhom jiċċekkjaw it-twettiq ta' din il-kondizzjoni fi żmien f'waqtu sabiex jikkonċedu jew jirtiraw, jekk ikun hemm bżonn, kull deroga b'effett mill-bidu ta' kull sena bi ftehim mal-BĊE Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, l-BĊNi jistgħu jistabbilixxu u jżommu lista ta' OFI ta' rappurtaġġ bi qbil mal-prinċipji dikjarati fl-Anness I(1)(III)(vi)." 2. L-Anness I(1), Introduzzjoni tiġi emendata kif ġej: (a) Il-paragrafu li ġej jiddaħħal qabel il-paragrafu ta' l-aħħar: "Għall-għan li jinkiseb tagħrif komplet fuq il-karti ta' bilanċ ta' l-MFIs, huwa meħtieġ li jiġu imposti ċerti ħtiġijiet ta' rappurtaġġ fuq intermedjarji finanzjarji oħra minbarra koporazzjonijiet ta' assigurazzjoni u fondi ta' pensjonijiet (minn issa 'l quddiem imsejħa bħala "OFIs") meta jaġixxu fil-kuntest ta' attivitajiet finanzjarji li jinvolvu ishma/unitajiet ta' MMF." (b) Il-paragrafu ta' l-aħħar jiġi mibdul b'dan li ġej: "Dan it-tagħrif statistiku huwa miġbur mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) mill-MFIs u mill-OFIs fil-limiti dikjarati fit-Taqsima I(6), skond l-arranġamenti nazzjonali li jiddependu mid-definizzjonijiet u klassifiki armonizzati dikjarati f'dan l-Anness." 3. L-Anness I(1)(I) jiġi emendat kif ġej: (a) Is-sentenza li ġejja tiddaħħal fl-aħħar ta' paragrafu 6: "Il-MMF innifsu jew il-persuni li jirrappreżentawh legalment jiżgura li d-dispożizzjoni ta' kull tagħrif meħtieġ li jilħaq il-ħtiġijiet statistiċi ta' rappurtaġġ MMFs. Fejn jkun meħtieġ għal raġunijiet prattiċi, il-fatti magħrufa (data) jistgħu jiġu sottomessi b'mod effettiv minn kull wieħed mill-entitajiet li jaġixxu fil-kuntest ta' attivitajiet finanzjarji li jinvolvu ishma/unitajiet ta' MMF, bħal ma huma id-depożitarji." (b) Jiżdied il-paragrafu 9 li ġej: "9. Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament: - "ishma/unitajiet reġistrati MMF" għandhom jitqiesu ishma/unitajiet MMF rigward liema, bi qbil mal-leġislazzjoni nazzjonali, reġistrazzjoni tinżamm li tidentifika l-possessuri ta' l-ishma/unitajiet tagħhom, inkluż tagħrif dwar ir-residenza tal-possessur, - "ishma/unitajiet bearer MMF" għandhom jitqiesu ishma/unitajiet MMF rigward liema, bi qbil mal-leġislazzjoni nazzjonali, ma tinżammx reġistrazzjoni li tidentifika l-possessuri ta' l-ishma/unitajiet tagħhom, jew rigward liema tinżamm reġistrazzjoni li ma tikkontjenix tagħrif dwar ir-residenza tal-possessur." 4. L-Anness I(1)(III) jiġi emendat kif ġej: Tiddaħħal is-sotto-taqsima (vi) li ġejja: "(vi) Residenza tal-possessuri ta' ishma/unitajiet MMF 13.a Aġenti ta' rappurtaġġ jirrappurtaw, kull xahar, bħala fatti magħrufa (data) minimi dwar ir-residenza tal-possessuri ta' ishma/unitajiet MMF maħruġa mill-MFIs ta' l-Istati Membri parteċipanti skond tqassim ta' Stat Membru domestiku/ieħor parteċipanti/il-bqija tad-dinja. Dan jippermetti lill-BĊNi biex jipprovdu lill-BĊE bil-fatti magħrufa (data) dwar ir-residenza tal-possessuri ta' dan l-istrument u jippermetti l-esklużjoni ta' impriżi ta' persuni mhux residenti ta' l-Istati Membri parteċipanti għall-għanijiet tal-kumpilazzjoni ta' aggregati monetarji. 13.b Skond l-Artikolu 4(4), il-BĊNi jistgħu jinħtieġu fatti magħrufa (data) dwar tqassim addizzjonali mhux kopert fil-ħtiġijiet ta' dan ir-Regolament, inklużi tqassim mis-settur tal-kontraparti, munita jew maturità. 13.c Rigward ishma/unitajiet reġistrati, il-ħruġ ta' MMFs jew il-persuni li jirrappreżentawhom legalment jew l-entitajiet riferiti fl-Anness I(1)(I)(6) jirrapportaw fatti magħrufa (data) dwar it-tqassim skon ir-residenza tal-possessuri ta' l-ishma/unitajiet tagħhom maħruġa fil-karta tal-bilanċ ta' kull xahar. 13.d Rigward ishma/unitajiet bearer, aġenti ta' rappurtaġġ jirrappotaw fatti magħrufa (data) dwar it-tqassim skond ir-residenza tal-possessuri ta' l-ishma/unitajiet MMF skond l-approċ deċiż mill-BĊN rilevanti bi ftehim mal-BĊN. Din il-ħtieġa hija limitata għal għażla waħda jew kombinazzjoni ta' l-għażliet li ġejjin, li jridu jiġu adottati rigward l-organizzazzjoni tas-swieq rilevanti u l-arranġamenti nazzjonali legali fl-Istat(i) Membru(i) msemmija. Dan jiġi monitorjat perjodikament mill-BĊN u l-BĊE. (a) MMFs tal-ħruġ MMFs tal-ħruġ jew il-persuni li jirrappreżentawhom legalment jew l-entitajiet riferiti fl-Anness I(1)(I)(6) jirrapportaw fatti magħrufa (data) dwar it-tqassim skond ir-residenza tal-possessuri ta' l-ishma/unitajiet tagħhom maħruġa. Jekk MMF tal-ħruġ mhuwiex f'pożizzjoni li jidentifika direttament ir-residenza tal-possessur, huwa jirrapporta l-fatti magħrufa (data) rilevanti fuq il-bażi ta' tagħrif disponibbli. Tagħrif bħal dan jista' jiġi minn aġent li jiddistribbwixxi l-ishma/unitajiet jew minn kull entità oħra involuta fil-ħruġ, xiri lura jew trasferiment ta' l-ishma/unitajiet. (b) MFIs u OFIs bħala kustodji ta' ishma/unitajiet MMF Bħala aġenti ta' rappurtaġġ, l-MFIs u l-OFI li jaġixxu bħala kustodji ta' ishma/unitajiet MMF jirrappurtaw fatti magħrufa (data) dwar it-tqassim skond ir-residenza tal-possessuri ta' ishma/unitajiet maħruġa minn MMFs residenti u miżmuma f'kustodju għan-nom tal-possessur jew ta' intermedjarju ieħor li wkoll jaġixxi bħala kustodju. Din l-għażla hija applikabbli jekk jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin. L-ewwel, il-kustodju jiddistingwi ishma/unitajiet MMF miżmuma f'kustodju għan-nom ta' possessuri minn dawk li jinżammu għan-nom ta' kustodji oħra. It-tieni, il-biċċa l-kbira ta' l-ishma/unitajiet MMF huma fil-kustodja ta' istituzzjonijiet residenti domestiċi li huma klassifikati bħala intermedjarji (MFIs jew OFIs). (ċ) MFIs u OFIs huma bħala korrespondenti ta' transazzjonijiet ta' residenti ma' persuni li mhumiex residenti li jinvolvu ishma/unitajiet ta' MMF residenti involving shares/units ta' resident MMF Bħala aġenti ta' rappurtaġġ, l-MFIs u l-OFIs li jaġixxu bħala kustodji ta' transazzjonijiet ta' residenti ma' persuni mhux residenti li jinvolvu ishma/unitajiet ta' fatti magħrufa (data) ta' rapport ta' MMF residenti dwar it-tqassim skond ir-residenza tal-possessuri ta' ishma/unitajiet maħruġa minn MMFs residenti, li jagħmlu negozju minnhom għan-nom tal-possessur jew intermedjarju ieħor li huwa involut ukoll fit-transazzjoni. Din l-għażla hija applikabbli jekk jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin. L-ewwel, il-kopertura tar-rappurtaġġ hija komprensiva, jiġifieri tkopri sostanzjalment it-transazzjonijiet kollha mwettqa mill-aġenti ta' rappurtaġġ. It-tieni, fatti magħrufa (data) eżatti dwar xiri u bejgħ ma' persuni li mhumiex residenti ta' l-Istati Membri parteċipanti huma pprovduti. It-tielet, differenzi bejn il-valur tal-ħruġ u l-valur ta' redenzjoni, minbarra miżati, ta' l-istess ishma/unitajiet huma minimi. Ir-raba', l-ammont ta' ishma/unitajiet miżmuma minn persuni li mhumiex residenti ta' l-Istati Membri parteċipanti maħruġ mill-MMFs residenti huwa baxx. Jekk l-aġent ta' rappurtaġġ mhuwiex f' pożizzjoni li jidentifika direttament ir-residenza tal-possessur, huwa jirrapporta l-fatti magħrufa (data) rilevanti fuq il-bażi ta' tagħrif disponibbli. 13.e Jekk ishma/unitajiet reġistrati jew ishma/unitajiet bearer jinħarġu għall-ewwel darba jew jekk żviluppi tas-suq jirrikjedu bidla tal-għażla jew kombinazzjoni ta' għażliet, il-BĊNi jistgħu jikkonċedu derogi għal sena rigward il-ħtiġijiet dikjarati fil-paragrafi 13ċ u d.". 5. L-Anness I(2), Tabella 1 (Ħażniet) hija emendata kif ġej: (a) filliera 10 (ishma/unitajiet MMFs) tinbidel bil-filliera dikjarata fl-Anness ma' dan ir-Regolament; (b) tiżdied nota f'qiegħ il-paġna 6, relatata ma' filliera 10 (ishma/unitajiet MMFs),: "(Fatti magħrufa (data) skond dan l-oġġett jistgħu jiġu soġġetti għal proċeduri ta' ġbir statistiċi, kif deċiż mill-BĊN skond ir-regoli li jinstabu f'Parti 1(III)." 6. L-Anness V jiġi emendat kif ġej: Jiżdied il-paragrafu 7 li ġej: "7. Mill-1 ta' Mejju 2003 sal-31 ta' Diċembru 2003, fatti magħrufa (data) ta' kull xahar dwar ir-residenza tal-possessuri ta' ishma/unitajiet MMF maħruġa minn MFIs ta' l-Istati Membri parteċipanti skond tqassim ta' Stat Membru domestiku/ieħor parteċipanti/il-bqija tad-dinja jistgħu jiġu rapportati lill-BĊE b'dewmien ta' aktar minn xahar mill-għeluq tan-negozju fil-15-il jum tax-xogħol li jiġi wara l-aħħar tax-xahar li għalih ikunu miġbura l-fatti magħrufa. L-BĊNi jiddeċiedu meta jeħtieġu li jirċievu l-fatti magħrufa minn għand l-aġenti tar-rappurtaġġ sabiex jilħqu din it-temma taż-żmien." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2003. Magħmul fi Frankfurt am Main, fil-21 ta' Novembru 2002. Għan-nom tal-Kunsill Regolatorju tal-BĊE Il-President Willem F. Duisenberg [1] ĠU L 318, tas-27.11.1998, p. 8. [2] ĠU L 333, tas-17.12.2001, p. 1. [3] ĠU L 151, tal-11.6.2002, p. 11. -------------------------------------------------- L-ANNESS +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------